IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.3.2022
JOIN(2022) 34 final/2 Downgraded on 9.2.2023
2022/0078(NLE)
Proposta Konġunta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
(1)i
2022/0078 (NLE)
Proposta Konġunta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.
(2)Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.
(3)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/xxx tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet biex jiġu implimentati aktar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 wara l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni militari inaċċettabbli u illegali Russa kontra l-Ukrajna, li skont id-dritt internazzjonali tikkwalifika bħala att ta’ aggressjoni.
(4)Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jidher li huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali. Konsegwentement, id-Deċiżjoni (PESK) 2022/xxx tkompli tespandi r-restrizzjonijiet finanzjarji eżistenti. B’mod partikolari, tipprojbixxi l-elenkar u l-forniment ta’ servizzi b’rabta mal-ishma ta’ entitajiet tal-Istat tal-Belarussja f’ċentri tan-negozjar tal-Unjoni. Barra minn hekk, tintroduċi miżuri ġodda li jillimitaw b’mod sinifikanti l-influssi finanzjarji mill-Belarussja lejn l-Unjoni billi tipprojbixxi l-aċċettazzjoni ta’ depożiti li jaqbżu ċerti valuri minn ċittadini jew residenti Belarussi, iż-żamma ta’ kontijiet ta’ klijenti Belarussi mid-depożitorji ċentrali tat-titoli tal-Unjoni kif ukoll il-bejgħ ta’ titoli denominati f’euro lil klijenti Belarussi. Tipprojbixxi wkoll tranżazzjonijiet mal-Bank Ċentrali tal-Belarussja relatati mal-ġestjoni ta’ riżervi jew assi, il-forniment ta’ finanzjament pubbliku għal kummerċ mal-Belarussja u investiment fil-Belarussja, b’eċċezzjonijiet limitati, u l-forniment ta’ karti tal-flus denominati f’euro lill-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja.
(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/xxx timponi aktar miżuri restrittivi b’rabta mal-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati lil ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu Belarussi u lis-sussidjarji Belarussi tagħhom, li huma rilevanti għas-sistema finanzjarja Belarussa u li huma diġà s-suġġett ta’ miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni.
(6)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2006, jidher li huwa meħtieġ ukoll li jiżdiedu obbligi fuq il-Maniġer tan-Netwerk rigward il-projbizzjonijiet tat-titjiriet u li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet dwar in-nonċirkomvenzjoni. Filwaqt li huwa komunement mifhum li l-kunċett ta’ “assi” soġġetti għall-iffriżar jinkludi wkoll il-kriptoassi, u li s-self u l-krediti jistgħu jiġu pprovduti wkoll permezz ta’ kriptoassi, huwa xieraq li jiġi speċifikat aktar il-kunċett ta’ “titoli trasferibbli” fir-rigward ta’ tali assi minħabba n-natura speċifika tagħhom.
(7)Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 1, il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“9. “titoli trasferibbli” tfisser il-klassijiet li ġejjin ta’ titoli, inkluż fil-forma ta’ kriptoassi, li huma negozjabbli fis-suq kapitali, bl-eċċezzjoni ta’ strumenti ta’ pagament:
(i) ishma f’kumpaniji u titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, soċjetajiet f'isem kollettiv jew entitajiet oħra, u rċevuti ta’ depożiti fir-rigward ta’ ishma;
(ii) bonds jew forom oħra ta’ dejn titolizzat, inklużi l-irċevuti ta’ depożiti fir-rigward ta’ tali titoli;
(iii) kwalunkwe titolu ieħor li jagħti d-dritt ta’ akkwist jew bejgħ ta’ kwalunkwe titolu trasferibbli bħal dan jew li jagħti lok għal saldu fi flus determinat b’referenza għal titoli trasferibbli.”;
(2)fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“20. “depożitorju ċentrali tat-titoli” tfisser persuna ġuridika kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
21. “depożitu” tfisser bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas lura taħt il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, inkluż depożitu ta’ żmien fiss u depożitu ta’ tfaddil, iżda eskluż bilanċ ta’ kreditu fejn:
(i) l-eżistenza tiegħu tista’ tintwera biss permezz ta’ strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm ma jkunx prodott ta’ tfaddil li huwa evidenti permezz ta’ ċertifikat ta’ depożitu mogħti lil persuna msemmija u li jeżisti fi Stat Membru Stat fit-2 ta’ Lulju 2014;
(ii) il-kapital mhux ripagabbli at par;
(iii) il-kapital tiegħu huwa ripagabbli biss at par taħt garanzija jew ftehim partikolari mogħti mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew parti terza;
22. “skemi ta’ ċittadinanza b’investiment” (jew “passaporti tad-deheb”) tfisser il-proċeduri stabbiliti minn Stat Membru li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiksbu n-nazzjonalità tiegħu bi skambju għal pagamenti u investimenti predeterminati;
23. “skemi ta’ residenza għall-investitur” (jew “viżi tad-deheb”) tfisser il-proċeduri stabbiliti minn Stat Membru, li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiksbu permess ta’ residenza fi Stat Membru bi skambju għal pagamenti u investimenti determinati minn qabel;
24. “ċentru tan-negozjar”, kif definit fl-Artikolu 4(1)(24) tad-Direttiva 2014/65/UE, tfisser suq regolat, faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF) jew faċilità organizzata tan-negozjar (OTF).”;
(3)l-Artikolu 1m huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.”;
(4)jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
“Artikolu 1ja
1. Tranżazzjonijiet relatati mal-ġestjoni ta’ riżervi kif ukoll ta’ assi tal-Bank Ċentrali tal-Belarussja, inklużi tranżazzjonijiet ma’ kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jaġixxi f’isem, jew taħt id-direzzjoni tal-Bank Ċentrali tal-Belarussja, huma pprojbiti.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw tranżazzjoni dment li dan ikun strettament meħtieġ biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha jew tal-Istat Membru kkonċernat.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 2.
Artikolu 1jb
Għandu jkun ipprojbit li jiġu elenkati u fornuti servizzi mit-12 ta’ April 2022 f’ċentri tan-negozjar irreġistrati jew rikonoxxuti fl-Unjoni għat-titoli trasferibbli ta’ kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja u b’aktar minn 50 % sjieda pubblika.
Artikolu 1t
1. Għandu jkun ipprojbit li jingħata finanzjament pubbliku jew assistenza finanzjarja għal kummerċ mal-Belarussja jew għal investiment fil-Belarussja.
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:
(a) impenji ta’ finanzjament vinkolanti jew ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti qabel [OP: please insert date of entry into force];
(b) l-għoti ta’ finanzjament pubbliku jew assistenza finanzjarja sal-valur totali ta’ EUR 10 000 000 għal kull proġett li minnu jibbenefikaw intrapriżi żgħar u medji stabbiliti fl-Unjoni; jew
(c) l-għoti ta’ finanzjament pubbliku jew assistenza finanzjarja għal kummerċ fl-ikel u għal skopijiet agrikoli, mediċi jew umanitarji.
Artikolu 1u
1. Għandu jkun ipprojbit li jiġi aċċettat kwalunkwe depożitu minn ċittadini Belarussi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fil-Belarussja, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fil-Belarussja, jekk il-valur totali tad-depożiti tal-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għal kull istituzzjoni ta’ kreditu jaqbeż EUR 100 000.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru, pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew l-Iżvizzera, jew għal persuni fiżiċi li jkollhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru, pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew l-Iżvizzera.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal depożiti li huma meħtieġa għal kummerċ transfruntier mhux ipprojbit f’oġġetti u f’servizzi bejn l-Unjoni u l-Belarussja.
Artikolu 1v
1. By way of derogation from Article 1u(1), the competent authorities may authorise the acceptance of such a deposit, under such conditions as they deem appropriate, after having determined that the acceptance of such a deposit is:
(a) meħtieġa biex tissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 5u(1) u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, inklużi pagamenti għall-ikel, il-kera jew l-ipoteka, għal mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;
(b) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
(c) neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
(d) meħtieġa għal skopijiet uffiċjali ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1(a), (b) u (d) fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Artikolu 1w
1. By way of derogation from Article 1u(1), the competent authorities may authorise the acceptance of such a deposit, under such conditions as they deem appropriate, after having determined that the acceptance of such a deposit is:
(a) meħtieġa għal skopijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet; jew
(b) meħtieġa għal attivitajiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Artikolu 1x
1. Għandu jkun ipprojbit li d-depożitorji ċentrali tat-titoli tal-Unjoni jipprovdu kwalunkwe servizz kif definit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 għal titoli trasferibbli maħruġa wara t-12 ta’ April 2022 lil kwalunkwe ċittadin Belarussu jew lil kwalunkwe persuna fiżika li tirrisjedi fil-Belarussja jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru jew persuni fiżiċi li jkollhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru.
Artikolu 1y
1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ ta’ titoli trasferibbli denominati f’euro maħruġa wara t-12 ta’ April 2022 jew unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv li jipprovdu skopertura għal tali titoli, lil kwalunkwe ċittadin Belarussu jew lil kwalunkwe persuna fiżika li tirrisjedi fil-Belarussja jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru jew persuni fiżiċi li jkollhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru.
Artikolu 1z
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rapportar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom:
(a) jipprovdu lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu jew lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Mejju 2022, lista ta’ depożiti li jaqbżu l-EUR 100 000 miżmuma minn ċittadini Belarussi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fil-Belarussja, jew minn persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fil-Belarussja. Huma għandhom jipprovdu aġġornamenti dwar l-ammonti ta’ tali depożiti kull 12-il xahar.
(b) jipprovdu lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu, informazzjoni dwar depożiti li jaqbżu l-EUR 100 000 miżmuma minn ċittadini Belarussi jew minn persuni fiżiċi residenti fil-Belarussja li jkunu kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru jew drittijiet ta’ residenza fi Stat Membru permezz ta’ skema ta’ ċittadinanza b’investiment jew skema ta’ residenza għall-investituri.
Artikolu 1za
1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ karti tal-flus denominati f’euro lill-Belarussja jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja, inkluż lill-gvern u lill-Bank Ċentrali tal-Belarussja, jew għall-użu fil-Belarussja.
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ karti tal-flus denominati f’euro dment tali bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni jkunu meħtieġa għal:
(a) l-użu personali ta’ persuni fiżiċi li jivvjaġġaw lejn il-Belarussja jew ta’ membri tal-familji immedjati tagħhom li jivvjaġġaw magħhom; jew
(b) il-finijiet uffiċjali tal-missjonijiet diplomatiċi, l-uffiċċji konsulari jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Belarussja li jgawdu minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali.
Artikolu 1zb
Għandu jkun ipprojbit minn [OP: għaxart ijiem tal-kalendarju wara d-dħul fis-seħħ] li jiġu pprovduti servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta’ data finanzjarja, lill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness XV jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50% tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta’ xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness XV.
Artikolu 8ca
1. Il-Maniġer tan-Netwerk maħtur mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/709 tagħha għandu jappoġġja lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tagħha fl-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 8b u tal-konformità miegħu. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu, b’mod partikolari, jirrifjuta l-pjanijiet tat-titjir kollu ppreżentat minn operaturi tal-inġenji tal-ajru li jindikaw l-intenzjoni li jwettqu attivitajiet fit-territorju tal-Unjoni u minn trasportaturi tal-inġenji tal-ajru tal-UE u oqfsa tal-ajru rreġistrati fl-UE fit-territorju tal-Belarussja li jikkostitwixxu ksur ta’ dan ir-Regolament jew ta’ miżuri oħra ta’ sikurezza u sigurtà fis-seħħ, b’tali mod li l-bdot ma jitħalliex itir.
2. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipprovdi regolarment lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, abbażi tal-analiżi tal-pjanijiet tat-titjiriet, rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8b.”;
(5)L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’li ġej:
“1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jaqsmu kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma ' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar:
(a) awtorizzazzjonijiet mogħtija skont dan ir-Regolament;
(b) informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 1z;
(c) ksur u problemi ta’ infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni b’kull informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tagħhom li tista’ taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.
3. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża għall-finijiet li għalihom ġiet ipprovduta jew riċevuta, inkluż l-iżgurar tal-effettività tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.”;
(6)fl-Artikolu 8d, il-punt b għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“(b) entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1j, 1k, 1l u 1t jew elenkati fl-Annessi V, IX u XV;”;
(7)fl-Artikolu 8e, il-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar depożiti u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.”;
(8)L-Anness I għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 765/2006;
(9)L-Anness Va tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President