|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6136 |
9.10.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2655 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
(C/2024/6136)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2655 (2) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/2147 jeħtieġ li l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jridu jirrapportaw fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser jitqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/2147.
(1) ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.
(2) ĠU L, 2024/2655, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2655/oj.
(3) ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6136/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)