02014D0932 — MT — 30.09.2016 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ĠU L 365 19.12.2014, p. 147) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 143 |
11 |
9.6.2015 |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1927 tas-26 ta' Ottubru 2015 |
L 281 |
14 |
27.10.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1747 tad-29 ta' Settembru 2016 |
L 264 |
36 |
30.9.2016 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/932/PESK
tat-18 ta' Diċembru 2014
rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Għandu jkun ipprojbit li:
jingħataw assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-provvista ta' persunal merċenarju armat, marbuta ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għalihom, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1;
jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata jew assistenza oħra, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 2
Artikolu 2a
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-tranżitu minn, it-territorji tagħhom tal-persuni nominati mill-Kumitat li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż iżda mhux limitat għal:
atti li jxekklu jew ifixklu it-tlestija b'suċċess tat-transizzjoni politika, kif deskritt fil-Ftehim dwar l-Inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni;
atti li jimpedixxu l-implimentazzjoni tal-eżiti tar-rapport finali tal-Konferenza għad-Djalogu Nazzjonali Komprensiv permezz tal-vjolenza, jew attakki fuq infrastruttura essenzjali; jew
l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali applikabbli tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, fil-Jemen; jew
atti li jiksru l-embargo fuq l-armi jew li jxekklu l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha.
Il-persuni imsemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat jiddetermina, każ b'każ, li:
id-dħul jew it-tranżitu jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi; jew
eżenzjoni tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Jemen.
Artikolu 2b
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati minn persuni jew entitajiet identifikati mill-Kumitat bħala li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż iżda mhux limitat għal:
atti li jxekklu jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-transizzjoni politika, kif deskritt fil-Ftehim dwar l-Inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni;
atti li jimpedixxu l-implimentazzjoni tal-eżiti tar-rapport finali tal-Konferenza għad-Djalogu Nazzjonali Komprensiv permezz tal-vjolenza, jew attakki fuq infrastruttura essenzjali; jew
l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali applikabbli tad-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, fil-Jemen; jew
atti li jiksru l-embargo fuq l-armi jew li jxekklu l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha.
jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà ta' jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.
Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:
neċessarji għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet tal-użu ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;
maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
wara li ssir notifika lill-Kumitat mill-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi jew riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.
Stat Membru jista' jippermetti wkoll għal eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:
neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm tali determinazzjoni tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u tkun ġiet approvata mill-Kumitat; jew
is-suġġett ta' privileġġ jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza sakemm il-privileġġ ikun ġie konkluż jew is-sentenza tkun ingħatat qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità kienet inkluża fl-Anness, il-privileġġ jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 1, u tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru kkonċernat;
Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħaxijiet jew dħul ieħor dovut fuq dawk il-kontijiet; jew
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi taħt din id-Deċiżjoni;
sakemm tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 3
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness u għandu jemendaha f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata jew imħassra kif adatt, skont id-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta' persuni u entitajiet msemmija fl-Artikoli 1(1), 2a(1) u l-Artikolu 2b(1) u (2)
PERSUNI
1. Abdullah Yahya Al Hakim (magħruf ukoll bħala: a) Abu Ali al Hakim; b) Abu-Ali al- Hakim; c) Abdallah al-Hakim; d) Abu Ali Alhakim; e) Abdallah al-Mu'ayyad).
Kitba oriġinali:
Deżinjazzjoni: Grupp Huthi t-tieni fil-kmand. Indirizz: Dahyan, Sa'dah Governorate, Jemen. Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1985; b) Bejn l-1984 u l-1986. Post tat-twelid: a) Dahyan, Jemen; b) Sa'dah Governorate, Jemen. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
2. Abd Al-Khaliq Al-Houthi (magħruf ukoll bħala: a) Abd-al-Khaliq al-Huthi; b) Abd-al-Khaliq Badr-al-Din al Huthi; c) 'Abd al-Khaliq Badr al-Din al-Huthi; d) Abd al-Khaliq al-Huthi; e) Abu-Yunus).
Kitba oriġinali:
Deżinjazzjoni: Kmandant militari Huthi. Data tat-twelid: 1984. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014, fis-26.8.2016).
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abd al-Khaliq al-Houthi ġie deżinjat għal sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.
Abd al-Khaliq al-Houthi kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.
Lejn l-aħħar ta' Ottubru 2013, Abd Al-Khaliq al-Houthi mexxa grupp ta' ġellieda mlibbsin uniformijiet militari tal-Jemen f'attakk fuq postijiet f'Dimaj, il-Jemen. Il-ġlied sussegwenti rriżulta f'diversi mwiet.
Lejn l-aħħar ta' Settembru 2014, numru mhux magħruf ta' ġellieda mhux identifikati allegatament kienu lesti biex jattakkaw faċilitajiet diplomatiċi f'Sana'a, il-Jemen, malli jirċievu ordnijiet minn Abd Al-Khaliq al-Houthi. Fit-30 ta' Awwissu 2014, al-Houthi kkoordina biex iċaqilqu l-armi minn Amran għal kamp ta' protesta f'Sana'a.
3. Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ali Abdallah Salih).
Kitba oriġinali:
Deżinjazzjoni: a) President tal-partit tal-Kungress tal-Poplu Ġenerali tal-Jemen; b) President tal-Ex-Repubblika tal-Jemen. Data tat-twelid: a)21.3.1945; b)21.3.1946; c)21.3.1942; d) 21.3.1947. Post tat-twelid: a) Bayt al-Ahmar, Sana'a Governorate, il-Jemen; b) Sana'a, il-Jemen; c) Sana'a, Sanhan, Al-Rib' al-Sharqi. Ċittadinanza: Jemen. Nru tal-Passaport: 00016161 (Jemen). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 01010744444. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Data tal-għażla min-NU: 7.11.2014.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
4. Abdulmalik al-Houthi (magħruf ukoll bħala: Abdulmalik al-Huthi)
Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Moviment Houthi tal-Jemen. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015 (emendata fis-26.8.2016).
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdulmalik Al-Houthi ġie deżinjat għal sanzjonijiet fl-14 ta' April 2015 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015).
Abdul Malik al-Houthi huwa mexxej ta' grupp li kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen.
F'Settembru 2014, il-forzi Houthi ħatfu Sana'a u f'Jannar 2015 ippruvaw b'mod unilaterali jibdlu l-gvern leġittimu tal-Jemen b'awtorità governattiva illeġittima li l-Houthis iddominaw. Al-Houthi ħa t-tmexxija tal-moviment Houthi tal-Jemen fl-2004 wara l-mewt ta' ħuh, Hussein Badredden al-Houthi. Bħala l-mexxej tal-grupp, al-Houthi hedded kemm-il darba lill-awtoritajiet tal-Jemen b'aktar rewwixti jekk ma jwiġbux it-talbiet tiegħu u żamm arrestat lill-President Hadi, il-Prim Ministru, u membri ewlenin tal-kabinett. Hadi eventwalment ħarab lejn Aden. Il-Houthis imbagħad nedew attakk ieħor fuq Aden bl-għajnuna tal-unitajiet militari leali lejn l-ex president Saleh u ibnu, Ahmed Ali Saleh.
5. Ahmed Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar)
Titlu: Ex ambaxxatur, ex Brigadier Ġeneral, Data tat-twelid: 25 ta' Lulju 1972, Nazzjonalità: Jemenita, Nru tal-passaport: a) Passaport Jemenit numru 17979 maħruġ taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh (imsemmi fil-karta tal-identità diplomatika nru: 31/2013/20/003140 t'hawn taħt) b) Passaport Jemenit numru 02117777 maħruġ fit-8.11.2005 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar c) Passaport Jemenit numru 06070777 maħruġ fit-3.12.2014 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar, Indirizz: l-Emirati Għarab Magħquda, Informazzjoni oħra: Kellu rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Ahmed Saleh huwa iben l-ex President tar-Repubblika tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh. Ahmed Ali Abdullah Saleh ġej minn żona magħrufa bħala Bayt Al-Ahmar, li tinsab madwar 20 km Xlokk tal-belt kapitali, Sana'a. Karta tal-identità diplomatika nru: 31/2013/20/003140, maħruġa fis-7.7.2013 mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh; stat attwali: ikkanċellat. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 14.4.2015.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ahmed Ali Saleh ilu jaħdem biex jimmina l-awtorità tal-President Hadi, ixekkel it-tentattivi ta' Hadi li jirriforma l-militar, u jtellef it-transizzjoni paċifika tal-Jemen għad-demokrazija. Saleh qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Sa minn nofs Frar 2013, Ahmed Ali Saleh kien ta eluf ta' azzarini ġodda lill-brigati tal-Gwardja Repubblikana u shaykhs tribali mhux identifikati. L-armi oriġinarjament ġew akkwistati fl-2010 u miżmuma biex tinxtara l-lealtà ta' min jirċevihom għal gwadann politiku aktar 'il quddiem.
Wara li missier Saleh, l-ex President tar-Repubblika tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, irreżenja minn President tal-Jemen fl-2011, Ahmed Ali Saleh żamm postu bħala kmandant tal-Gwardja Repubblikana tal-Jemen. Ftit aktar minn sena wara, Saleh kien tkeċċa mill-President Hadi iżda żamm influwenza sinifikanti fil-militar tal-Jemen, anke wara li tneħħa mill-kmand. Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat min-NU skont il-UNSCR 2140 f'Novembru 2014.