|
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1096/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti konta persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi li fuqhom huwa impost l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Settembru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-lista tal-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2007 (ĠU L 204, 4.8.2007, p. 5).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
Id-daħla “Kambale Kisoni (alias Dr Kisoni). Data tat-twelid: 24.5.1961. Post tat-twelid: Mulashe, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Nazzjonalità: Kongoliża. Nru tal-passaport: C0323172. Informazzjoni oħra: Resident ta’ Butembo. Negozjant fid-deheb, is-sid ta’ Butembo Airlines u ta’ Congocom Trading House f’Butembo” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“Kisoni Kambale (alias (a) Dr Kisoni, (b) Kidubai, (ċ) Kambale Kisoni). Data tat-twelid: 24.5.1961. Post tat-twelid: Mulashe, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Nazzjonalità: Kongoliża. Nru tal-passaport: C0323172. Informazzjoni oħra: (a) Negozjant fid-deheb, sid ta' Butembo Airlines u ta' Congocom Trading House f’Butembo (b) Miet fil-5.7.2007 f’Butembo, RDK.”