Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) (li saret il-Qorti Ġenerali), tal-15 ta’ Settembru 2009, Royal Appliance International vs UASI‑BSH Bosch und Siemens Hausgeräte (T‑446/09), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Centrixx” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 7, filwaqt li tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “sensixx” - Nuqqas ta’ sospensjoni tal-proċedura sakemm tingħata deċiżjoni fuq il-kawża quddiem il-qrati nazzjonali dwar it-talba għar-revoka tat-trade mark preċedenti - Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Royal Appliance International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.