|
21.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/146 |
P8_TA(2019)0172
Il-kompetenzi u l-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-kompetenzi u l-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (2018/2116(INI))
(2021/C 23/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 21, 33 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar ir-responsabbiltà politika (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar il-ħatra, il-mandat u l-finanzjament tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE tad-9 ta' Lulju 2007 u n-Nota tal-Kunsill (7510/14) tal-11 ta' Marzu 2014; |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata mill-VP/RGħ fit-28 ta' Ġunju 2016, u r-rapporti ta' implimentazzjoni sussegwenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill fl-2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-prinċipji kollha tiegħu, bħala dokument fundamentali għall-ordni ta' sigurtà reġjonali Ewropea u lil hinn minnha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-talba tal-Ukrajna għall-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Krimea u r-reġjun ta' Donbas, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110 u l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0171/2019), |
|
A. |
billi l-UE għandha l-ambizzjoni li tkun attur globali aktar b'saħħtu, mhux biss ekonomikament iżda wkoll politikament, billi tfittex li bl-azzjonijiet u l-politiki tagħha tikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali u għall-ordni globali msejjes fuq ir-regoli; |
|
B. |
billi r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) jinħatru mill-Kunsill fuq proposta mill-VP/RGħ, bil-mandat li jmexxu 'l quddiem għanijiet partikolari ta' natura politika jew ta' sigurtà tematika jew ġeografikament speċifika; billi wrew li huma strument siewi u flessibbli għad-diplomazija tal-UE, billi jistgħu jippersonalizzaw u jirrappreżentaw lill-UE f'postijiet u sitwazzjonijiet kruċjali, bl-appoġġ tal-Istati Membri kollha; billi l-flessibbiltà tal-mandati tar-RSUE tfisser li huma strumenti operazzjonali li jistgħu jintużaw malajr meta jinqala' tħassib f'ċerti pajjiżi jew dwar ċerti temi; |
|
C. |
billi, minħabba l-preżenza frekwenti tagħhom fil-post, ir-RSUE għandhom pożizzjoni privileġġjata biex jistabbilixxu djalogu mas-soċjetà ċivili u mal-atturi lokali kif ukoll biex iwettqu riċerka fuq il-post; billi din l-esperjenza diretta tippermettilhom jikkontribwixxu b'mod kostruttiv għall-formulazzjoni tal-politiki u tal-istrateġiji; |
|
D. |
billi attwalment hemm ħames RSUE reġjonali (għall-Qarn tal-Afrika, għas-Saħel, għall-Asja Ċentrali, għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, u għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia), żewġ RSUE speċifiċi għall-pajjiż (il-Kosovo u l-Bożnija-Ħerzegovina), u RSUE tematiku wieħed, responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem; |
|
E. |
billi attwalment żewġ RSUE biss huma nisa; |
|
F. |
billi fil-każ ta' RSUE maħtura b'mandati għal pajjiżi speċifiċi, iż-“żewġ rwoli” li jġorr r-RSUE fl-istess ħin bħala Kap tad-Delegazzjoni tal-UE għall-pajjiż ikkonċernat, ikkontribwew għall-koerenza u l-effiċjenza tal-preżenza esterna tal-UE; billi l-użu ta' aktar RSUE speċifiċi għall-pajjiż jeħtieġ li jkun konsistenti mal-istrateġiji tal-azzjoni esterna tal-UE, minħabba t-tisħiħ tad-Delegazzjonijiet tal-UE permezz tat-Trattat ta' Lisbona, li permezz tiegħu akkwistaw responsabbiltà għall-koordinazzjoni tal-azzjoni kollha tal-UE fil-post, inklużi l-politiki PESK; |
|
G. |
billi hemm żoni u kunflitti oħra ta' prijorità għolja, inkluż fil-viċinat immedjat tal-UE, li jirrikjedu fokus speċjali, aktar involviment u viżibbiltà tal-UE, bħall-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna u l-okkupazzjoni illegali tal-Krimea; |
|
H. |
billi r-RSUE taw prova tal-utilità tagħhom, b'mod partikolari fit-twettiq ta' djalogi politiċi ta' livell għoli u fil-kapaċità tagħhom li jilħqu sħab ta' livell għoli f'ambjenti politiċi sensittivi ħafna; |
|
I. |
billi r-RSUE huma ffinanzjati mill-baġit tal-PESK, kif kodeċiż mill-Parlament, u huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit fil-konfront tal-Kummissjoni; |
|
J. |
billi l-VP/RGħ impenjat ruħha li twieġeb b'mod pożittiv għal talbiet mill-Parlament Ewropew biex jisma' lil RSUE li jkunu għadhom kif inħatru qabel jieħdu l-karigi tagħhom u biex tiffaċilita l-għoti regolari ta' informazzjoni mir-RSUE lill-Parlament; |
|
K. |
billi r-RSUE jintgħażlu minn fost individwi li preċedentement kellhom karigi diplomatiċi jew politiċi għolja f'pajjiżhom jew f'organizzazzjonijiet internazzjonali; billi huma jgawdu minn grad sostanzjali ta' flessibbiltà u diskrezzjoni fit-twettiq tal-mandat tagħhom, li jista' jwassal biex jintlaħqu miri stabbiliti, jiġu implimentati strateġiji u jingħata valur miżjud lill-UE; |
|
L. |
billi r-rwol ewlieni tar-RSUE huwa li jikkontribwixxi għall-unità, għall-konsistenza, għall-koerenza u għall-effikaċja tal-azzjoni esterna u tar-rappreżentanza tal-UE; billi huma juru l-interess tal-UE f'pajjiż, reġjun jew qasam tematiku partikolari u jsaħħu l-viżibbiltà tiegħu, u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' strateġija jew politika tal-UE partikolari lejn il-pajjiż, ir-reġjun jew il-kwistjoni tematika mandata; |
|
1. |
Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:
|
Dwar il-mandat
|
(i) |
li jippermetti t-tul adattat tal-mandat biex tinħoloq perspettiva li tiffaċilita l-ikkuntrattar ta' persunal ikkwalifikat bi grad għoli u jippermetti l-implimentazzjoni tal-mandat kif ukoll il-fiduċja fis-sħab, l-istabbiliment ta' netwerks u ta' proċessi ta' influwenzar; li jiżgura rieżami regolari f'konformità mal-iżviluppi fil-pajjiż/fir-reġjun jew fis-suġġett ikkonċernat u jippermetti wkoll li l-mandat jittawwal kif meħtieġ miċ-ċirkostanzi; |
|
(j) |
li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' politika jew strateġija tal-UE b'relazzjoni mal-qasam ta' mandat u għall-formulazzjoni jew għar-reviżjoni ta' strateġiji jew politiki; |
|
(k) |
li jiżgura li l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni u l-faċilitazzjoni tad-djalogu, kif ukoll il-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ugwaljanza bejn is-sessi, jitqiesu bħala prijoritajiet orizzontali u għaldaqstant bħala pedamenti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-mandati tar-RSUE, u jiġi żgurat rappurtar adegwat dwar l-azzjoni meħuda f'dawn l-oqsma; |
|
(l) |
li jitlob proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ li jkopru r-riżultati li jintlaħqu, l-ostakoli li jinqalgħu, l-indikazzjoni ta' sfidi ewlenin, l-input għall-formulazzjoni tal-politika, u l-valutazzjoni tal-koordinazzjoni ta' attivitajiet tar-RSUE ma' atturi oħra tal-UE, biex isiru skambji tal-aħjar prattiki fost ir-RSUE kif ukoll tiġi vvalutata l-prestazzjoni u jiġi kkunsidrat it-tiġdid u r-rieżami tal-mandati; |
|
(m) |
li jiżgura l-koerenza tal-mandat għall-Asja Ċentrali mal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali tal-2007, li ġiet rieżaminata fl-2015 sabiex jittejbu l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun; |
|
(n) |
li jintroduċi perjodu estensiv ta' preklużjoni għar-RSUE, bil-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' standards etiċi għall-każijiet ta' kunflitt ta' interess; |
|
(o) |
li jiżgura li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament ikun involut fl-abbozzar tal-mandati, ġodda u estiżi, tar-RSUE; |
Dwar l-għodod
|
(p) |
li jżomm il-flessibbiltà u l-awtonomija li attwalment igawdu r-RSUE bħala strument distintiv tal-PESK b'sors ta' finanzjament separat u relazzjoni privileġġjata mal-Kunsill; li jsaħħaħ fl-istess ħin, madankollu, ir-rabtiet ta' koordinazzjoni u tar-rappurtar mad-direttorati maniġerjali tas-SEAE relatati (reġjonali, tematiċi, PSDK u rispons għall-kriżijiet) u mad-DĠs relatati tal-Kummissjoni; li jiżgura proċess ta' nominazzjoni u konferma malajr u trasparenti; |
|
(q) |
li jindirizza n-nuqqasijiet fiż-żamma ta' memorja istituzzjonali u kontinwità bejn RSUE li jispiċċaw mill-kariga tagħhom u dawk ġodda billi jissaħħaħ l-appoġġ loġistiku u amministrattiv mis-SEAE, inkluż l-arkivjar, u billi primarjament jissekonda konsulenti tal-politika mis-SEAE u istituzzjonijiet oħra tal-UE kif xieraq biex jingħaqdu mat-timijiet tar-RSUE; |
Dwar il-profil personali
|
(r) |
li l-persuni li jaħtar bħala RSUE jkollhom għarfien espert diplomatiku jew politiku estensiv u profil xieraq, u jiżgura b'mod partikolari li dawn ikollhom l-influwenza politika meħtieġa biex jistabbilixxu rabtiet u fiduċja reċiproka ma' interlokuturi ta' livell għoli; li japprofitta f'dan ir-rigward mill-ġabra eżistenti ta' persuni b'esperjenza politika u diplomatika madwar l-UE; li jirrispetta l-bilanċ bejn is-sessi u dak ġeografiku; li jkun żgur li d-deċiżjoni dwar il-ħatra ta' persuna speċifika ssir b'mod trasparenti u biss wara l-konferma tal-ammissibbiltà tal-kandidat, b'mod partikolari fir-rigward ta' xi kunflitt ta' interess potenzjali u li jiżgura li l-kandidat jissodisfa l-istandards ta' mġiba etika; |
|
(s) |
li jkun żgur li l-ħatra ta' RSUE tista' tiġi kkonfermata biss wara evalwazzjoni pożittiva mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament; |
|
(t) |
li jipprovdi aċċess aktar faċli għall-informazzjoni u għall-ġustifikazzjoni dwar il-kandidati magħżula; |
Dwar l-oqsma koperti
|
(u) |
li jiffoka fuq il-mandati tar-RSUE dwar it-tisħiħ tas-sigurtà reġjonali u dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, speċjalment billi jiffaċilita d-djalogu u l-medjazzjoni fejn l-involviment tal-UE jista' jġib valur miżjud; li jiżgura li fil-każ ta' fokus tematiku, il-ħatra ta' RSUE ma tirdoppjax jew iddgħajjef ir-rwol tal-Kummissjoni u s-SEAE; |
|
(v) |
li jqis ir-rwol tar-RSUE bħala għodda diplomatika speċifika fl-azzjoni esterna tal-UE u jirrikonoxxi l-importanza tal-istabbiltà tal-Viċinat Ewropew, li jħeġġeġ lill-RSUE jiżviluppaw relazzjonijiet dejjem aktar mill-qrib ma' pajjiżi affettwati minn kunflitti mtawla, b'enfasi fuq il-ħtieġa qawwija li r-RSUE jikkontribwixxu għas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti fil-viċinat tal-UE; |
|
(w) |
li jilqa' l-ħatra tal-RSUE l-ġdid għad-Drittijiet tal-Bniedem u jirrikonoxxi x-xogħol tad-detentur preċedenti tal-post, li ssodisfa r-rwol tiegħu li jtejjeb l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE b'suċċess; jinnota li r-responsabbiltajiet ta' dan il-post ġew estiżi biex jinkludu l-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u l-promozzjoni ta' appoġġ għall-ġustizzja kriminali internazzjonali; |
|
(x) |
li jsaħħaħ il-kapaċità u r-rwol tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jqis li din il-pożizzjoni għandha mandat dinji li għaldaqstant jirrikjedi u jimplika djalogu politiku ma' pajjiżi terzi, sħab rilevanti, negozji, soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, u azzjoni f'fora internazzjonali rilevanti; |
|
(y) |
filwaqt li huwa konxju tal-importanza li l-għadd ta' RSUE ma jiżdiedx b'mod sinifikanti b'mod li jnaqqas min-natura speċjali tagħhom, li jneħħi gradwalment il-mandati speċifiċi għall-pajjiż tar-RSUE eżistenti u, sakemm jinqasmu r-responsabbiltajiet fil-Kummissjoni u s-SEAE li jmiss, tiġi kkunsidrata l-ħatra ta' RSUE reġjonali; li jikkunsidra li jaħtar RSUE tematiċi għall-koordinazzjoni internazzjonali tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, għad-dritt umanitarju internazzjonali u l-ġustizzja internazzjonali, u għad-diżarm u n-non-proliferazzjoni, fl-aħħar każ imsemmi fl-akkwiżizzjoni mingħand il-Mibgħut Speċjali tal-UE għal dan il-qasam; |
|
(z) |
li jaħtar RSUE ġdid għall-Ukrajna, li jiffoka b'mod partikolari fuq il-Krimea u Donbas, biex ikun responsabbli għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati, għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, għat-tnaqqis tat-tensjoni fil-Baħar ta' Azov u għas-segwitu tad-drittijiet ta' persuni spustati f'pajjiżhom (IDPs), kif kien mitlub preċedentement mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu; |
Dwar l-interazzjoni u l-kooperazzjoni
|
(aa) |
li jsaħħaħ l-interazzjoni u l-koordinazzjoni tar-RSUE mal-istituzzjonijiet differenti tal-UE, is-soċjetà ċivili u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata sinerġija massima u impenn koerenti mill-atturi kollha; li jsaħħaħ l-involviment tal-RSUE fis-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-UE għall-Konflitti; li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni ma' figuri oħra diplomatiċi ta' livell għoli bħall-Mibgħuta Speċjali tal-UE; u li jiżgura l-kooperazzjoni ma' sħab u mibgħuta oħra li jaħsbuha bl-istess mod, inklużi dawk maħtura min-NU, min-NATO u mill-Istati Uniti; |
|
(ab) |
meta jitqies li l-Parlament Ewropew huwa koleġiżlatur għall-parti ċivili tal-baġit tal-PESK, li huwa amministrat mis-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI), li jsaħħaħ is-sorveljanza tal-Parlament tal-attivitajiet tar-RSUE u li jsaħħaħ il-livell ta' responsabbiltà tagħhom u t-trasparenza ta' ħidmiethom, filwaqt li jfakkar li dan l-għan jista' jinkiseb billi tinqasam l-informazzjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-RSUE tal-mandat tagħhom, ta' xogħolhom u l-kisbiet tagħhom flimkien mal-isfidi li jiffaċċjaw, permezz ta' laqgħat regolari u mill-inqas darba fis-sena u l-iskambji ta' opinjonijiet bejn ir-RSUE u l-korpi rilevanti tal-PE, b'mod partikolari l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitati tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u s-Sigurtà u d-Difiża, kif ukoll permezz ta' kondiviżjoni sistematika mal-PE ta' rapporti u strateġiji tal-pajjiżi mibgħuta mir-RSUE lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) fi ħdan il-Kunsill u s-SEAE; u, għal dan il-għan, li jinsisti li dawn id-dokumenti jiġu inklużi fil-Ftehim Interistituzzjonali fil-qasam tal-PESK; |
|
(ac) |
li jħeġġeġ l-interazzjoni mas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini u jiffaċilita d-djalogu magħhom, fir-reġjun koperti mir-RSUE, bħala parti mid-diplomazija preventiva u l-proċess ta' medjazzjoni, kif ukoll fl-interess tal-viżibbiltà tal-UE; li jiżgura, b'mod partikolari, li r-RSUE juru impenn proattiv lejn l-atturi tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jew il-vuċijiet kuntrarji li jistgħu jkunu mhedda jew immirati mill-awtoritajiet lokali; |
|
2. |
Jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew li jmiss għandu jirrikjedi impenn mill-VP/RGħ li jmiss, matul l-ewwel sitt xhur tal-mandat tiegħu jew tagħha, b'riflessjoni strateġika dwar l-użu tar-RSUE, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali u skont il-linji tal-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti hawn fuq; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE. |
(1) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.
(3) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 454.
(4) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.