Official Journal L 006 , 10/01/2004 P. 0055 - 0056
Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/31/CFSP tad-9 ta' Jannar 2004 dwar l-imposizzjoni ta' embargo fuq l-armi, il-munizzjoni u t-tagħmir militari fuq is-Sudan IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) Bid-Deċiżjoni 94/165/CFSP [1] ta' l-15 ta' Marzu 1994, il-Kunsill impona embargo fuq l-armi, il-munizzjoni t-tagħmir militari, inkluż it-trasferiment ta' teknoloġija militari, fuq is-Sudan (2) Minħabba l-gwerra ċivili li għaddejja fil-pajjiż, il-Kunsill iqisha xierqa li jżomm embargo fuq l-armi ta' l-UE kontra s-Sudan. L-għan politiku ta' l-Unjoni Ewropea huwa li tippromwovi paċi fit-tul u rikonċiljazzjoni ġewwa s-Sudan. (3) L-embargo għandu jippermetti eżenzjonijiet umanitarji għall-embargo kurrenti ta' l-armi u jippermetti li jsiru operazzjonijiet ta' tneħħija ta' mini fis-Sudan. (4) L-embargo ta' l-armi għandu wkoll ikun imsaħħaħ biex ikopri konsulenza u assistenza teknika relatata, u assistenza finanzjarja għall-provvisti ta' l-armi u assistenza teknika relatata, iżda għandha tippermetti wkoll ċerti eżenzjonijiet umanitarji għat-tali assistenza, inkluż dwar tagħmir u materjal għal operazzjonijiet ta' tneħħija ta' mini, li jkunu awtorizzati mill-Istati Membri. (5) Huwa l-każ li dawn il-miżuri jkunu kkonsolidati f'instrument wieħed u titħassar id-Deċiżjoni 94/165/CFSP. (6) Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa biex ikunu implimentati ċerti miżuri, ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 1. Il-bejgħ, il-fornitura, it- inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' sostituzzjoni għal dawk imsemmij qabel għas-Sudan minn ċittadini ta' l-Istati Membri jew minn territorji ta' Stati Membri, jew trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, l-użu tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u l-inġenji ta' l-ajru, għandhom ikunu pprojbiti jekk joriġinaw mit-territorji tagħhom jew le. 2. Ikun ipprojbit ukoll li: (a) tagħti, tbigħ, tipprovdi jew titrasferi assisteza teknika, servizzi ta' sensarija u servizzi oħra dwar attivitajiet militari u għall-fornitura, manifattura, manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u l-partijiet ta' sostituzzjoni għal dawk imsemmija qabel, direttament jew indirettament lil kull peruna, entità jew korp fi, jew għall-użu fi, s-Sudan; (b) tipprovdi finanzi jew assistenza finanzjarja dwar attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq esporti, għal kull bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għal kull għotja, bejgħ, fornitura, jew trasferiment ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' sensarija u servizzi oħra, direttament jew indirettament lejn kull persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fi, is-Sudan. Artikolu 2 1. L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal: (a) il-bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew ta' protezzjoni, jew għall-programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-NU, l-UE u l-Komunità, jew tal-materjal maħsub għall-operazzjonijiet ta' amministrazzjoni ta' kriżi ta' l-UE u tan-NU; (b) il-bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija ta'mini u materjal għall-użu f'operazzjonijiet tat-tneħħija ta' mini; (ċ) il-fornitura ta' finanzi u assistenza finanzjarja dwar it-tali tagħmir; (d) il-fornitura ta' assistenza teknika dwar it-tali tagħmir, bil-kondizzjoni li t-tali esporti jkunu approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri in kwistjoni. 2. L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinforzati bil-metall u elmi militari, temporanjament esportati lejn is-Sudan mill-persunl tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal ta' l-UE, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medjau ħaddiema umanitarji u ta' l-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss. 3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kunsinni taħt dan l-Artikolu fuq bażi ta' każ b'każ, wara li jikkunsidraw bis-sħiħ il-kriterji ppreżentati fil-kodiċi tal-kondotta ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-esporti ta' l-armi adottati fit-8 ta' Ġunju 1998. L-Istati Membri għandhom jeħtieġ salvagwardji kontra l-użu ħażin ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dn l-Artikolu u, fejn ikun il-każ, jagħmlu dispożizzjonijiet għal ripatrijazzjoni tat-tagħmir. Artikolu 3 Għall-iskopijiet ta' din il-Pożizzjoni Komuni, il-frażi "assistenza teknika" għandha tfisser kull appoġġ tekniku dwar it-tiswija, żvilupp, manifattura, armar, eżami, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien imħaddem jew kompetenzi jew servizzi ta' konsulenza. Assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza. Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom minnufih javżaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu taħt din il-Pożizzjoni Komuni u għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni relevanti għad-dispożizzjoni tagħhom dwar din il-Pożizzjoni Komuni. Artikolu 5 Sabiex tilħaq il-massimu ta' l-impatt tal-miżuri ta' hawn fuq, l-Unjoni Ewropea għandha tinkoraġġixxi pajjiżi mhux membri li jadottaw miżuri simili għal dawk li jinsabu f'din il-Pożizzjoni Komuni. Artikolu 6 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun riveduta 12-il xahar wara l-adozzjoni tagħha u kull 12-il xahar wara. Għandha titħassar jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha twettqu. Artikolu 7 Id-Deċiżjoni 94/165/CFSP hi hawnhekk imħassra. Artikolu 8 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta'l-adozzjoni tagħha. Artikolu 9 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Jannar 2004. Għall-Kunsill Il-President B. Cowen [1] ĠU L 75, tas-17.3.1994, p. 1. --------------------------------------------------