12006E140

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XI - Politika Soċjali, Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ - Kapitolu 1 - Disposizzjonijiet Soċjali - Artikolu 140

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0109 - 0110
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0095 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0241 - Consolidated version


Artiklu 140

Bl-iskop li jintlaħħqu il-miri ta’ l-Artikolu 136 u mingħajr preġidizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat, il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni ta' l-azzjoni tagħhom fl-oqsma tal-politika soċjali skond dan il-kapitolu, partikolarment f’materji li għandhom x’jaqsmu ma':

- l-impjieg;

- il-liġi tax-xogħol u l-kondizzjonijiet tax-xogħol;

- it-taħriġ professjonali bażiku u avvanzat;

- is-sigurtà soċjali;

- il-prevenzjoni ta' l-inċidenti u l-mard kaġunati mix-xogħol;

- l-iġjene fl-impjieg;

- id-dritt ta' l-assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv bejn min iħaddem u l-ħaddiema.

B'dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri billi tagħmel studji, twassal opinjonijiet u tirranġa konsultazzjonijiet kemm fuq il-problemi li jqumu f’livell nazzjonali u wkoll f'dak li jikkonċerna l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Qabel twassal l-opinjonijiet previsti f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

--------------------------------------------------