<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑143/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0143</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:566">EU:C:2017:566</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20170719">19.7.2017</DATE> – KAWŻA C-143/16</P><P>ABERCROMBIE &amp; FITCH ITALIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170719">19 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ xogħol intermittenti li jista’ jiġi konkluż ma’ persuni ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena</KEYWORD><KEYWORD>Tmiem awtomatiku tal-kuntratt ta’ xogħol meta l-ħaddiem jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-143/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (qorti suprema tal-kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151215">15 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Abercrombie &amp; Fitch Italia Srl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Antonino Bordonaro,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev (Relatur), C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170112">12 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Abercrombie &amp; Fitch Italia Srl, minn G. Di Garbo, G. Brocchieri, G. Iorio Fiorelli u E. Ceracchi, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal A. Bordonaro, minn A. Guariso, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. De Socio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u G. Gattinara, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1), tal-Artikolu 2(2)(a) u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79), kif ukoll tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Abercrombie &amp; Fitch Italia Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Abercrombie<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Antonino Bordonaro, fir-rigward tat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ intermittenti ta’ dan tal-aħħar, li seħħet biss għar-raġuni li huwa kien laħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, l-għan tad-Direttiva 2000/78 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>huwa li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/> 1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/> 1.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu approprjati u neċessarji.</ALINEA><ALINEA><P>Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali għall-aċċess għall-impjieg u t-taħriġ professjonali, l-impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kundizzjonijiet ta’ sensji u pagi, għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ età, u persuni li jkollhom responsabbilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħra sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-iffissar ta’ kondizzjonijiet minimi ta’ età, esperjenza professjonali jew anzjanità f’servizz għall-aċċess ta’ mpjieg jew għal ċerti vantaġġi marbuta ma’ l-impjieg;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 tad-decreto legislativo n. 276/2003 – Attuazione delle deleghe in materia di occupazione e mercato del lavoro, di cui alla legge <DATE ISO="20030214">14 febbraio 2003</DATE>, n. 30 (Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003 dwar l-applikazzjoni ta’ delegi fi kwistjonijiet relatati mal-impjieg u s-suq tax-xogħol stabbilit bil-Liġi Nru 30 tal-<DATE ISO="20030214">14 ta’ Frar 2003</DATE>), tal-<DATE ISO="20030910">10 ta’ Settembru 2003</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 235, tad-<DATE ISO="20031009">9 ta’ Ottubru 2003</DATE>, p. 5, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn Abercrombie u A. Bordonaro, jiġifieri l-<DATE ISO="20101214">14 ta’ Diċembru 2010</DATE>, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/> 1.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt ta’ xogħol intermittenti jista’ jiġi konkluż għall-provvista ta’ servizzi ta’ natura mhux kontinwa jew intermittenti skont ir-rekwiżiti speċifikati fil-ftehimiet kollettivi stabbiliti mill-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-impjegati li b’mod komparabbli huma l-iktar rappreżentattivi fil-livell nazzjonali jew territorjali, għal perijodi ddeterminati minn qabel matul ġimgħa, xahar jew sena fis-sens tal-Artikolu 37.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt ta’ xogħol intermittenti jista’ jiġi konkluż, fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta’ servizzi pprovduti minn persuni ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena jew minn ħaddiema ta’ iktar minn ħamsa u erbgħin sena, inklużi pensjonanti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 34(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ meta seħħet it-tkeċċija ta’ A. Bordonaro kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kuntratt ta’ xogħol intermittenti jista’ jiġi konkluż, fi kwalunkwe każ, ma’ persuni ta’ iktar minn ħamsin sena u ma’ persuni ta’ inqas minn erba’ u għoxrin sena, bil-kundizzjoni, fil-każ tal-aħħar, li s-servizzi kuntrattwali jridu jitwettqu qabel ma jintlaħqu l-ħamsa u għoxrin sena<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003 tħassar bid-decreto legislativo n. 81 (Digriet Leġiżlattiv Nru 81), tal-<DATE ISO="20150615">15 ta’ Ġunju 2015</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 144, tal-<DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>). Madankollu, id-dispożizzjonijiet tiegħu ġew essenzjalment riprodotti fl-Artikolu 13 ta’ dan l-aħħar digriet leġiżlattiv, li jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/> 1.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt ta’ xogħol intermittenti huwa kuntratt, anki għal żmien determinat, li permezz tiegħu ħaddiem jqiegħed ruħu għad-dispożizzjoni ta’ persuna li timpjega għat-twettiq ta’ servizzi ta’ xogħol mhux kontinwi jew intermittenti, skont il-modalitajiet speċifikati mill-ftehimiet kollettivi, anki għal perijodi ddeterminati minn qabel fil-kuntest tal-ġimgħa, tax-xahar jew tas-sena. Jekk ma jkunx hemm ftehim kollettiv, il-każijiet fejn jista’ jintuża x-xogħol intermittenti għandhom jiġu ddeterminati b’digriet tal-ministru tax-xogħol u tal-politika soċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratt ta’ xogħol intermittenti jista’ jiġi konkluż, fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta’ servizzi pprovduti minn persuni ta’ inqas minn erba’ u għoxrin sena, bil-kundizzjoni li s-servizzi kuntrattwali jridu jitwettqu qabel ma jintlaħqu l-ħamsa u għoxrin sena, u ta’ iktar minn ħamsa u ħamsin sena.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="034.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fi kwalunkwe każ, bl-eċċezzjoni tas-settur tat-turiżmu, tal-postijiet fejn jiġi milqugħ il-pubbliku u tal-ispettaklu, il-kuntratt ta’ xogħol intermittenti huwa permess, għall-kull ħaddiem mal-istess persuna li timpjega, għal perijodu totali li ma jkunx ta’ iktar minn erba’ mitt ġurnata effettiva ta’ xogħol fil-kuntest ta’ tliet snin. Fil-każ li dan il-perijodu jinqabeż, ir-relazzjoni tittrasforma ruħha f’relazzjoni ta’ impjieg full time u għal żmien indeterminat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Matul il-perijodi mhux maħduma, il-ħaddiem intermittenti ma għandux dritt għal remunerazzjoni u lanqas għal xi dritt ieħor li joħroġ mir-relazzjoni ta’ xogħol, ħlief jekk ikun ta’ garanzija lill-persuna li timpjega li ser jibqa’ għad-dispożizzjoni tagħha meta ssejjaħlu, f’liema każ, huwa jirċievi allowance tad-disponibbiltà prevista fl-Artikolu 16.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima ma japplikawx għar-relazzjonijiet ta’ xogħol fil-kuntest tal-amministrazzjonijiet pubbliċi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-projbizzjonijiet ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta previsti fil-leġislazzjoni fis-seħħ, il-ħaddiem intermittenti ma għandux jirċievi, għall-perijodi maħduma, trattament ekonomiku u regolatorju li jkun kumulattivmaent inqas favorevoli meta mqabbel ma ħaddiema tal-istess livell, għall-istess xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-trattament ekonomiku, regolatorju u ta’ sigurtà soċjali tal-ħaddiem intermittenti għandu jkun proporzjonali, skont ix-xogħol effettivament imwettaq, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ammont tar-remunerazzjoni globali u ta’ kull wieħed mill-elementi tagħha, kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-vaganzi u l-leave tal-mard, il-leave għal inċidenti fuq ix-xogħol, il-leave għal mard ikkaġunat mix-xogħol, il-leave tal-maternità u l-leave parentali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>A. Bordonaro kien impjegat minn Abercrombie &amp; Fitch fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat konkluż fl-<DATE ISO="20101214">14 ta’ Diċembru 2010</DATE> li, fl-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE>, inbidel f’kuntratt għal żmien indeterminat, biex iwettaq xogħol ta’ magazzinier ta’ bil-lejl. Il-kuntratt kien jipprevedi li l-persuna kkonċernata kellha, b’mod intermittenti, kull meta l-impriża titlob dan, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>tiżgura l-assistenza lill-klijenti u taħdem bħla operatur mal-cash register<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-impjieg tiegħu, A. Bordonaro wettaq, fl-ewwel xhur tar-reklutaġġ tiegħu, bejn erba’ u ħames servizzi ta’ xogħol ta’ bil-lejl fil-ġimgħa, u sussegwentement, mis-sena 2011, bejn tlieta u erba’ servizzi ta’ xogħol fil-ġimgħa. Is-servizzi kienu mqassma bejn il-persunal kollu skont planning ta’ xahrejn. Peress li kkonstata li ismu ma kienx iktar jidher fil-planning ta’ wara dak li jintemm fis-<DATE ISO="20120716">16 ta’ Lulju 2012</DATE> u peress li ma rċeviex iktar talbiet biex iwettaq servizzi, A. Bordonaro kkuntattja lis-servizz tar-riżorsi umani ta’ Abercrombie. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20120730">30 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-persuna responsabbli minn dan is-servizz informatu li r-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu ma’ Abercrombie kienet intemmet fis-<DATE ISO="20120726">26 ta’ Lulju 2012</DATE>, li hija l-ġurnata ta’ meta huwa għalaq ħamsa u għoxrin sena, peress li, f’din id-data, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ir-rekwiżit suġġettiv tal-età ma kienx iktar issodisfatt<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>A. Bordonaro ressaq rikors quddiem it-Tribunale di Milano (qorti ta’ Milano, l-Italja) intiż sabiex jiġi stabbilit li l-kuntratt ta’ xogħol intermittenti tiegħu għal żmien determinat kif ukoll it-tkeċċija tiegħu huma illegali minħabba diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. Peress li t-Tribunale di Milano (qorti ta’ Milano) iddikjarat dan ir-rikors inammissibbli, A. Bordonaro appella quddiem il-Corte d’appello di<?PAGE NO="5"?> Milano (qorti tal-appell ta’ Milano, l-Italja), li, permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, ikkonstatat l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol subordinat għal żmien indeterminat u kkundannat lil Abercrombie tirreintegra lill-persuna kkonċernata fil-pożizzjoni tagħha u tikkumpensaha għad-danni subiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Abercrombie appellat fil-kassazzjoni quddiem il-Corte suprema di cassazione (qorti suprema tal-kassazzjoni, l-Italja). Min-naħa tiegħu, A. Bordonaro ressaq appell inċidentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar jekk l-Artikolu 34(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003, fil-verżjonijiet tiegħu applikabbli għat-tilwima inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwiex kompatibbli kemm mad-Direttiva 2000/78 kif ukoll mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età. Hija tosserva, b’mod partikolari, li din id-dispożizzjoni donnha ma tinkludix raġuni rilevanti espliċita għall-finijiet tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Ir-regola nazzjonali li tinsab fl-Artikolu 34 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru°276 tal-2003, li tipprovdi li l-kuntratt ta’ xogħol intermittenti jista’ jiġi konkluż, fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta’ servizzi pprovduti minn persuni ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena, tmur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-età, li huwa stabbilit mid-Direttiva [2000/78] u l-Artikolu 21(1) tal-[Karta]?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 21 tal-Karta kif ukoll l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2(2)(a), u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza persuna li timpjega tikkonkludi kuntratt ta’ xogħol intermittenti ma’ ħaddiem ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena, irrispettivament min-natura tas-servizzi li għandhom jitwettqu, u li tkeċċi lil dan il-ħaddiem ladarba huwa jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, meta jadottaw miżuri li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, li tikkonkretizza, fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li issa huwa sanċit fl-Artikolu 21 tal-Karta, l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali għandhom jaġixxu b’osservanza ta’ din id-direttiva (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110913">13 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prigge <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-447/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:573">EU:C:2011:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141111">11 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schmitzer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑530/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2359">EU:C:2014:2359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bowman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑539/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:977">EU:C:2016:977</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu għalhekk jiġi eżaminat jekk dispożizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistabbilixxix differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/78. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont kliem din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ifisser li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78 jippreċiża li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) tagħha, għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, qabel kollox, il-kwistjoni mqajma mill-Kummissjoni Ewropea, dwar jekk A. Bordonaro jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-kunċett għandu portata awtonoma u ma għandux jiġi interpretat b’mod restrittiv. Għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> kull persuna li teżerċita attivitajiet ġenwini u effettivi, bl-esklużjoni ta’ attivitajiet fuq skala tant żgħira li<?PAGE NO="6"?> jistgħu jitqiesu purament marġinali u anċillari. Il-karatteristika tar-relazzjoni ta’ xogħol hija, skont din il-ġurisprudenza, il-fatt li persuna twettaq matul ċertu żmien, favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha, servizzi li b’korrispettiv għalihom hija tirċievi remunerazzjoni (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860703">3 ta’ Lulju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Lawrie-Blum</NAME.CASE>, <NO.CASE>66/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:284">EU:C:1986:284</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040323">23 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Collins</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-138/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:172">EU:C:2004:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neidel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-337/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:263">EU:C:2012:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni globali tar-relazzjoni ta’ xogħol ta’ A. Bordonaro timplika mhux biss it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi bħall-ħin tax-xogħol u l-ammont tar-remunerazzjoni, iżda wkoll ta’ eventwali drittijiet għal leave imħallas, tad-dritt għaż-żamma tas-salarju fil-każ ta’ mard, tal-fatt li l-kuntratt huwa suġġett għall-ftehim kollettiv applikabbli, tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u, jekk ikun il-każ, tan-natura ta’ dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100204">4 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Genc</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-14/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:57">EU:C:2010:57</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li A. Bordonaro ġie impjegat fl-<DATE ISO="20101214">14 ta’ Diċembru 2010</DATE> abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol intermittenti għal żmien determinat sabiex iwettaq, kull meta Abercrombie titlob dan, xogħol ta’ magazzinier ta’ bil-lejl. Kif jirriżulta mill-proċess li jinsab quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa wettaq, fl-ewwel xhur tar-reklutaġġ tiegħu, bejn erba’ u ħames servizzi ta’ xogħol ta’ bil-lejl fil-ġimgħa, u sussegwentement, mis-sena 2011, bejn tlieta u erba’ servizzi ta’ xogħol fil-ġimgħa. Barra minn hekk, matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, A. Bordonaro speċifika li huwa kien fl-istess pożizzjoni bħal 400 impjegat ieħor ta’ Abercrombie, li l-kuntratt tagħhom huwa rregolat minn ftehimiet kollettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet li fihom ġiet eżerċitata, li l-eżatezza tagħhom għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, l-attività ta’ A. Bordonaro ma tistax tiqies li kienet purament marġinali u anċillari, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 19 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk huwa probabbli li l-kuntratt ta’ xogħol ta’ A. Bordonaro huwa ta’ natura li tippermettilu jinvoka l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li għandha konoxxenza fil-fond u diretta tat-tilwima fil-kawża prinċipali, li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara dan għandu jiġi eżaminat jekk A. Bordonaro huwiex fondat li jallega li kien is-suġġett ta’ differenza fit-trattament abbażi tal-età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rekwiżit relatat man-natura paragunabbli tas-sitwazzjonijiet, għandu jiġi speċifikat li, minn naħa, ma huwiex meħtieġ li s-sitwazzjonijiet ikunu identiċi, iżda biss li jkunu paragunabbli u, min-naħa l-oħra, l-eżami ta’ din in-natura paragunabbli ma għandux isir b’mod globali u astratt, iżda b’mod speċifiku u konkret fir-rigward tal-benefiċċju kkonċernat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Hay</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-267/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:823">EU:C:2013:823</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 34 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003, stabbilixxa żewġ skemi differenti mhux biss f’dak li jirrigwarda l-aċċess u l-kundizzjonijiet tax-xogħol iżda wkoll it-tkeċċija tal-impjegati intermittenti, skont il-kategorija ta’ età li taħtha jaqgħu dawn l-impjegati. Fil-fatt, filwaqt li, fir-rigward tal-ħaddiema li għandhom ħamsa u għoxrin sena u iktar iżda inqas minn ħamsa u erbgħin sena, kuntratt ta’ xogħol intermittenti jista’ jiġi konkluż biss għall-eżekuzzjoni ta’ servizzi ta’ natura mhux kontinwa jew intermittenti, skont il-modalitajiet speċifikati fil-ftehimiet kollettivi u għal perijodi speċifikati minn qabel, il-konklużjoni ta’ tali kuntratt ta’ xogħol intermittenti ma hija suġġetta, fir-rigward tal-ħaddiema ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena u ta’ iktar minn ħamsa u erbgħin sena, għall-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet u tista’ sseħħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>fi kwalunkwe każ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fejn għandu jiġi speċifikat, kif indikat mill-Gvern Taljan waqt is-seduta, li l-kuntratti konklużi mal-ħaddiema ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena jintemmu awtomatikament meta dawn jilħqu l-ħamsa u għoxrin sena.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem li jitkeċċa biss minħabba l-fatt li huwa laħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena hija oġġettivament paragunabbli għal dik tal-ħaddiema li jaqgħu taħt kategorija oħra ta’ età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li sa fejn id-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi li kuntratt ta’ xogħol intermittenti jista’ jiġi konkluż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>fi kwalunkwe każ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma’ ħaddiem ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena u jintemm awtomatikament meta dan il-ħaddiem jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena, din tistabbilixxi differenza fit-trattament ibbażat fuq l-età, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi eżaminat jekk din id-differenza fit-trattament tistax tiġi ġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 jistipula li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età ma għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, huwa objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanijiet ikunu approprjati u neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla mhux biss tat-tfittxija ta’ għan partikolari fost għanijiet oħra fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, iżda wkoll fid-definizzjoni tal-miżuri li kapaċi jilħquh (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141111">11 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schmitzer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-530/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2359">EU:C:2014:2359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk id-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex iġġustifikata minn għan leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Taljan jirriżulta li din id-dispożizzjoni tifforma parti minn kuntest ġuridiku intiż li jagħmel is-suq tax-xogħol iktar flessibbli sabiex tiżdied ir-rata tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-kategorija ta’ ħaddiema ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena, mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Taljan effettivament jirriżulta li l-għan tal-possibbiltà mogħtija lill-persuni li jimpjegaw sabiex jikkonkludu kuntratt ta’ xogħol intermittenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>fi kwalunkwe każ<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u li jtemmu dan il-kuntratt meta l-ħaddiem inkwistjoni jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena, huwa l-promozzjoni tad-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Dan il-gvern enfasizza li, f’suq tax-xogħol f’diffikultà, bħas-suq Taljan, l-assenza ta’ esperjenza professjonali hija fattur li tippenalizza ż-żgħażagħ. Barra minn hekk, il-possibbiltà ta’ dħul fid-dinja tax-xogħol u li tinkiseb esperjenza, għalkemm din tkun flessibbli u għal perijodu limitat, tista’ sservi ta’ trampolin lejn possibiltajiet ġodda ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Waqt is-seduta l-Gvern Taljan speċifika li l-għan prinċipali u speċifiku tad-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex li ż-żgħażagħ jingħataw aċċess stabbli għas-suq tax-xogħol, iżda biss li jingħataw l-ewwel opportunità li jaċċedu għas-suq tax-xogħol. Permezz ta’ din id-dispożizzjoni ż-żgħażagħ jingħataw l-ewwel esperjenza li iktar ’il quddiem tista’ tqegħedhom f’sitwazzjoni kompetittiva favorevoli fl-imsemmi suq tax-xogħol. Għalhekk, l-imsemmija dispożizzjoni tirrigwarda stadju li jiġi qabel l-aċċess sħiħ għas-suq tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dawn il-kunsiderazzjonijiet marbuta mal-aċċess għas-suq tax-xogħol u mal-mobilità huma applikati għaż-żgħażagħ li qed ifittxu l-ewwel impjieg, jiġifieri għal waħda mill-kategoriji tal-popolazzjoni esposti għal riskju speċifiku ta’ esklużjoni soċjali. Waqt is-seduta, A. Bordonaro nnifsu osserva li r-rata ta’ impjieg taż-żgħażagħ, jiġifieri dawk fil-kategorija ta’ età bejn il-ħmistax u l-ħamsa u għoxrin sena, għaddiet minn 51 % għal 39 % bejn is-sena 2004 u s-sena 2016.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2000/78, id-differenzi fit-trattament jistgħu jinkludu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali għall-aċċess għall-impjieg u t-taħriġ professjonali, l-impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kundizzjonijiet ta’ sensji u pagi, għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ età, u persuni li jkollhom responsabbilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħra sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-promozzjoni tar-reklutaġġ tikkostitwixxi, b’mod li ma jistax jiġi kkontestat, għan leġittimu tal-politika soċjali jew tal-impjieg tal-Istati Membri, b’mod partikolari meta tiffavorixxi l-aċċess taż-żgħażagħ għall-eżerċizzju ta’ professjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Fuchs u Köhler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-159/10 u C-160/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:508">EU:C:2011:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-għan intiż li jiffavorixxi s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew li tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom jista’ jitqies bħala leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>de Lange</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-548/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:850">EU:C:2016:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ġie wkoll deċiż li l-fatt li r-reklutaġġ ta’ ħaddiema żgħażagħ jiġi ffaċilitat billi tiżdied il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-persunal jikkostitwixxi, b’mod partikolari, għan leġittimu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Kücükdeveci</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-555/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:21">EU:C:2010:21</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, sa fejn l-għan tagħha huwa li tiffavorixxi d-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tfittex li tilħaq għan leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk il-mezzi implementati sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet humiex xierqa u neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda n-natura xierqa ta’ dispożizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat li miżura li tawtorizza lil persuni li jimpjegaw sabiex jikkonkludu kuntratt ta’ xogħol inqas riġidi tista’, meqjusa s-setgħa ta’ diskrezzjoni wiesgħa li l-Istati Membri għandhom f’dan il-qasam, titqies li hija xierqa sabiex jintlaħaq livell ta’ flessibbiltà fis-suq tax-xogħol. Fil-fatt, jista’ effettivament jitqies li l-impriżi jistgħu jiġu stimulati bl-eżistenza ta’ strument inqas vinkolanti u li jinvolvi spiża inqas mill-kuntratt normali u b’dan il-mod jiġu mħeġġa jirrispondu iktar għal talbiet ta’ impjieg minn ħaddiema żgħażagħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda n-natura neċessarja tad-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat li, hekk kif sostniet Abercrombie, f’kuntest ta’ kriżi ekonomika persistenti u ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef, is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena u li, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol flessibbli u temporanju, bħall-kuntratt intermittenti, jista’ jaċċedi għas-suq tax-xogħol hija preferibbli għas-sitwazzjoni ta’ dak li ma għandux tali possibbiltà u li, minħabba f’dan, jinsab bla xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Taljan spjega, matul is-seduta, li dawn il-forom ta’ xogħol flessibbli huma neċessarji biex tiġi promossa l-mobilità tal-ħaddiema, titkabbar l-adattabbiltà tal-pagi għas-suq tax-xogħol u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dan is-suq tal-persuni mhedda b’esklużjoni soċjali filwaqt li jiġu eliminati l-forom ta’ xogħol illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Matul is-seduta dan il-gvern enfasizza wkoll li huwa neċessarju, sabiex l-għan imfittex mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jintlaħaq, li l-ikbar numru possibbli ta’ żgħażagħ ikunu jistgħu jużaw dan it-tip ta’ kuntratt. Issa, li kieku l-kuntratti ta’ xogħol konklużi b’mod konformi mal-Artikolu 34(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003 kienu stabbli, l-impriżi ma jkunux f’pożizzjoni li joffru xogħol liż-żgħażagħ kollha, b’tali mod li numru kunsiderevoli ta’ żgħażagħ ma jkollhomx il-possibbiltà li jaċċedu għal dawn il-forom ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Taljan osserva li l-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija akkumpanjata minn ċertu numru ta’ garanziji. Għalhekk, l-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>il-ħaddiem intermittenti ma għandux jirċievi, għall-perijodi maħduma, trattament ekonomiku u regolatorju li jkun kumulattivmaent inqas favorevoli meta mqabbel ma’ ħaddiema tal-istess livell, għall-istess xogħol<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies, meqjus il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ li l-Istati Membri għandhom fl-għażla mhux biss tat-tfittxija ta’ għan partikolari fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, iżda wkoll fid-definizzjoni tal-miżuri li kapaċi jilħquh, li l-leġiżlatur nazzjonali seta’ raġonevolment iqis li kien neċessarju li jadotta dispożizzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 34(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda preliminari magħmula għandha tkun li l-Artikolu 21 tal-Karta kif ukoll l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2(2)(a), u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza persuna li timpjega tikkonkludi kuntratt ta’ xogħol intermittenti ma’ ħaddiem ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena, irrispettivament min-natura tas-servizzi li għandhom jitwettqu, u li tkeċċi lil dan il-ħaddiem ladarba huwa jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena, peress li din id-dispożizzjoni tfittex li tilħaq għan leġittimu ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u peress li l-mezzi previsti għall-ilħuq ta’ dan l-għan huma xierqa u neċessarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2(2)(a), u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza persuna li timpjega tikkonkludi kuntratt ta’ xogħol intermittenti ma’ ħaddiem ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena, irrispettivament min-natura tas-servizzi li għandhom jitwettqu, u li tkeċċi lil dan il-ħaddiem ladarba huwa jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena, peress li din id-dispożizzjoni tfittex li tilħaq għan leġittimu ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u peress li l-mezzi previsti għall-ilħuq ta’ dan l-għan huma xierqa u neċessarji.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>