<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑48/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012TJ0048</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:680">EU:T:2014:680</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140716">16.7.2014</DATE> — KAWŻA T‑48/12</P><P>EUROSCRIPT – POLSKA vs IL-PARLAMENT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20140716">16 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi għal servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ sejħa għal offerti</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni li r-rikorrenti titqiegħed fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula</KEYWORD><KEYWORD>Għoti tal-kuntratt qafas prinċipali lil offerent ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal evalwazzjoni mill-ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Terminu</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni tal-proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Trasparenza</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑48/12,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Euroscript – Polska Sp. z o.o</HT>., stabbilita fi Kraków (il-Polonja), irrappreżentata minn J.-F. Steichen, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn L. Darie u P. Biström, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-<DATE ISO="20111209">9 ta’ Diċembru 2011</DATE> li temenda d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE> li tikklassifika lir-rikorrenti fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li tagħtiha l-kuntratt prinċipali fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56‑090361), u, sussidjarjament, talba għal annullament ta’ din is-sejħa għal offerti,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn S. Frimodt Nielsen, President, F. Dehousse u A. M. Collins (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-għoti ta’ kuntratti għal servizzi tal-Parlament Ewropew huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tal-ewwel parti tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-<DATE ISO="20020625">25 ta’ Ġunju 2002</DATE>, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tal-ewwel parti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-<DATE ISO="20021223">23 ta’ Diċembru 2002</DATE>, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>regoli ddettaljati għall-implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fil-verżjonijiet tagħhom applikabbli għall-fatti tal-kawża.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Finanzjarju</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-awtorità tal-kuntratti [awtorità kontraenti] għandha tinnotifika lill-kandidati jew lill-appaltaturi [offerenti] kollha li l-applikazzjonijiet jew l-offerti tagħhom huma miċħuda bil-bażi li fuqhom tkun ittieħdet id-deċiżjonim u lill-appaltaturi kollha li l-offerti tagħhom huma ammissibbli u li jagħmlu talba bil-miktub, bill-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi ta’ l-appaltatur b’suċċess u l-isem ta’ l-appaltatur li lilu jingħata il-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>B’dana kollu, ċerti dettalji ma jkunx hemm ħtieġa li jkunu żvelati meta l-iżvelar tagħhom ikun ifixkel l-applikazzjoni tal-liġi, [u l-iżvelar] ikun kuntrarju ta’ l-interess pubbliku jew ikunu ta’ ħsara għall-interessi leġittimi tan-negozju ta’ l-impriżi pubbliċi jew privati jew jista’ jgħawweġ il-kompetizzjoni ġusta bejn dawk l-impriżi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju jgħid kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Meta l-proċedura ta’ għoti tkun soġġetta għal [ivvizzjata bi] żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet għandhom jissospendu l-proċedura u jistgħu jieħdu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura.</ALINEA><ALINEA>[Jekk], wara l-għoti tal-kuntratt, il-proċedura ta’ għoti jew it-twettiq tal-kuntratt tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet jistgħu, skond l-istadju li jkun intlaħaq fil-proċedura, jibqgħu lura milli jikkonkludu l-kuntratt jew jissospendu t-twettiq tal-kuntratt jew, fejn xieraq, jitterminaw il-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Regoli ddettaljati għall-implementazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 149 tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="149.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu mill-aktar fis lill-kandidati u min jifta’ l-offerti bid-deċiżjonijiet meħuda dwar l-għotja tal-kuntratt jew kuntratt ta’ qafas jew id-dħul f’sistema ta’ akkwist dinamiku, inklużi l-għanjiet għala ddeċidew li ma jagħtux kuntratt jew kuntratt ta’ qafas jew li jimplimentaw sistema ta’ akkwist dinamiku li għalih kien hemm sejħa għall-offerti jew li tinbeda mill-ġdid il-proċedura.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="149.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien [massimu ta’] ħmistax-il ġurnata kalendarja mid-data li tintlaqa’ talba bil-miktub, tikkomunika t-tagħrif previt fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="149.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ kuntratti mogħtija mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità f’isimhom stess, b’valur daqs il-limiti msemmija fl-Artikolu 158 jew aktar minnhom, u li ma jkunux esklużi mill-firxa ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, l-awtorità li tagħti l-kuntratti għandha tinforma lil dawk kollha li jitfgħu offerti jew kandidati li ma jkunux irnexxew, fl-istess ħin u individwalment, bil-posta u [jew] bil-fax jew il-posta elettronika, li l-applikazzjoni jew l-offerta tagħhom ma jkunux intlaqgħu, f’xi wieħed mill-istadji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ftit wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ għażla u qabel id-deċiżjoni ta’ l-aġġudikazzjoni fil-każ ta’ proċeduri ta’ akkwist organizzati f’żewġ stadji separati,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ aġġudikazzjoni u deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ offerti, kemm jista’ jkun malajr wara d-deċiżjoni ta’ l-aġġudikazzjoni u sa mhux aktar tard mill-ġimgħa ta’ wara.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>F’kull każ, l-awtorità li tagħti l-kuntratti għandha tindika r-raġunijiet għaliex l-offerta jew applikazzjoni ma jkunux ġew aċċettati u r-rimedji legali disponibbli.</ALINEA><ALINEA>L-awtoritajiet kontraenti fl-istess ħin għandhom jinnotifikaw in-notifiki ta’ l-eliminazzjoni indirizzati lill-kandidati jew lil dawk li tefgħu l-offerti eliminati, id-deċiżjoni dwar l-għotja lil dak li ntgħażel billi jiġi ppreċiżati [ppreċiżat li] d-deċiżjoni nnotifikata ma tikkostitwixxix impenn min-naħa ta’ l-awtorità kontraenti kkonċernata[.]</ALINEA><ALINEA>Dawk li tefgħu l-offerti jew il-kandidati eliminati jistgħu jakkwistaw informazzjoni kumplimentari dwar ir-ragunijiet għall-eliminazzjoni tagħhom, permezz ta’ talba bil-miktub, permezz ta’ ittra, fax jew posta elettronika u għal dawk kollha li tefgħu offerta aċċettabbli, fuq il-karatteristiċi u l-vantaġġi ta’ l-offerta li ntgħażlet kif ukoll l-isem ta’ min ta din l-offerta, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 100(2), it-tieni inċiż, tar-Regolament Finanzjarju. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrispondu f’tul ta’ żmien ta’ ħmistax‑il ġurnata li għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta’ l-ilqugħ tat-talba.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 153 tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="153.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Appalti jitwaqqfu skond l-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju biex jaraw żbalji sostanzjali jew irregolaritajiet jew frodi preżunti sarux tassew. Jekk ma jkunux ikkonfermati, l-appalt għandu jitkompla malajr kemm jista’ jkun.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="153.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Żball sostanzjali jew irregolarita huma kull infrazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ appalt jew regolament li joħroġ minn att jew att ta’ ommissjoni li jikkawża jew jista’ jikkawża telf fil-budget tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 158a(1) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, huwa previst dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-awtorità li tagħti l-kuntratti m’għandhiex tiffirma l-kuntratt jew qafas ta’ kuntratt [kuntratt qafas], kopert mid-Direttiva 2004/18/KE, ma’ l-offerent li jkun ġie aċċettat qabel ma jkunu għaddew erbatax-il jum tal-kalendarju.</P><P>Il-perjodu ta’ 14-il jum kalendarju għandu jiġi kkalkulat minn waħda minn dawn id-dati:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mill-jum ta’ wara li jkunu ntbagħtu flimkien id-deċeżjoni ta’ l-aġġudikazzjoni u d-deċiżjonijiet li jirrifjutaw l-offerti[,]</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fejn il-kuntratt jew qafas ta’ kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, mill-jum wara dak li fih l-avviż ta’ għoti ta kuntratt imsemmi fl-Artikolu 118 jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Jekk ikun meħtieġ l-awtorità li tagħti l-kuntratt tista’ tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt għal aktar studju jekk dan ikun ġustifikat mit-talbiet jew kummenti li jsiru mill-offerenti jew kandidati li ma jkunux irnexxew jew li jkollhom xi lment jew minn xi informazzjoni relevanti oħra li hija tkun irċeviet. It-talbiet jew kummenti u l-informazzjoni għandhom jaslu matul [il-perijodu previst fl-ewwel paragrafu]. Fil-każ ta’ sospensjoni, il-kandidati jew offerenti kollha għandhom ikunu infurmati fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni.</ALINEA><ALINEA>Minbarra fil-każijiet stipulati fil-paragrafu 2, kull kuntratt iffirmat qabel jiskadi l-perjodu ta’ erbatax-il jum kalendarju għandu jkun null u bla effett.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sejħa għal offerti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Is-sejħa għal offerti PL/2011/EU (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) kellha bħala għan il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni mill-Ingliż, mill-Franċiż, mill-Ġermaniż, mit-Taljan u mill-Ispanjol għall-Pollakk, favur il-Parlament, il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kif ukoll il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea. Din kienet magħmula, minn naħa, mill-istedina għall-offerti u, min-naħa l-oħra, mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punt 23 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, li jagħmel riferiment għall-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju, jippreċiża l-kriterji ta’ esklużjoni ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-punt 24 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, l-offerent li jingħata l-kuntratt għandu żmien ta’ għaxart ijiem tax-xogħol sa min-notifika tal-għoti provviżorju tal-kuntratt sabiex jagħti l-prova li dan ma huwiex ikkonċernat bis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt 23 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punt 26.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Għoti tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-kuntratti għandhom jingħataw lill-offerenti li jkunu ppreżentaw l-offerta li tkun l-iktar vantaġġuża ekonomikament, evalwata skont il-kriterju ta’ għoti tar-relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Għandha ssir lista ta’ massimu ta’ ħames offerenti magħżula u l-kuntratt prinċipali għandu jingħata lill-offerent li jippreżenta l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 27 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Komunikazzjoni tar-riżultati<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-awtorità kontraenti għandha tinforma fl-istess ħin u b’mod individwali lil kull offerent mhux magħżul, permezz ta’ ittra rreġistrata u permezz tal-posta elettronika jew fax, li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx. F’kull każ l-awtorità kontraenti għandha tindika r-raġunijiet għaċ-ċaħda kif ukoll ir-rimedji ġudizzjarji disponibbli.</ALINEA><ALINEA>L-awtorità kontraenti għandha tikkomunika, fl-istess waqt tan-notifiki taċ-ċaħda, id-deċiżjoni ta’ għoti lill-offerent li jingħata l-kuntratt filwaqt li tippreċiża li din ma tikkostitwixxix impenn min-naħa tal-awtorità kontraenti. Il-kuntratt ma jkunx jista’ jiġi ffirmat qabel perijodu ta’ erbatax-il jum tal-kalendarju mill-għada tad-data tan-notifika simultanja tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda u ta’ għoti. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni ta’ għoti tkun definittiva biss meta l-offerent li jingħata l-kuntratt ikun ippreżenta l-provi meħtieġa dwar il-kriterji ta’ esklużjoni msemmija fil-punt 23 ta’ dawn<?PAGE NO="5"?> l-ispeċifikazzjonijiet u meta dawn ikunu ġew aċċettati mill-awtorità kontraenti. Tali aċċettazzjoni għandha dejjem tiġi kkomunikata bil-miktub u għandha tippermetti lill-offerent li jingħata l-kuntratt li jiffirma l-kuntratt jekk it-terminu ta’ erbatax-il jum kalendarju jkun għadda.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe kuntratt iffirmat qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ erbatax-il jum tal-kalendarju huwa null u bla effett.</ALINEA><ALINEA>Kull offerent mhux magħżul jista’ jikseb informazzjoni addizzjonali dwar ir-raġunijiet taċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, fuq talba bil-miktub permezz ta’ ittra, permezz ta’ fax, jew permezz ta’ posta elettronika. Huma biss dawk l-offerenti li jkunu pprovdew offerta ammissibbli li jistgħu jitolbu l-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula, kif ukoll isem l-offerent li jingħata l-kuntratt. Huma meqjusa ammissibbli l-offerti tal-offerenti li ma humiex esklużi u li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla. Madankollu, ċerti dettalji ma jkunx hemm ħtieġa li jkunu kkomunikati meta l-komunikazzjoni tagħhom tkun tfixkel l-applikazzjoni tal-liġijiet, meta din il-komunikazzjoni tkun kuntrarja għall-interess pubbliku jew tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriżi pubbliċi jew privati, jew meta tkun tista’ tfixkel il-kompetizzjoni leali bejniethom.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont il-punt 28 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Sospensjoni tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, huwa previst dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Jekk ikun meħtieġ, wara l-komunikazzjoni tar-riżultati u qabel l-iffirmar tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jissospendu l-iffirmar tal-kuntratt sabiex isir eżami addizzjonali fil-każ fejn it-talbiet jew il-kummenti fformulati minn offerenti mhux magħżula jew leżi, jew kull informazzjoni oħra rilevanti riċevuta dwar il-proċedura, ikunu jiġġustifikaw dan. It-talbiet, kummenti jew informazzjoni inkwistjoni għandhom jiġu riċevuti matul il-perijodu ta’ erbatax-il jum tal-kalendarju sa mill-għada tad-data tan-notifika simultanja tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda u ta’ għoti jew, jekk ikun il-każ, il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt. Fil-każ ta’ sospensjoni, l-offerenti kollha għandhom ikunu informati fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni. Wara l-eżamijiet addizzjonali li jirriżultaw mis-sospensjoni tal-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jikkonfermaw id-deċiżjoni ta’ għoti tagħhom, jemendawha jew, jekk ikun il-każ, jannullaw il-proċedura. Kull deċiżjoni ġdida għandha tkun motivata u mgħarrfa, bil-miktub, lill-offerenti parteċipanti kollha.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110322">22 ta’ Marzu 2011</DATE>, il-Parlament ta bidu għas-sejħa għal offerti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Euroscript – Polska Sp. z o.o., kumpannija Pollakka attiva fil-qasam tat-traduzzjoni, ippreżentat offerta fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>deċiżjoni inizjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), il-Parlament informa lir-rikorrenti li l-offerta tagħha kienet intgħażlet u li hija kienet tinsab fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula. Skont l-Artikoli 23 u 24 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, ir-rikorrenti kienet mistiedna tipprovdi provi dwar il-kriterji ta’ esklużjoni previsti fl-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta d-deċiżjoni inizjali. Din tal-aħħar kienet tippreċiża dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[…] nirriżervaw id-dritt li nissospendu l-iffirmar tal-kuntratt għal eżami addizzjonali jekk dan ikun iġġustifikat mit-talbiet jew mill-kummenti magħmula minn offerenti mhux magħżula jew jekk ikun hemm kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. F’dak il-każ, intom tiġu informati.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>Din in-notifika ta’ għoti tal-kuntratt ma tikkostitwixxix impenn min-naħa tagħna. L-awtorità kontraenti tista’, sal-iffirmar tal-kuntratt, tirtira mill-kuntratt jew tannulla l-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt mingħajr ma dan jagħti dritt għal kumpens.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-istess jum, il-Parlament bagħat lil Agencja MAart, kumpannija Pollakka li wkoll kienet offerent fil-kuntest tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, ittra li tinnotifika li l-offerta tagħha kienet intgħażlet u li hija kienet tinsab fit-tieni pożizzjoni fil-lista tal-offerenti kklassifikati fl-aħjar pożizzjonijiet. F’din l-ittra hija kienet mistiedna, bl-istess kliem tad-deċiżjoni inizjali, tipprovdi l-provi li jirrigwardaw il-kriterji ta’ esklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, Agencja MAart talbet lill-Parlament dettalji dwar l-evalwazzjoni tal-offerta tagħha, qabel ma talbet, b’ittra tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, is-sospensjoni tal-proċedura u l-eżami mill-ġdid tal-offerti magħżula abbażi tal-elementi u tal-ommissjonijiet li jikkonċernaw l-offerta tagħha, speċifikati fl-Anness tal-ittra tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni ltaqa’ fis-<DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE> sabiex jeżamina mill-ġdid l-offerta ta’ Agencja MAart. Din ingħatat 3.58 punti b’mod addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fi tmiem din il-laqgħa, il-Parlament, fit-<DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, adotta deċiżjoni ġdida li fiha l-lista tal-offerenti magħżula għall-finijiet tal-għoti tal-kuntratt. Agencja MAart kienet tinsab fl-ewwel pożizzjoni u r-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20111109">9 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-Parlament informa lir-rikorrenti li l-offerta tagħha issa tinsab fit-tieni pożizzjoni tal-lista tal-offerenti bl-aħjar pożizzjonijiet wara l-għoti ta’ 3.58 punti ta’ kwalità addizzjonali lil Agencja MAart (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20111212">12 ta’ Diċembru 2011</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Parlament, skont ir-Regolament Finanzjarju, jipprovdilha l-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi għall-offerent ikklassifikat fl-ewwel pożizzjoni. Ir-rikorrenti talbet ukoll lill-Parlament sabiex jikkomunikalha d-data li fiha Agencja MAart appellat id-deċiżjoni li tikklassifikaha fl-ewwel pożizzjoni tal-offerenti li kienu kklassifikati fl-aħjar pożizzjonijiet, ir-raġunijiet li għalihom Agencja MAart kienet kisbet 3.58 punti ta’ kwalità addizzjonali kif ukoll ir-raġuni li għaliha hija ma ġietx informata bis-sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Parlament irrisponda lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20111220">20 ta’ Diċembru 2011</DATE>, fejn fiha huwa ppreċiża li l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni kien ta 94.9 punti lil Agencja MAart wara li din kienet kisbet 3 punti ta’ kwalità addizzjonali għat-teħid inkunsiderazzjoni tagħha tal-kummenti tal-awtorità kontraenti u 0.58 punt għall-kopertura tagħha ta’ żewġ lingwi addizzjonali, jiġifieri ċ-Ċek u l-Bulgaru. Ma’ din l-ittra huwa ehmeż l-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni li tippreċiża d-dettall tal-75.45 punti mogħtija kif ukoll il-kummenti tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra mibgħuta lill-Parlament fit-<DATE ISO="20111222">22 ta’ Diċembru 2011</DATE>, ir-rikorrenti lmentat mal-Parlament dwar il-karatteristiċi tal-offerta tal-offerent li ġie kklassifikat fl-aħjar pożizzjoni kif ukoll ismu, u tenniet it-talbiet tagħha li kienu jinsabu fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20111212">12 ta’ Diċembru 2011</DATE> u li jirrigwardaw id-data li fiha Agencja MAart appellat id-deċiżjoni li tikklassifikaha fl-ewwel pożizzjoni tal-offerenti kklassifikati fl-aħjar pożizzjonijiet u r-raġuni li għaliha hija ma ġietx informata bis-sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ traduzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-risposta mibgħuta lir-rikorrenti fit-<DATE ISO="20120112">12 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Parlament spjega fid-dettall in-natura u l-kronoloġija tal-fatti li wasslu għall-bidla tal-klassifikazzjoni tal-offerenti magħżula, filwaqt li ppreċiża li ma kienet seħħet ebda sospensjoni tal-proċedura.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20120112">12 ta’ Jannar 2012</DATE>, ir-rikorrenti għal darb’oħra talbet lill-Parlament sabiex jibgħatilha l-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta tal-offerent ikklassifikat fl-aħjar pożizzjoni. Hija sostniet ukoll li t-talba ta’ Agencja MAart sabiex l-offerta tagħha tiġi evalwata mill-ġdid kienet tardiva u, għaldaqstant, inammissibbli, b’mod li l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni ma kienx għadu awtorizzat jieħu d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-risposta tiegħu tat-<DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Parlament indika lir-rikorrenti li d-deċiżjoni inizjali tiegħu ma kinitx tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt, peress li din ġiet adottata fid-<DATE ISO="20111209">9 ta’ Diċembru 2011</DATE>. Għalhekk, kien f’din id-data li t-terminu ta’ erbatax-il jum tal-kalendarju beda jiddekorri. F’din l-ittra, il-Parlament ikkomunika lir-rikorrenti l-prezz ta’ paġna standard proposta minn Agencja MAart u ehmeż l-evalwazzjoni tal-offerta ta’ din tal-aħħar mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni. Il-Parlament informaha wkoll li l-kuntratt kien daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="20120103">3 ta’ Jannar 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE>, mibgħuta lid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni tal-Parlament, ir-rikorrenti sostniet l-eżistenza ta’ irregolaritajiet fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk u talbet lid-Direttur Ġenerali sabiex iħassar id-deċiżjoni kkontestata u li jagħtiha l-kuntratt prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20120206">6 ta’ Frar 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Billi l-kompożizzjoni tal-awli nbidlet, il-kawża ġiet attribwita lis-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla s-sejħa għal offerti;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u r-risposti tagħhom għad-domandi orali tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Matul is-seduta, il-Parlament intalab jipproduċi, fi żmien tliet ġimgħat, l-ittra li huwa kien bagħat lil Agencja MAart. Il-Parlament osserva din it-talba fl-<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar dan id-dokument fl-<DATE ISO="20140214">14 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-proċedura orali ngħalqet fl-<DATE ISO="20140224">24 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati, rispettivament, l-ewwel wieħed fuq użu ħażin ta’ poter u, it-tieni wieħed fuq il-ksur tar-regoli u tal-prinċipji tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiġi eżaminat fl-ewwel lok it-tieni motiv.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li Agencja MAart kienet iddekadiet mid-dritt tagħha peress li hija għamlet kuntatt mal-Parlament u sussegwentement talbet l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-offerta tagħha, filwaqt li hija kellha, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, terminu ta’ erbatax-il jum min-notifika tad-deċiżjoni inizjali biex titlob lill-awtorità kontraenti sabiex jintbagħtulha l-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta tal-offerent li ngħata l-kuntratt. Billi d-deċiżjoni inizjali kienet saret definittiva, hija tqis li l-Parlament ma setax jirrifjuta li jiffirma l-kuntratt ħlief bil-kundizzjoni li jissospendi jew jannulla l-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt, jew inkella li jirrinunzja għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, kemm il-punt 27 kif ukoll il-punt 28 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt isemmu terminu ta’ erbatax-il jum, b’mod li dan ma japplikax biss fl-ipoteżi ta’ talba għal sospensjoni mressqa minn offerent mhux magħżul. Għall-kuntrarju, mill-Artikolu 158a tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni jirriżulta li dan it-terminu japplika fil-każijiet kollha, indipendentement mill-eżistenza jew le ta’ deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratt, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dik id-dispożizzjoni. L-imsemmi terminu għandu l-għan li jistabbilixxi terminu għall-proċedura ta’ għoti sabiex jiġi evitat li din titwal b’mod indefinit. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament ma setax jilqa’ t-talba għal evalwazzjoni mill-ġdid imressqa minn Agencja MAart iktar minn xahar wara d-deċiżjoni inizjali.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tenfasizza l-fatt li hija bagħtet lill-Parlament id-dokumenti tagħha relattivi għall-kriterji ta’ esklużjoni wara li skada t-terminu ta’ erbatax-il jum, b’mod li kien impossibbli għall-Parlament li jibdel id-deċiżjoni inizjali tiegħu fl-assenza ta’ talba għal sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Parlament jirrileva li Agencja MAart talbet l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-offerta tagħha matul il-perijodu ta’ evalwazzjoni tal-kriterji ta’ esklużjoni. Issa, ma jeżisti ebda terminu ta’ dekadenza sabiex titressaq tali talba, peress li din tista’ titressaq, kif kien il-każ fil-kawża ineżami, sal-iffirmar tal-kuntratt. Il-Parlament jirrileva wkoll li ebda talba għal sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratt, li, barra minn hekk, hija biss fakultà tal-awtorità kontraenti, ma tressqet fit-terminu ta’ erbatax-il jum previst għal dan l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont il-Parlament, ir-rikorrenti twettaq konfużjoni bejn, minn naħa, it-terminu ta’ ħmistax-il jum previst fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 149(3) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, li jikkonċerna t-terminu li fih l-awtorità kontraenti għandha tikkomunika l-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi għall-offerta magħżula lill-offerent li jkun għamel offerta ammissibbli u li jkun għamel talba għaliha u, min-naħa l-oħra, it-terminu ta’ erbatax-il jum imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 158a(1) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, li jikkonċerna l-modalitajiet għas-sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratt sabiex isir eżami addizzjonali. Il-Parlament isostni li ma wettaqx żball ta’ liġi meta qies li ma kienx neċessarju li l-iffirmar tal-kuntratt jiġi sospiż. Anki jekk wieħed jippreżupponi li t-terminu previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 158a(1) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni huwa terminu ta’ dekadenza, il-Parlament jirrileva li Agencja MAart ikkomunikat l-osservazzjonijiet tagħha qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni definittiva ta’ għoti kkostitwita mid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Parlament iqis li huwa wettaq eżami oġġettiv tal-offerti ppreżentati skont il-modalitajiet tas-sejħa għal offerti. Huwa jirrileva wkoll li r-rikorrenti ma ressqitx talba għal sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratt wara n-notifika tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jirriżulta li għandha ssir distinzjoni bejn tliet fażijiet suċċessivi tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti: l-ewwel fażi fejn matulha jiġu implementati kriterji ta’ selezzjoni ddefiniti fil-punt 25, it-tieni fażi fejn matulha jiġu evalwati l-offerti skont il-kriterji ta’ għoti ddefiniti fil-punt 26 u t-tielet fażi li matulha jiġu applikati kriterji ta’ esklużjoni ddefiniti fil-punt 24.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont il-punt 26.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għandu jagħmel lista li tinkludi massimu ta’ ħames offerenti magħżula u jagħti l-kuntratt prinċipali lill-offerent li jippreżenta l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Mill-proċess jirriżulta li d-deċiżjoni inizjali ttieħdet skont il-kriterji ta’ għoti ddefiniti fil-punt 26 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Barra minn hekk, il-Parlament informa lill-offerenti kkonċernati, fit-<DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, li l-offerta tagħhom kienet intgħażlet u indikalhom il-klassifikazzjoni tagħhom. L-ittri mibgħuta f’din id-data lir-rikorrenti u lil Agencja MAart kienu jgħidu li l-Parlament kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>innotifika lill-offerenti kollha bir-riżultat tal-fażijiet ta’ selezzjoni u ta’ għoti tas-sejħa għal offerti […] u talab lill-offerenti magħżula sabiex jipprovdu d-dokumenti neċessarji għall-fażi ta’ esklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Ġie ppreċiżat ukoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>din in-notifika ta’ għoti tal-kuntratt ma [kinitx tikkostitwixxi] impenn [min-]naħa [tal-Parlament]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalkemm deskritta bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>notifika tal-għoti provviżorju tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fil-punt 24 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, id-deċiżjoni inizjali kienet ittemm it-tieni fażi msemmija fil-punt 44 iktar ’il fuq u b’hekk kienet tagħti lill-offerenti kkonċernati l-possibbiltà li jagħtu prova li huma kienu jissodisfaw il-kriterji ta’ esklużjoni. F’dawn il-kundizzjonijiet, id-deċiżjoni inizjali kienet tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ għoti fis-sens, minn naħa, tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 149(3) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, li l-kontenut tiegħu huwa mfakkar fit-tieni paragrafu tal-punt 27 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 158a(1) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, dwar it-terminu ta’ stennija qabel l-iffirmar tal-kuntratt, li jipprovdi, fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-artikolu, li l-kuntratt ma jistax jiġi ffirmat mill-awtorità kontraenti ħlief fi tmiem il-perijodu ta’ erbatax-il jum tal-kalendarju, li jibda jiddekorri mill-għada tad-data ta’ notifika simultanja tad-deċiżjonijiet ta’ għoti u ta’ ċaħda. Dan it-terminu huwa mtenni fil-punt 27 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk għandu jitfakkar li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 158a(1) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, imtenni fil-punt 28 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, it-talbiet jew kummenti fformulati minn offerenti jew kandidati mhux magħżula jew leżi għandhom jiġu riċevuti mill-awtorità kontraenti matul dan it-terminu ta’ erbatax-il jum tal-kalendarju li jibda jiddekorri mill-għada tad-data ta’ notifika simultanja tad-deċiżjonijiet ta’ għoti u ta’ ċaħda u li, jekk ikun il-każ, l-awtorità kontraenti tista’ tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt sabiex isir eżami addizzjonali jekk dan ikun iġġustifikat minn dawn it-talbiet jew kummenti fformulati mill-offerenti jew kandidati mhux magħżula jew leżi, jew minn kull informazzjoni oħra rilevanti li tiġi riċevuta.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Billi d-deċiżjoni ta’ għoti ġiet innotifikata lir-rikorrenti u lil Agencja MAart fit-<DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, it-terminu ta’ erbatax-il jum beda jiddekorri fid-<DATE ISO="20111019">19 ta’ Ottubru 2011</DATE> u skada fit-<DATE ISO="20111102">2 ta’ Novembru 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, Agencja MAart bagħtet ittra lill-Parlament sabiex tikseb dettalji dwar l-evalwazzjoni tal-offerta tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 149(2) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni ma jipprovdi ebda terminu sabiex tintbagħat tali talba. Barra minn hekk, billi din tal-aħħar ma kellhiex l-intenzjoni li tikseb il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta li tqiegħdet fl-aħjar pożizzjoni kif ukoll l-isem tal-offerent li ngħata l-kuntratt, l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 149(3) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni ma kienx japplika f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Abbażi tal-informazzjoni li kisbet, Agencja MAart sussegwentement bagħtet, fit-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, ittra lill-Parlament, fejn hija talbet is-sospensjoni tal-proċedura u l-eżami mill-ġdid tal-offerti magħżula abbażi tal-elementi u tal-ommissjonijiet li hija kienet irrilevat fir-rigward tal-offerta tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Tali talba għaldaqstant kienet taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 158a(1) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni u konsegwentement kellha tiġi riċevuta fit-terminu ta’ erbatax-il jum stabbilit minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li la r-Regolament Finanzjarju, la r-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, u lanqas l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma jipprevedu li l-offerenti jistgħu jibagħtu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>talbiet, kummenti jew informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> lill-awtorità kontraenti wara t-terminu ta’ erbatax-il jum previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 158a(1) tar-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, kif imfakkar fil-punt 28 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li t-twettiq tal-għan ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti jkun kompromess li kieku l-offerenti setgħu jibagħtu lill-awtorità kontraenti, f’kull mument tal-proċedura, it-talbiet, kummenti jew informazzjoni tagħhom, u b’hekk jobbligaw lill-awtorità kontraenti tirrispondi għalihom u, jekk ikun il-każ, tissospendi jew terġa’ tibda l-proċedura sabiex tikkoreġi irregolaritajiet possibbli (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, Strabag <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-314/09" PAGE.ECR="I-8769" YEAR="2010">C-314/09, Ġabra p. I-8769</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li l-ittra ta’ Agencja MAart intbagħtet lill-Parlament fit-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, jiġifieri diversi ġimgħat wara l-iskadenza tat-terminu previst bit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 158a(1), jiġifieri fit-<DATE ISO="20111102">2 ta’ Novembru 2011</DATE>. Għalhekk, Agencja MAart kienet iddekadiet mid-dritt tagħha meta hija talbet is-sospensjoni tal-proċedura u l-eżami mill-ġdid tal-offerti magħżula.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Meta l-proċedura ta’ għoti tkun soġġetta għal [ivvizzjata bi] żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet għandhom jissospendu l-proċedura u jistgħu jieħdu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura.</ALINEA><ALINEA>[Jekk], wara l-għoti tal-kuntratt, il-proċedura ta’ għoti jew it-twettiq tal-kuntratt tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet jistgħu, skond l-istadju li jkun intlaħaq fil-proċedura, jibqgħu lura milli jikkonkludu l-kuntratt jew jissospendu t-twettiq tal-kuntratt jew, fejn xieraq, jitterminaw il-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Konsegwentement, anki jekk it-terminu previst bit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 158a(1) kien għadda meta Agencja MAart talbet is-sospensjoni tal-proċedura u l-eżami mill-ġdid tal-offerti magħżula, il-Parlament seta’, li kieku kkonstata żball sostanzjali, jissospendi l-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt u, kieku kien il-każ, iwettaq evalwazzjoni ġdida tal-offerti tal-offerenti.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, l-istituzzjoni kontraenti għandha tosserva, f’kull fażi ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti, kemm il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti kif ukoll dak ta’ trasparenza (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19960425">25 ta’ April 1996</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-87/94" PAGE.ECR="I-2043" YEAR="1996">C-87/94, Ġabra p. I-2043</REF.DOC.ECR>, punt 54, u<?PAGE NO="11"?> s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Embassy Limousines &amp; Services vs Il‑Parlament, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-203/96" PAGE.ECR="II-4239" YEAR="1998">T-203/96, Ġabra p. II-4239</REF.DOC.ECR>, punt 85). Dan tal-aħħar jobbliga lill-awtorità kontraenti tagħmel pubblika l-informazzjoni preċiża kollha dwar l-iżvolġiment kollu tal-proċedura. L-għanijiet ta’ pubbliċità li l-awtorità kontraenti għandha tosserva fil-kuntest tal-obbligu ta’ trasparenza huma, minn naħa, li jiġi ggarantit li l-offerenti kollha jkollhom l-istess opportunitajiet u, min-naħa l-oħra, li jiġu protetti l-aspettattivi leġittimi tal-offerenti magħżula (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, Centro Studi Manieri vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-125/06" PAGE.ECR="II-69" YEAR="2009">T-125/06, Ġabra p. II-69</REF.DOC.ECR>, punti 86 sa 89).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-Parlament ma ssospendiex il-proċedura eżistenti, iżda kulma għamel kien li sejjaħ laqgħa ġdida tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni fis-<DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE>, mingħajr ma avża lil ebda wieħed mill-offerenti li lilhom kienet ġiet innotifikata d-deċiżjoni inizjali. Issa, tali eżami mill-ġdid ta’ offerta kien jirrikjedi li l-Parlament jissospendi l-għoti tal-kuntratt u jinforma lill-offerenti magħżula dwaru, b’mod li jissuġġetta ruħu għall-obbligu tiegħu ta’ trasparenza, liema ħaġa f’dan il-każ huwa ma wettaqx.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Parlament wettaq, bi ksur tal-proċedura prevista bir-Regolament Finanzjarju u r-regoli ddettaljati għall-implementazzjoni, evalwazzjoni ġdida ta’ waħda biss mill-offerti preżenti, jiġifieri f’dan il-każ dik ta’ Agencja MAart, u mhux l-offerti kollha li ġew ippreżentati quddiemu, u b’hekk seħħ trattament differenti tal-offerta ta’ wieħed mill-offerenti parteċipanti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, mingħajr ma jkun neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-ewwel motiv.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Parlament tilef, hemm lok li huwa jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż, skont kif mitlub mir-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-<DATE ISO="20111209">9 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li temenda d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE> li Euroscript – Polska Sp. z o.o. tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Frimodt Nielsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dehousse</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20140716">16 ta’ Lulju 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>