02017D1792 — MT — 15.09.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1792 tad-29 ta' Mejju 2017 (ĠU L 258 6.10.2017, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1793 tal-15 ta' Settembru 2017 |
L 258 |
3 |
6.10.2017 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1792
tad-29 ta' Mejju 2017
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huwa b'dan approvat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni kif ukoll l-iskambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka fir-rigward tal-arranġamenti lingwistiċi. L-iffirmar tal-Ftehim għandu jsir flimkien mal-iffirmar tal-iskambju ta' ittri.
Artikolu 3
L-Artikoli 4 u 7 tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja f'konformità mal-Artikoli 9 u 10 tal-Ftehim, ( 1 ) sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tal-Ftehim.
Artikolu 3a
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat bl-Ingliż. Skont il-liġi tal-Unjoni, il-Ftehim qiegħed jitfassal ukoll mill-Unjoni bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż. Dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali jenħtieġ li jiġu awtentikati permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka. Il-verżjonijiet awtentikati kollha għandu jkollhom valur ugwali.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, wara li tkun semgħet il-fehmiet tal-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar is-servizzi finanzjarji, u għandha tgħarraf lil dak il-grupp ta' ħidma, kull meta jkun xieraq u mill-anqas kull sena, bil-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.
Artikolu 5
Kwalunkwe pożizzjoni li tiġi espressa f'isem l-Unjoni għandha tkun adottataf'konformità mat-Trattati u b'hekk mill-Kunsill kif previst fl-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
( 1 ) Id-data minn meta l-Ftehim ser jiġi applikat b'mod provviżorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.