|
30.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 82/2008
tat-28 ta’ Jannar 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2008, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (3), il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċi NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jirreferu għal uħud minn dawn il-kodiċijiet NM. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dawn l-Annessi jiġu aġġustati. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(3) |
Billi r-Regolament (KE) Nru 1214/2007 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2007 (ĠU L 145, 7.6.2007, p. 12).
(2) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).
ANNESS
L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness III, il-kodiċi NM għan-numru tas-serje 09.0107 fit-tieni kolonna huma emendati kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-ewwel parti ta' l-Anness IV, għan-numru tas-serje 09.0106, il-kodiċi NM “ex 6204 49 00 ” fit-tieni kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi NM “6204 49 90 ”. |
|
(3) |
Fit-tieni parti ta' l-Anness IV, il-kodiċi għan-numru tas-serje 09.0106, jiġu emendati kif ġej:
|