30.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/10


DEĊIŻJONI 1/2007 TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-KE U TA’ L-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Protokoll 2 (dwar prodotti ta’ l-azzar) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

(2008/82/KE)

IL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistabbilixxi sistema ta’ kontroll doppju, mingħajr limiti kwantitattivi, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2)

Sar progress sinifikanti fil-programm meħtieġ ta’ ristrutturar u konverżjoni għall-industrija ta’ l-azzar fl-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(3)

Il-ħtieġa għal proċedura amministrattiva għall-għoti rapidu ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet fil-flussi kummerċjali sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex tkun evitata kull devjazzjoni tal-kummerċ ma għadhiex teżisti.

(4)

Konsegwentement, ma għadx hemm bżonn ta’ sistema ta’ kontroll doppju, mingħajr limiti kwantitattivi, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(5)

Il-Protokoll 2 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 2 għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzzjoni u l-Anness I ma’ l-imsemmi Protokoll 2 għandhom jitħassru.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Il-President

Antonio MILOŠOSKI