IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.3.2022
JOIN(2022) 34 final/2 Downgraded on 9.2.2023
Proposta Konġunta għal
ANNESSI
tal-
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
ANNESS I
“ANNESS XV
LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA
FL-ARTIKOLU 1t
Belagroprombank
Bank Dabrabyt
Development Bank of the Republic of Belarus”
ANNESS II
L-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) fit-test introduttorju, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1m ta’ dan ir-Regolament, oġġetti mhux ikkontrollati li fihom komponent, wieħed jew aktar, minn dawk elenkati f’dan l-Anness mhumiex soġġetti għall-kontrolli skont l-Artikoli 1f u 1fa ta’ dan ir-Regolament.”;
(2) fil-punt i. tas-sottokategorija X.B.I.001 tal-Kategorija I — Elettronika, il-punt 1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
Tagħmir ta’ “depożitar kimiku f'fażi ta' fwar” li jopera taħt l-105 Pa; jew”;
(3) fis-sottokategorija X.A.VII.001 tal-Kategorija VII — Ajruspazju u Propulsjoni, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“ X.A.VII.001
Magni diżil, u tratturi u komponenti ddisinjati apposta għalihom, minbarra dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821:”;
(4) fis-sottokategorija X.A.VII.002 tal-Kategorija VII — Ajruspazju u Propulsjoni, il-punt c. huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ c.
Magni tal-ajru b’turbini tal-gass u komponenti ddisinjati apposta għalihom.”