15.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/6


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 53 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija L3 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl (2020/31)

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 02 – Id-data tad-dħul fis-seħħ: Il-15 ta’ Ottubru 2019

WERREJ

REGOLAMENT

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

2.   Definizzjonijiet

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.   Approvazzjoni

5.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.   Speċifikazzjonijiet individwali

7.   Modifiki għat-tip ta’ vettura jew għall-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl

8.   Konformità tal-produzzjoni

9.   Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.   Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

12.   Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Annessi

1.   Komunikazzjoni

2.   Arranġament tal-marki tal-approvazzjoni

3.   Superfiċi, assi u ċentru ta’ referenza, u angoli ta’ viżibbiltà ġeometrika tal-fanali

4.   viżibbiltà ’l quddiem tad-dwal ħomor u viżibbiltà lura tad-dwal bojod

5.   Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

6.   Spjegazzjoni dwar “’l-inklinazzjoni orizzontali”, “l-angolu ta’ inklinazzjoni laterali” u l-angolu “δ”

7.   Żona ta’ osservazzjoni fid-direzzjoni tas-superfiċe apparenti tal-fanali ta’ korteżija ta’ barra

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija L3  (1) fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-aħħar serje ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 48 fis-seħħ fil-mument tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

2.1.   “Tip ta’ vettur a” tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx minn xulxin f’aspetti essenzjali bħal:

2.1.1.   Id-dimensjonijiet u l-forma esterna tal-vettura;

2.1.2.   In-numru u l-pożizzjoni tal-apparati;

2.1.3.   Dawn li ġejjin lanqas ma għandhom jitqiesu bħala “vetturi ta’ tip differenti”:

2.1.3.1.   Vetturi li huma differenti skont it-tifsira tal-paragrafi 2.1.1 u 2.1.2 aktar ’il fuq imma mhux b’tali mod li tkun involuta bidla fit-tip, fin-numru, fil-pożizzjoni u fil-viżibbiltà ġeometrika tal-fanali preskritti għat-tip ta’ vettura kkonċernat; kif ukoll

2.1.3.2.   Vetturi li fuqhom jitwaħħlu jew ikunu nieqsa jekk it-twaħħil tagħhom ikun fakultattiv, fanali approvati skont wieħed mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim tal-1958, jew fanali permessi fil-pajjiż li fih ikunu rreġistrati l-vetturi;

2.2.   “Vettura mhux mgħobbij a” tfisser vettura mingħajr sewwieq jew passiġġier u mhux mgħobbija, imma bit-tank tal-fjuwil tagħha mimli u bl-għodod kollha li normalment jinġarru;

2.3.   “Fana l” tfisser apparat maħsub biex idawwal it-triq jew biex jemetti sinjal bid-dawl lil utenti oħra tat-triq. Il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u r-retrorifletturi bl-istess mod għandhom jitqiesu bħala fanali;

2.3.1.   “Fanali ekwivalent i” tfisser fanali li jkollhom l-istess funzjoni u li jkunu awtorizzati fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura; fanali ta’ din ix-xorta jista’ jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk tal-fanali li l-vettura tkun mgħammra bihom fil-mument tal-approvazzjoni, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

2.3.2.   “Fanali indipendent i” tfisser apparati li jkollhom superfiċi apparenti separati, sorsi tad-dawl separati u korpi tal-fanali separati;

2.3.3.   “Fanali raggruppat i” tfisser apparati li jkollhom superfiċi apparenti separati u sorsi tad-dawl separati, imma li jkollhom korp tal-fanal komuni;

2.3.4.   “1Fanali kkombinat i” tfisser apparati li jkollhom superfiċi apparenti separati, imma sors tad-dawl komuni u korp tal-fanal komuni;

2.3.5.   “Reċiprokament inkorporat i” tfisser apparati li jkollhom sorsi tad-dawl separati jew sors tad-dawl wieħed li jiffunzjona f’kundizzjonijiet differenti (pereżempju, differenzi ottiċi, mekkaniċi, elettriċi), superfiċi apparenti li huma totalment jew parzjalment komuni u korp tal-fanal komuni;

2.3.6.   “Fanal li jindika d-direzzjon i” tfisser fanal li jintuża biex jindika lill-utenti tat-triq, li s-sewwieq biħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug;

Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jintużaw ukoll skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 97.

2.3.7.   “Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddie m” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha minn quddiem;

2.3.8.   “Fanal tal-pożizzjoni ta’ war a” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha minn wara;

2.3.9.   “Retroriflettu r” tfisser apparat li jintuża biex jindika l-preżenza ta’ vettura permezz tar-rifless tad-dawl li ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors;

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pjanċi tan-numri retroriflettenti ma jitqisux bħala retrorifletturi;

2.4.   “Superfiċe li temetti d-daw l” ta’ “apparat għat-tidwil”, “apparat għas-sinjalar bid-dawl” jew retroriflettur tfisser is-superfiċe ta’ barra kollha jew parti minnha tal-materjal trasparenti kif iddikjarat fit-talba għall-approvazzjoni mill-manifattur tal-apparat fit-tpinġija, ara l-Anness 3;

2.5.   “Superfiċe illuminant i” (ara l-Anness 3);

2.5.1.   “Superfiċe illuminanti ta’ apparat għat-tidwi l” (fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi (main beam), fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx (dipped beam), fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fetħa kollha tar-riflettur, jew fil-każ tal-fanali ta’ quddiem b’riflettur ellissojdali tal-“lenti ta’ projezzjoni”, fuq pjan trasversali. Jekk l-apparat għat-tidwil ma jkollu l-ebda riflettur, għandha tiġi applikata d-definizzjoni tal-paragrafu 2.5.2 ta’ hawn taħt. Jekk is-superfiċe li temetti d-dawl tal-fanal testendi fuq parti biss mill-fetħa kollha tar-riflettur, titqies biss il-projezzjoni ta’ dik il-parti.

Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, is-superfiċe illuminanti tkun limitata bit-traċċa apparenti tal-punt tal-qtugħ fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-lenti jkunu aġġustabbli b’mod relattiv għal xulxin, għandu jintuża l-aġġustament medju;

Fil-każ fejn kwalunkwe kombinazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali u unitajiet tad-dawl addizzjonali jew sorsi tad-dawl maħsuba sabiex jipproduċu dawl għal-liwi jitħaddmu flimkien, is-superfiċi illuminanti individwali, meqjusa flimkien, jikkostitwixxu s-superfiċi illuminanti.

2.5.2.   “Superfiċe illuminanti ta’ apparat għas-sinjaljar bid-dawl li mhux retroriflettu r” (fanal li jindika d-direzzjoni, fanal ta’ waqfien, fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, fanal tal-pożizzjoni ta’ wara, sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu, fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fanal fi pjan perpendikulari mal-assi ta’ referenza tagħha u f’kuntatt mas-superfiċe ta’ barra li temetti d-dawl tal-fanal, b’din il-projezzjoni tkun delimitata mit-truf tal-iskrins li jinsabu f’dan il-pjan, b’kull wieħed jippermetti biss 98 fil-mija tal-intensità luminuża totali tad-dawl li tippersisti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Biex jiġu ddeterminati l-limiti t’isfel, ta’ fuq u dawk laterali tas-superfiċe illuminanti, għandhom jintużaw biss skrins bi truf orizzontali jew vertikali;

2.5.3.   “Superfiċe illuminanti ta’ retroriflettu r” (il-paragrafu 2.3.9 ta’ hawn fuq) tfisser il-projezzjoni ortogonali ta’ retroriflettur fi pjan perpendikulari mal-assi ta’ referenza tiegħu u limitat mill-pjani kontinwi għall-partijiet l-aktar ’il barra tas-sistema ottika tar-retroriflettur u parallela ma’ dak l-assi. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-truf ta’ isfel, ta’ fuq u dawk laterali tal-apparat, għandhom jitqiesu biss il-pjani orizzontali u vertikali;

2.6.   Is-“superfiċe apparent i” għal direzzjoni ta’ osservazzjoni definita tfisser, fuq it-talba tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq, il-projezzjoni ortogonali ta’:

Jew il-limitu tas-superfiċe illuminanti pprojettat fuq is-superfiċe ta’ barra tal-lenti (a-b),

Jew is-superfiċe li temetti d-dawl (c-d),

Fi pjan perpendikulari għad-direzzjoni tal-osservazzjoni u tanġenzjali għall-aktar punt estern tal-lenti (ara l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament);

2.7.   “Ċentru ta’ referenz a” tfisser l-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mas-superfiċe esterna li temetti d-dawl; dan jiġi speċifikat mill-manifattur tal-fanal;

2.8.   “Tarf estrem ta’ barr a”, fuq kull naħa tal-vettura tfisser il-pjan parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmiss l-estremità laterali tal-vettura, mingħajr ma titqies il-projezzjoni jew il-projezzjonijiet:

2.8.1.   Tal-mirja retroviżuri,

2.8.2.   Tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni,

2.8.3.   Tal-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara u tar-retrorifletturi;

2.9.   “Wisa’ total i” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali definiti fil-paragrafu 2.8 aktar ’il fuq;

2.10.   “Il-kulur tad-dawl emess mill-appara t”. Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl emess, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u fis-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fil-mument tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

2.11.   “Massa grossa tal-vettur a” jew “massa massim a” tfisser il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli kif iddikjarata mill-manifattur.

2.12.   “Mgħobbij a” tfisser mgħobbija b’tali mod li tinlaħaq il-massa grossa tal-vettura definita fil-paragrafu 2.11 ta’ hawn fuq.

2.13.   “Inklinazzjoni orizzontal i” tfisser l-angolu maħluq bejn il-projezzjoni tar-raġġ meta l-mutur jitqiegħed kif speċifikat fil-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament, u l-projezzjoni tar-raġġ meta l-mutur ikun inklinat lateralment (ara t-tpinġija fl-Anness 6);

2.14.   “Sistema ta’ aġġustament tal-inklinazzjoni orizzontali (HIAS )” tfisser apparat li jaġġusta l-inklinazzjoni orizzontali tal-fanal ta’ quddiem lejn iż-żero;

2.15.   “Angolu ta’ inklinazzjoni lateral i” tfisser l-angolu magħmul mal-vertikali mill-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-mutur, meta l-mutur jiddawwar fuq l-assi lonġitudinali tiegħu (ara t-tpinġija fl-Anness 6);

2.16.   “Sinjal tal-HIA S” tfisser kwalunkwe sinjal ta’ kontroll jew kwalunkwe input ta’ kontroll addizzjonali fis-sistema, jew output ta’ kontroll mis-sistema lill-mutur;

2.17.   “Ġeneratur tas-sinjal tal-HIA S” tfisser apparat li jirriproduċi sinjal tal-HIAS wieħed jew aktar biex tiġi ttestjata s-sistema;

2.18.   “Angolu tat-test tal-HIA S” tfisser l-angolu δ maħluq mil-linja tal-punt tal-qtugħ tal-fanal ta’ quddiem u mil-linja HH (fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ asimetriku, għandha tintuża l-parti orizzontali tal-punt tal-qtugħ), (ara t-tpinġija fl-Anness 6).

2.19.   "Tidwil għal-liw i" tfisser funzjoni ta’ tidwil biex tipprovdi dawl aħjar fil-liwjiet.

2.20.   “Pjan H” tfisser il-pjan orizzontali li fih ikun hemm iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal.

2.21.   “Attivazzjoni sekwenzjal i” tfisser konnessjoni elettrika fejn is-sorsi tad-dawl individwali ta’ fanal ikunu konnessi b’tali mod li jiġu attivati f’sekwenza predeterminata.

2.22.   “Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenz a” tfisser sinjal li jindika lill-utenti l-oħra tat-triq fuq wara tal-vettura li tkun ġiet applikata forza kbira ta’ ritardazzjoni fuq il-karozza skont il-kundizzjonijiet tat-triq prevalenti.

2.23.   “Fanal tal-korteżija ta’ barr a” tfisser fanal li jintuża biex jipprovdi illuminazzjoni supplimentari bħala għajnuna għas-sewwieq u l-passiġġier biex jirkbu jew jinżlu mill-vettura jew biex il-vettura titgħabba.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tiegħu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun ġie akkreditat b’mod xieraq.

3.2.   Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1.   Deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafi 2.1.1 sa 2.1.3 aktar ’il fuq; għandu jiġi speċifikat it-tip ta’ vettura identifikat b’mod xieraq;

3.2.2.   Lista tal-apparati maħsuba mill-manifattur biex jiffurmaw l-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl; il-lista tista’ tinkludi diversi tipi ta’ apparat għal kull funzjoni; kull tip għandu jiġi identifikat b’mod xieraq (marka tal-approvazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jekk approvat, isem il-manifattur, eċċ.); minbarra dan, fir-rigward ta’ kull funzjoni, il-lista tista’ tinkludi l-annotazzjoni addizzjonali “jew apparati ekwivalenti”;

3.2.3.   Tpinġija skematika tal-installazzjoni tal-apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl kollha, fejn tintwera l-pożizzjoni tad-diversi apparati fuq il-vettura; kif ukoll

3.2.4.   Jekk ikun meħtieġ, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, tpinġijiet skematiċi ta’ kull fanal fejn tintwera s-superfiċe illuminanti, definita fil-paragrafu 2.7.1 aktar ’il fuq, is-superfiċe li temetti d-dawl kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.4 hawn fuq, l-assi ta’ referenza u ċ-ċentru ta’ referenza kif ġew iddefiniti fir-Regolament tan-NU Nru 48. Din l-informazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 48).

3.2.5.   L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-metodu li ntuża għad-definizzjoni tas-superfiċe apparenti (il-paragrafu 2.6 hawn fuq).

3.3.   Vettura mhux mgħobbija mgħammra b’sett komplut ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, kif preskritt fil-paragrafu 3.2.2 hawn fuq, li tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandha tiġi sottomessa lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fir-rigward tal-apparati kollha li ġew speċifikati fil-lista, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 01 għar-Regolament fis-serje ta’ emendi 01 tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri reċenti li jkunu saru fir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni.

L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew lill-istess tip ta’ vettura mressqa b’apparat li mhux speċifikat fil-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2 aktar ’il fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.3.   L-avviż ta’ approvazzjoni, jew ta’ estensjoni, rifjut, jew irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.   Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.   Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.   In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta’ hawn fuq.

4.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta’ hawn fuq m’hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ta’ hawn fuq.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għandhom ikunu mwaħħla b’tali mod li f’kundizzjonijiet normali ta’ użu, u minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jiġu soġġetti għalihom, iżommu l-karatteristiċi preskritti f’dan ir-Regolament u jippermettu li l-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

B’mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li l-fanali jiġu aġġustati ħażin b’mod involontarju.

5.2.   Il-fanali tal-illuminazzjoni għandhom jiġu installati b’tali mod li l-aġġustament korrett tal-orjentazzjoni tagħhom jista’ jitwettaq faċilment.

5.3.   Għall-apparati għas-sinjalar bid-dawl kollha, l-assi ta’ referenza tal-fanal meta mwaħħal fuq il-vettura għandu jkun parallel għall-pjan ta’ appoġġ tal-vettura fit-triq; barra minn hekk, għandu jkun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ tar-retrorifletturi tal-ġenb u parallel għal dak il-pjan fil-każ tal-apparati għas-sinjalar bid-dawl kollha. F’kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta’ ∀ 3°. Barra minn hekk, jekk il-manifattur jipprovdi speċifikazzjonijiet għall-installazzjoni, dawn għandhom jiġu rispettati.

5.4.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-fanali għandhom jiġu vverifikati meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u meta titqiegħed fuq superfiċe ċatta u orizzontali, bil-pjan medjan lonġitudinali tagħha vertikali u bil-manubriji fil-pożizzjoni li tikkorrispondi għal moviment dritt ’il quddiem. Il-pressjonijiet tat-tajers għandhom ikunu dawk preskritti mill-manifattur għall-kundizzjonijiet partikolari tat-tagħbija meħtieġa f’dan ir-Regolament.

5.5.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi:

5.5.1.   Il-fanali jew ir-rifletturi singoli għandhom jiġu mmuntati b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħhom ikun qiegħed fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

5.5.2.   Il-fanali li jikkostitwixxu par u li jkollhom l-istess funzjoni għandhom:

5.5.2.1.   Ikunu mmuntati b’mod simetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali;

5.5.2.2.   Ikunu simetriċi wieħed mal-ieħor fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali;

5.5.2.3.   Jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi; kif ukoll

5.5.2.4.   Ikollhom karatteristiċi fotometriċi nominali identiċi;

5.5.2.5.   Jixegħlu u jintfew fl-istess ħin.

5.6.   Fanali raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati jew fanali singoli

5.6.1.   Il-fanali jistgħu jkunu raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ xulxin sakemm ir-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kulur, tal-pożizzjoni, tal-orjentazzjoni, tal-viżibbiltà ġeometrika u tal-konnessjonijiet elettriċi kif ukoll rekwiżiti oħra, jekk ikun hemm, jiġu ssodisfati.

5.6.1.1.   Ir-rekwiżiti fotometriċi u kolorimetriċi ta’ fanal għandhom jiġu ssodisfati meta l-funzjonijiet l-oħra kollha li dan il-fanal ikun raggruppat, ikkombinat jew reċiprokament inkorporat magħhom ikunu MITFIJA.

Madankollu, meta fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara jkun reċiprokament inkorporat ma’ funzjoni waħda oħra jew iktar li tista’ tiġi attivata flimkien miegħu, ir-rekwiżiti dwar il-kulur ta’ kull waħda minn dawn il-funzjonijiet l-oħra għandhom jiġu ssodisfati meta l-funzjoni(jiet) reċiprokament inkorporata/i u l-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara jkunu MIXGĦULA.

5.6.1.2.   Il-fanali tal-waqfien u l-fanali li jindikaw id-direzzjoni ma jistgħux ikunu reċiprokament inkorporati.

5.6.1.3.   Madankollu, meta l-fanali tal-waqfien u l-fanali li jindikaw id-direzzjoni jkunu raggruppati, kwalunkwe linja dritta orizzontali jew vertikali li tgħaddi mill-projezzjonjiet tas-superfiċi apparenti ta’ dawn il-funzjonijiet fuq pjan perpendikulari mal-assi ta’ referenza, ma għandhiex taqsam aktar minn żewġ linji ta’ demarkazzjoni li jisseparaw żoni maġenb xulxin ta’ kulur differenti.

5.6.2.   Fanali singoli

5.6.2.1.   Il-fanali singoli definiti fis-subparagrafu 2.16.1(a) tar-Regolament tan-NU Nru 48, magħmula minn żewġ partijiet distinti jew aktar, għandhom jiġu installati b’tali mod li:

(a)

Jew l-erja totali tal-projezzjoni tal-partijiet distinti fuq pjan tanġenzjali mas-superfiċe esterna tal-lenti ta’ barra u perpendikulari mal-assi ta’ referenza tkun tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjoni msemmija; jew

(b)

Id-distanza minima bejn it-truf opposti ta’ partijiet distinti maġenb xulxin/tanġenzjali ma tkunx aktar minn 75 mm meta mkejla b’mod perpendikulari mal-assi ta’ referenza.

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ retroriflettur singolu.

5.6.2.2.   Fanali singoli kif definiti fis-subparagrafi 2.16.1(b) jew (c) tar-Regolament tan-NU Nru 48, magħmula minn żewġ fanali mmarkati “D” jew żewġ retrorifletturi indipendenti, għandhom jiġu installati b’tali mod li:

(a)

Jew il-projezzjoni tas-superfiċi apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza taż-żewġ fanali jew retrorifletturi tkun tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tal-imsemmija superfiċi apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza; jew

(b)

Id-distanza minima bejn it-truf opposti tas-superfiċi apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ żewġ fanali jew żewġ retrorifletturi indipendenti ma tkunx aktar minn 75 mm meta mkejla b’mod perpendikulari mal-assi ta’ referenza.

5.6.2.3.   Fanali singoli kif definiti fis-subparagrafu 2.16.1(d) tar-Regolament tan-NU Nru 48, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.6.2.1.

Meta żewġ fanali jew iktar u/jew żewġ superfiċi apparenti separati jew aktar ikunu inklużi fl-istess korp tal-fanal u/jew ikollhom lenti ta’ barra komuni, dawn ma għandhomx jitqiesu bħala sistema ta’ fanali interdipendenti.

Madankollu, fanal li jkollu forma ta’ faxxa jew strixxa jista’ jkun parti minn sistema ta’ fanali interdipendenti.

5.7.   L-għoli massimu ’l fuq mill-art għandu jitkejjel mill-ogħla punt u l-għoli minimu mill-aktar punt baxx tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx, l-għoli minimu mill-art għandu jitkejjel mill-aktar punt baxx tal-punt tal-ħruġ effettiv tas-sistema ottika (pereżempju, riflettur, lenti, lenti ta’ projezzjoni) indipendentement mill-użu tagħha.

Meta l-għoli (massimu u minimu) ’il fuq mill-art jissodisfa b’mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ ebda superfiċe.

Meta ssir referenza għad-distanza bejn il-fanali, il-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa’, għandha tiġi ddeterminata mit-truf ta’ ġewwa tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza.

Meta l-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa’, tissodisfa b’mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ ebda superfiċe.

Sabiex jiċċekknu l-angoli tal-viżibbiltà ġeometrika, il-pożizzjoni tal-fanal rigward l-għoli ’l fuq mill-art, għandha titkejjel mill-pjan H.

5.8.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-ebda fanal għajr il-fanali li jindikaw id-direzzjoni u l-fanali ta’ sinjalar ta’ twissija f’każ ta’ periklu, u s-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza ma għandhom ikunu fanali li jteptpu.

5.8.1.   Il-karatteristiċi fotometriċi ta’ fanal indikatur tad-direzzjoni, ħlief għall-kategoriji 5 u 6 speċifikati fir-Regolament tan-NU Nru 6 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148, u ta’ fanal indikatur speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 50 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 jistgħu jiġu varjati waqt it-teptipa permezz tal-attivazzjoni sekwenzjali ta’ sorsi tad-dawl kif speċifikat fil-paragrafu 5.6 tar-Regolament tan-NU Nru 6 jew fil-paragrafu 5.6.11 tar-Regolament tan-NU Nru 148 jew fil-paragrafu 6.8 tar-Regolament tan-NU Nru 50.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta l-fanali indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 2a u 2b tar-Regolament tan-NU Nru 6 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 jew il-kategorija 12 tar-Regolament tan-NU Nru 50 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 jiġu mħaddma bħala sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza skont il-paragrafu 6.14 ta’ dan ir-Regolament.

5.9.   Il-fanal kif definit fil-paragrafu 2.5 ma għandu jemetti l-ebda dawl aħmar f’direzzjoni ’l quddiem li jista’ jagħti lok għal konfużjoni, u l-fanal kif definit fil-paragrafu 2.5 ma għandu jemetti l-ebda dawl abjad f’direzzjoni lura jekk dan jista’ jagħti lok għal konfużjoni. L-apparati tat-tidwil imwaħħla għat-tidwil ta’ ġewwa tal-vettura ma għandhomx jitqiesu. F’każ ta’ dubju, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat kif ġej (ara t-tpinġija fl-Anness 4):

5.9.1.   Il-viżibbiltà tad-dawl aħmar ’il quddiem: fanal aħmar ma għandux ikun direttament viżibbli għal osservatur li jkun qed jiċċaqlaq fiż-żona 1 ta’ pjan trasversali li jkun qiegħed 25 m ’il quddiem mill-punt li jinsab quddiem nett tal-vettura;

5.9.2.   Il-viżibbiltà tad-dawl abjad lejn wara: fanal abjad ma għandux ikun direttament viżibbli għal osservatur li jkun qed jiċċaqlaq fiż-żona 2 ta’ pjan trasversali li jkun qiegħed 25 m lura mill-punt li jinsab wara nett tal-vettura;

5.9.3.   Fil-pjani rispettivi tagħhom, iż-żoni 1 u 2 esplorati minn għajn l-osservatur huma limitati:

5.9.3.1.   Fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 2,2 m ’il fuq mill-art;

5.9.3.2.   Fil-wisa’, minn żewġ pjani vertikali li, ’il quddiem u lura rispettivament jiffurmaw angolu ta’ 15° ’il barra mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jgħaddu mill-punt jew mill-punti ta’ kuntatt ta’ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u jillimitaw il-wisa’ totali tal-vettura; jekk ikun hemm diversi punti ta’ kuntatt, l-aktar punt ’il quddiem għandu jikkorrispondi mal-pjan ta’ quddiem u l-aktar punt lura mal-pjan ta’ wara.

5.10.   Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew il-fanal b’raġġ baxx, jekk ma jkun hemm l-ebda fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, il-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara u l-apparat li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ma jistgħux JINXTEGĦLU jew JINTFEW b’mod ieħor għajr fl-istess ħin, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

5.10.1.   Fil-każ ta’ sistema ta’ fanali interdipendenti, is-sorsi tad-dawl kollha għandhom JIXGĦELU u JINTFEW fl-istess ħin.

5.11.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-konnessjoni elettrika għandha tkun tali li l-fanal b’raġġ qawwi, il-fanal b’raġġ baxx u l-fanal kontra ċ-ċpar ma jistgħux jinxtegħlu ħlief jekk il-fanali li jissemmew fil-paragrafu 5.10 hawn fuq ma jinxtegħlux ukoll. Dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn jiġi ssodisfat fil-każ tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi u ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx fejn it-twissijiet luminużi tagħhom jikkonsistu f’li jinxtegħel il-fanal b’raġġ baxx b’mod intermittenti, f’intervalli qosra, jew f’li jinxtegħel il-fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi b’mod intermittenti inkella f’li jinxtegħlu b’mod alternanti l-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx u l-fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi f’intervalli qosra.

5.11.1.   Jekk ikun ġie installat, il-fanal tas-sewqan binhar għandu awtomatikament IKUN MIXGĦUL meta l-magna tkun qed taħdem. Jekk jinxtegħel il-fanal ta’ quddiem, il-fanal tas-sewqan binhar ma għandux jixgħel meta l-magna tkun qed taħdem.

Jekk ma jkun ġie installat l-ebda fanal tas-sewqan binhar, il-fanal ta’ quddiem għandu jixgħel awtomatikament meta l-magna tkun qed taħdem.

5.12.   Indikaturi operatorji ottiċi

5.12.1.   Kull indikatur operatorju ottiku għandu jkun viżibbli mill-ewwel għal sewwieq f’pożizzjoni normali ta’ sewqan.

5.12.2.   Fejn dan ir-Regolament jipprevedi indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”, dan jista’ jiġi sostitwit minn indikatur operatorju tal-“funzjonament”.

5.13.   Il-kuluri tad-dwal

Il-kuluri tad-dwal imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej:

Fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi

:

abjad

Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx

:

abjad

Il-fanal li jindika d-direzzjoni

:

ambra

Il-fanal tal-waqfien

:

aħmar

Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

:

abjad

Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem

:

abjad jew ambra

Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara

:

aħmar

Retroriflettur ta’ wara, mhux trijangulari

:

aħmar

Retroriflettur tal-ġnub, mhux trijangulari

:

ambra fuq quddiem

ambra jew aħmar fuq wara

Sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu

:

ambra

Fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar

:

abjad jew isfar selettiv

Fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar

:

aħmar

Fanal tas-sewqan binhar

:

abjad

Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza

:

ambra jew aħmar

Fanal tal-korteżija ta’ barra

:

abjad

5.14.   Kull vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun mgħammra bl-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ġejjin:

5.14.1.   Fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi (il-paragrafu 6.1);

5.14.2.   Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx (il-paragrafu 6.2);

5.14.3.   Fanali li jindikaw id-direzzjoni (il-paragrafu 6.3);

5.14.4.   Fanal tal-waqfien, apparat tal-kategorija S1 speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 7 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 jew fanal tal-waqfien speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 50 (paragrafu 6.4) jew fanal tal-waqfien għall-vetturi tal-kategorija L fir-Regolament tan-NU Nru 148;

5.14.5.   Apparat li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (il-paragrafu 6.5);

5.14.6.   Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (il-paragrafu 6.6);

5.14.7.   Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara (il-paragrafu 6.7);

5.14.8.   Retroriflettur ta’ wara, mhux trijangulari (il-paragrafu 6.8);

5.14.9.   Retroriflettur tal-ġenb, mhux trijangulari (il-paragrafu 6.12);

5.15.   Tista’, barra minn hekk, tkun mgħammra bl-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ġejjin:

5.15.1.   Sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu (il-paragrafu 6.9);

5.15.2.   Il-fanali kontra ċ-ċpar

5.15.2.1.   Il-fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar (il-paragrafu 6.10)

5.15.2.2.   Il-fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar (il-paragrafu 6.11)

5.15.3.   Il-fanal tas-sewqan binhar (il-paragrafu 6.13).

5.15.4.   Fanal tal-waqfien, apparat tal-kategorija S3 speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 7 (paragrafu 6.4) jew ir-Regolament tan-NU Nru 148.

5.15.5.   Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza (il-paragrafu 6.14).

5.15.6.   Fanal tal-korteżija ta’ barra (il-paragrafu 6.15).

5.16.   L-installazzjoni ta’ kull wieħed mill-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl imsemmija fil-paragrafi 5.14 u 5.15 aktar ’il fuq għandu jsir f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti fil-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament.

5.17.   L-installazzjoni ta’ kwalunkwe apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għajr għal dawk imsemmija fil-paragrafi 5.14 u 5.15 hawn fuq huwa pprojbit għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

5.18.   L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl approvati għat-tip għal vetturi b’erba’ roti tal-kategoriji M1 u N1 u li jissemmew fil-paragrafi 5.14 u 5.15 hawn fuq jistgħu wkoll jitwaħħlu fuq il-muturi.

5.19.   Il-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara, l-indikaturi tad-direzzjoni ta’ wara u r-retrorifletturi ta’ wara, jistgħu jiġu installati fuq komponenti li jiċċaqilqu biss:

5.19.1.   Jekk fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu, il-fanali fuq il-komponenti li jiċċaqilqu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibbiltà ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għal dawk il-fanali.

5.19.2.   Fil-każ fejn il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.19 jinkisbu b’assemblaġġ ta’ żewġ fanali immarkati “D” (ara l-paragrafu 2.16.1 tar-Regolament tan-NU Nru 48), wieħed mill-fanali biss ikun meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibbiltà ġeometrika, dawk kolorimetriċi u dawk fotometriċi għal dawk il-fanali fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu.

5.19.3.   Fil-każ li jitwaħħlu u jiġu attivati fanali addizzjonali għall-funzjonijiet imsemmija hawn fuq, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-fanali addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibbiltà ġeometrika, dawk kolorimetriċi u dawk fotometriċi kollha applikabbli għall-fanali installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

5.19.4.   Fil-każ fejn il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.19 jinkisbu b’sistema ta’ fanali interdipendenti, għandha tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-każ li s-sistema sħiħa ta’ fanali interdipendenti tiġi mmuntata fuq il-komponent(i) li jiċċaqlaq, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.19.1 għandhom jiġu ssodisfati. Madankollu, jistgħu jiġu attivati fanali addizzjonali għall-funzjonijiet imsemmija hawn fuq, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-fanali addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibbiltà ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha applikabbli għall-fanali installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

jew

(b)

Jekk is-sistema ta’ fanali interdipendenti tiġi mgħammra parzjalment fuq il-komponent fiss u parzjalment fuq komponent li jiċċaqlaq, il-fanal(i) interdipendenti speċifikat(i) mill-Applikant matul il-proċedura tal-approvazzjoni tal-apparat għandu/għandhom jissodisfa(w) ir-rekwiżiti kollha tal-pożizzjoni, tal-viżibbiltà ġeometrika ’l barra u tal-fotometrija għal dawk il-fanali, fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu. Ir-rekwiżit(i) tal-viżibbiltà ġeometrika ’l ġewwa għandu/għandhom jitqies(u) li hu(ma) ssodisfat(i) jekk dan/dawn il-fanal(i) interdipendenti jkun(u) għadu/għadhom konformi mal-valuri preskritti fil-kamp tad-distribuzzjoni tad-dawl għall-approvazzjoni tal-apparat, fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu.

5.20.   Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-viżibbiltà ġeometrika

5.20.1.   Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fuq ġewwa tal-angoli tal-viżibbiltà ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn kwalunkwe parti tas-superfiċe apparenti tal-fanal osservat mill-infinità. Madankollu, l-ostakli ma jitqisux, jekk diġà kienu preżenti meta l-fanal kiseb l-approvazzjoni tat-tip.

5.20.2.   Jekk il-kejl jittieħed eqreb tal-fanal, id-direzzjoni ta’ osservazzjoni għandha tiġi spustata b’mod parallel sabiex tinkiseb l-istess akkuratezza.

5.20.3.   Jekk, meta l-fanal jiġi installat, kwalunkwe parti mis-superfiċe apparenti tal-fanal tkun moħbija minn xi parti oħra tal-vettura, għandhom jiġu ppreżentati provi li l-parti tal-fanal li mhix moħbija mill-ostakli għadha konformi mal-valuri fotometriċi preskritti għall-approvazzjoni tal-apparat.

5.20.4.   Meta l-angolu vertikali tal-viżibbiltà ġeometrika taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 gradi (fanal f’għoli ta’ inqas minn 750 mm’il fuq mill-art imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.7.), il-kamp fotometriku tal-kejl tal-unità ottika installata jista’ jitnaqqas għal 5 gradi taħt l-orizzontali.

5.20.5.   Fil-każ ta’ sistema ta’ fanali interdipendenti, ir-rekwiżiti tal-viżibbiltà ġeometrika għandhom jiġu ssodisfati meta l-fanali interdipendenti jitħaddmu flimkien.

5.21.   Apparat li jiġi approvat għat-tip skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 148 u/jew 149 u/jew 150 jitqies bħala ekwivalenti għal wieħed approvat skont l-aħħar serje ta’ emendi tar-Regolamenti tan-NU pertinenti: ir-Regolamenti tan-NU Nri 148 u/jew 149 u/jew 150, meta l-indiċijiet tal-bidla (definiti fir-Regolament tan-NU Nru 48) relatati ma’ kull fanal individwali (funzjoni) ma jvarjawx. F’dan il-każ apparat bħal dan jista’ jitwaħħal fuq il-vettura li trid tiġi approvata għat-tip mingħajr l-ebda aġġornament tad-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat u l-immarkar tal-apparat.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI

6.1.   Fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi:

6.1.1.   Numru:

6.1.1.1.   Għall-muturi li jkollhom ċilindrata ta’ ≤ 125 cm 3

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

il-Klassi C, D jew E tar-Regolament tan-NU Nru 113;

(b)

ir-Regolament tan-NU Nru 112;

(c)

ir-Regolament tan-NU Nru 1;

(d)

ir-Regolament tan-NU Nru 8;

(e)

ir-Regolament tan-NU Nru 20;

(f)

ir-Regolament tan-NU Nru 57;

(g)

ir-Regolament tan-NU Nru 72;

(h)

ir-Regolament tan-NU Nru 98;

(i)

Il-Klassi A, B, D, CS, DS jew ES tar-Regolament tan-NU Nru 149.

6.1.1.2.   Għall-muturi li jkollhom ċilindrata ta’ > 125 cm 3

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

Il-Klassi D jew E tar-Regolament tan-NU Nru 113;

(b)

ir-Regolament tan-NU Nru 112;

(c)

ir-Regolament tan-NU Nru 1;

(d)

ir-Regolament tan-NU Nru 8;

(e)

ir-Regolament tan-NU Nru 20;

(f)

ir-Regolament tan-NU Nru 72;

(g)

ir-Regolament tan-NU Nru 98;

(h)

Il-Klassi A, B, D, DS jew ES tar-Regolament tan-NU Nru 14.

Tnejn ta’ tip approvat skont:

(i)

il-Klassi C tar-Regolament tan-NU Nru 113.

6.1.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.1.3.   Pożizzjoni

6.1.3.1.   Wisa’

6.1.3.1.1.   Fanal b’raġġ qawwi indipendenti jista’ jitwaħħal fuq jew taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal b’raġġ qawwi għandu jinsab fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom għandu jkun simetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.3.1.2.   Fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, għandu jkun installat b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx prinċipali indipendenti jew b’fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx prinċipali li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem maġenb il-fanal ta’ quddiem b’raġġ prinċipali, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.3.1.3.   Żewġ fanali b’raġġ qawwi, li jew wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.3.2.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit jitqies issodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja retroviżuri u/jew ta’ superfiċi riflettenti fuq il-vettura.

6.1.3.3.   Fi kwalunkwe każ, id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe illuminanti ta’ kwalunkwe fanal b’raġġ baxx indipendenti u t-tarf ta’ dak tal-fanal li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali ma għandhiex teċċedi l-200 mm. Id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe illuminanti ta’ kwalunkwe fanal b’raġġ qawwi indipendenti u l-art għandha tkun minn 500 mm sa 1,300 mm.

6.1.3.4.   Fil-każ ta’ żewġ fanali b’raġġ qawwi: id-distanza li tissepara s-superfiċi illuminanti ta’ żewġ fanali b’raġġ qawwi ma għandhiex teċċedi l-200 mm.

6.1.4.   Viżibbiltà ġeometrika

Il-viżibbiltà tas-superfiċe illuminanti, inkluża il-viżibbiltà tagħha f’żoni li ma jidhrux imdawla fid-direzzjoni tal-osservazzjoni meqjusa, għandha tiġi żgurata fi ħdan spazju diverġenti definit minn linji ta’ ġenerazzjoni abbażi tal-perimetru tas-superfiċe illuminanti u li jiffurmaw angolu ta’ mhux inqas minn 5° mal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem.

6.1.5.   Orjentazzjoni

6.1.5.1.   ‘Il quddiem. Il-fanal(i) jista’/jistgħu jimxi/u mal-angolu tal-istering.

6.1.5.2.   Għar-raġġ qawwi jista’ jiġi installat HIAS.

6.1.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Ir-raġġ(i) baxx(i) jista’/jistgħu jibqa’/jibqgħu mixgħul(a) mar-raġġ(i) qawwi(ja).

6.1.7.   Indikaturi operatorji

6.1.7.1.   Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”.

Mandatorju, fanal b’sinjal blù li ma jteptipx.

6.1.7.2.   Indikatur operatorju “falliment fl-HIAS”

Mandatorju, fanal b’sinjal ambra li jteptep, li jista’ jiġi kkombinat mal-indikatur operatorju msemmi fil-paragrafu 6.2.8.2 hawn taħt. Dan għandu jiġi attivat kull meta jiġi skopert falliment fis-sinjali tal-HIAS. Dan għandu jibqa’ attivat sakemm jibqa’ l-falliment.

6.1.8.   Kondizzjonijiet oħra

6.1.8.1.   L-intensità aggregata massima tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ qawwi li jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin ma għandhiex teċċedi 430 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta’ referenza ta’ 100. (Il-valur tal-approvazzjoni).

6.1.8.2.   Fil-każ ta’ falliment fl-HIAS tar-raġġ qawwi, mingħajr ma tintuża xi għodda speċjali, għandu jkun possibbli li:

(a)

L-HIAS tiġi diżattivata sakemm tiġi ssettjata mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; kif ukoll

(b)

Ir-raġġ qawwi jiġi ppożizzjonat mill-ġdid b’tali mod li l-allinjamenti orizzontali u vertikali tiegħu jkunu l-istess bħal fanal ta’ quddiem li ma jkunx mgħammar b’HIAS.

Il-manifattur għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura biex l-HIAS tiġi ssettjata mill-ġdid.

Alternattivament, il-manifattur jista’ jagħżel li jinstalla sistema awtomatika li jew twettaq iż-żewġ kompiti speċifikati aktar ’il fuq jew tissettja mill-ġdid l-HIAS. F’dan il-każ, il-manifattur għandu jipprovdi lis-Servizz Tekniku b’deskrizzjoni tas-sistema awtomatika u, sakemm jiġu żviluppati rekwiżiti armonizzati, għandu juri l-mod kif jiġi vverifikat li s-sistema awtomatika taħdem kif deskritt.

6.2.   Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx:

6.2.1.   Numru:

6.2.1.1.   Għall-muturi li jkollhom ċilindrata ta’ ≤ 125 cm3

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

il-Klassi C, D jew E tar-Regolament tan-NU Nru 113;

(b)

ir-Regolament tan-NU Nru 112;

(c)

ir-Regolament tan-NU Nru 1;

(d)

ir-Regolament tan-NU Nru 8;

(e)

ir-Regolament tan-NU Nru 20;

(f)

ir-Regolament tan-NU Nru 57;

(g)

ir-Regolament tan-NU Nru 72;

(h)

ir-Regolament tan-NU Nru 98;

(i)

Il-Klassi A, B, D, CS, DS jew ES tar-Regolament tan-NU Nru 149.

6.2.1.2.   Għall-muturi li jkollhom ċilindrata ta’ > 125 cm3

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:

(a)

Il-Klassi D jew E tar-Regolament tan-NU Nru 113;

(b)

ir-Regolament tan-NU Nru 112;

(c)

ir-Regolament tan-NU Nru 1;

(d)

ir-Regolament tan-NU Nru 8;

(e)

ir-Regolament tan-NU Nru 20;

(f)

ir-Regolament tan-NU Nru 72;

(g)

ir-Regolament tan-NU Nru 98;

(h)

Il-Klassi A, B, D, DS jew ES tar-Regolament tan-NU Nru 149.

Tnejn ta’ tip approvat skont:

(i)

Il-Klassi C tar-Regolament tan-NU Nru 113;

(j)

Il-Klassi CS tar-Regolament tan-NU Nru 149.

6.2.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.2.3.   Pożizzjoni

6.2.3.1.   Wisa’

6.2.3.1.1.   Fanal b’raġġ baxx indipendenti jista jiġi installat fuq, taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali jrid ikun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom għandu jkun simetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.1.2.   Fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, irid jitwaħħal b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’fanal b’raġġ qawwi indipendenti jew b’fanal b’raġġ qawwi li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem maġenb il-fanal li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.1.3.   Żewġ fanali ta’ quddiem li jipproduċu r-raġġ baxx prinċipali, li jew wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, għandhom jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.1.4.   Jekk ikunu ġew installati, unitajiet tad-dawl addizzjonali li jipprovdu dawl għal-liwi, approvati għat-tip bħala parti mir-raġġ baxx skont ir-Regolament tan-NU Nru 113 jew ir-Regolament tan-NU Nru 149, għandhom jiġu installati fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Fil-każ ta’ par(i) ta’ unitajiet tad-dawl addizzjonali, huma għandhom jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentru/i ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

Fil-każ ta’ unità tad-dawl addizzjonali waħda, iċ-ċentru ta’ referenza tagħha għandu jikkoinċidi mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.2.   L-għoli: minimu ta’ 500 mm u massimu ta’ 1 200 mm ’l fuq mill-art.

6.2.3.3.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja retroviżuri u/jew ta’ superfiċi riflettenti tal-vettura.

6.2.3.4.   Fil-każ ta’ żewġ fanali ta’ quddiem li jipproduċu r-raġġ baxx prinċipali, id-distanza li tissepara s-superfiċi illuminanti ma tridx teċċedi l-200 mm.

6.2.4.   Viżibbiltà ġeometrika

Definita mill-angoli α u β, kif speċifikat fil-paragrafu 2.13 tar-Regolament tan-NU Nru 48:

α

=

15° ’il fuq u 10° ’l isfel;

β

=

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu;

45° ’il barra u 10° ’il ġewwa għal kull par fanali.

Il-preżenza ta’ separaturi jew oġġetti oħra ta’ tagħmir qrib il-fanal ta’ quddiem ma għandhiex tagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw skumdità lill-utenti l-oħra tat-triq.

6.2.5.   Orjentazzjoni

6.2.5.1.   ‘Il quddiem. Il-fanal(i) jista’/jistgħu jimxi/u mal-angolu tal-istering.

6.2.5.2.   L-inklinazzjoni vertikali tal-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali għandha tibqa’ bejn -0,5 fil-mija u -2,5 fil-mija, ħlief fil-każ fejn ikun preżenti apparat ta’ aġġustament estern.

6.2.5.3.   Għal fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali b’sors tad-dawl li jkollu fluss luminuż oġġettiv li jeċċedi 2 000 lumen, l-inklinazzjoni vertikali tal-fanal ta’ quddiem għandha tibqa’ bejn -0,5 fil-mija u -2,5 fil-mija. Jista’ jintuża apparat għal-livellar tal-fanali ta’ quddiem sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu imma dan għandu jaħdem b’mod awtomatiku (3).

6.2.5.4.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.2.5.3 hawn fuq għandu jiġi ttestjat fuq il-vettura fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Kundizzjoni A (rikkieb waħdu):

Fuq il-vettura għandha titqiegħed massa ta’ 75 kg ± 1 kg, li tissimula lir-rikkieb, b’tali mod li tirriproduċi t-tagħbijiet fuq il-fusien iddikjarati mill-manifattur għal din il-kundizzjoni ta’ tagħbija.

L-inklinazzjoni vertikali (mira inizjali) tal-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali għandha tiġi ssettjata, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, bejn -1,0 fil-mija u -1,5 fil-mija.

Kundizzjoni B (mutur mgħobbi kompletament):

Fuq il-vettura għandhom jitqiegħdu mases li jissimulaw il-massa totali massima tal-manifattur, b’tali mod li jirriproduċu t-tagħbijiet fuq il-fusien iddikjarati mill-manifattur għal din il-kundizzjoni ta’ tagħbija.

Qabel ma jsir il-kejl, il-vettura għandha tiġi mċaqilqa lejn ġenb imbagħad lejn ieħor tliet darbiet ’il fuq u ’l isfel u mbagħad għandha tiġi mċaqilqa lura u ’l quddiem għal mill-inqas tidwira kompluta ta’ rota.

6.2.5.5.   Għar-raġġ baxx tista’ tiġi installata HIAS. L-HIAS ma għandhiex taġġusta l-inklinazzjoni orizzontali b’iktar mill-angolu ta’ inklinazzjoni laterali tal-vettura.

6.2.5.6.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.2.5.5 hawn fuq għandu jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Il-vettura tat-test għandha tiġi ssettjata kif speċifikat fil-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament. Inklina l-vettura u kejjel l-angolu tat-test tal-HIAS.

Il-vettura għandha tiġi ttesjatata fiż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-angolu massimu ta’ aġġustament tal-inklinazzjoni orizzontali speċifikat mill-manifattur (lejn ix-xellug u lejn il-lemin);

(b)

Nofs l-angolu massimu ta’ aġġustament tal-inklinazzjoni orizzontali speċifikat mill-manifattur (lejn ix-xellug u lejn il-lemin).

U meta l-vettura tat-test titreġġa’ lura għall-pożizzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament, l-angolu tat-test tal-HIAS għandu jerġa’ lura malajr għaż-żero.

Il-manubriju jista’ jiġi ffissat fil-pożizzjoni dritt ’il quddiem b’mod li ma jiċċaqlaqx waqt l-inklinazzjoni tal-vettura.

Għat-test, l-HIAS għandha tiġi attivata permezz ta’ ġeneratur tas-sinjal tal-HIAS.

Għandu jiġi kkunsidrat li s-sistema tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5.5 hawn fuq, jekk l-angoli tat-test tal-HIAS kollha mkejla ma jkunux inqas minn żero. Dan jista’ jintwera mill-manifattur permezz ta’ kalkolu jew ta’ mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

6.2.5.7.   Sors(i) tad-dawl addizzjonali jew unità(jiet) tad-dawl addizzjonali jista’/jistgħu jiġi/u attivat(i) biss flimkien mar-raġġ baxx prinċipali sabiex jiġi prodott dawl għal-liwi. L-illuminazzjoni pprovduta mid-dawl għal-liwi ma għandhiex testendi ’l fuq mill-pjan orizzontali, li jkun parallel għall-art u li jkun fih l-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ baxx ewlieni għall-angoli ta’ inklinazzjoni laterali kollha kif speċifikat mill-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament tan-NU Nru 113 jew ir-Regolament tan-NU Nru 149.

6.2.5.8.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.2.5.7 ta’ hawn fuq għandu jiġi ttestjat kif ġej:

Il-vettura tat-test għandha tiġi ssettjata kif speċifikat fil-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament. Kejjel l-angoli ta’ inklinazzjoni laterali fuq iż-żewġ naħat tal-vettura f’kull kundizzjoni fejn jiġi attivat id-dawl għal-liwi. L-angoli ta’ inklinazzjoni laterali li għandhom jitkejlu huma l-angoli ta’ inklinazzjoni laterali speċifikati mill-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament tan-NU Nru 113 jew ir-Regolament tan-NU Nru 149.

Il-manubriju jista’ jiġi miżmum fil-pożizzjoni dritt ’il quddiem b’mod li ma jiċċaqlaqx waqt l-inklinazzjoni tal-vettura.

Għat-test, id-dawl għal-liwi jista’ jiġi attivat permezz ta’ ġeneratur tas-sinjali pprovdut mill-manifattur.

Jiġi kkunsidrat li s-sistema tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5.7 ta’ hawn fuq, jekk l-angoli ta’ inklinazzjoni laterali kollha mkejla fuq iż-żewġ naħat tal-vettura jkunu ikbar minn jew daqs l-angoli ta’ inklinazzjoni laterali minimi mogħtija fil-formola ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament tan-NU Nru 113 jew ir-Regolament tan-NU Nru 149.

Il-konformità mal-paragrafu 6.2.5.7 ta’ hawn fuq tista’ tintwera mill-manifattur billi juża mezzi oħrajn aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

6.2.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll għall-bidla għal raġġ(i) baxx(i) għandu jitfi r-raġġ(i) qawwi(ja) fl-istess ħin. Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx b’sors tad-dawl approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 99 għandhom jibqgħu mixgħula meta jinxtegħel ir-raġġ qawwi.

6.2.6.1.   Is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(jiet) tad-dawl addizzjonali użat(i) sabiex jiġi prodott dawl għal-liwi għandu/hom ikun(u) konness(i) b’tali mod li ma jistax/jistgħux jiġi/u attivat(i) sakemm il-fanal(i) ta’ quddiem li jipproduċi/u r-raġġ baxx prinċipali jew ir-raġġ qawwi ma jkunx/jkunux attivat(i) ukoll.

Is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(jiet) tad-dawl addizzjonali użat(i) sabiex jiġi prodott dawl għal-liwi fuq kull naħa tal-vettura jista’/jistgħu jiġi/u attivat(i) b’mod awtomatiku biss meta l-angolu/i ta’ inklinazzjoni laterali jkun(u) ikbar minn jew daqs l-angolu/i minimu/i ta’ inklinazzjoni laterali mogħti(ja) fil-formola ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont ir-Regolament tan-NU Nru 113 jew ir-Regolament tan-NU Nru 149.

Madankollu, is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(jiet) tad-dawl addizzjonali ma għandux/għandhomx jiġi/u attivat(i) meta l-angolu ta’ inklinazzjoni laterali jkun ta’ inqas minn tliet gradi.

Is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(jiet) tad-dawl addizzjonali għandu/hom jiġi/u diżattivat(i) meta l-angolu/i ta’ inklinazzjoni laterali jkun(u) inqas mill-angolu/i minimu/i ta’ inklinazzjoni laterali mogħti(ja) fil-formola ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat skont Regolament tan-NU Nru 113 jew ir-Regolament tan-NU Nru 149.

6.2.7.   Indikaturi operatorji

6.2.7.1.   Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”.

Fakultattiv; lampa b’sinjal aħdar li ma tteptipx.

6.2.7.2.   Indikatur operatorju għal “falliment fl-HIAS”.

Mandatorju, fanal b’sinjal ambra li jteptep, li jista’ jiġi kkombinat mal-indikatur operatorju msemmi fil-paragrafu 6.1.7.2. Dan għandu jiġi attivat kull meta jiġi skopert falliment fis-sinjali tal-HIAS. Dan għandu jibqa’ attivat sakemm jibqa’ l-falliment.

6.2.7.3.   Fil-każ ta’ falliment fis-sistema ta’ kontroll, is-sors(i) tad-dawl addizzjonali jew l-unità(jiet) tad-dawl addizzjonali li jipproduċi/u dawl għal-liwi għandu/hom JINTEFA/JINTFEW awtomatikament.

6.2.8.   Kondizzjonijiet oħra

Fil-każ ta’ falliment fl-HIAS tar-raġġ baxx, mingħajr ma tintuża xi għodda speċjali, għandu jkun possibbli li:

(a)

L-HIAS tiġi diżattivata sakemm tiġi ssettjata mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; kif ukoll

(b)

Ir-raġġ baxx jiġi ppożizzjonat mill-ġdid b’tali mod li l-allinjamenti orizzontali u vertikali tiegħu jkunu l-istess bħal fanal ta’ quddiem li ma jkunx mgħammar b’HIAS.

Il-manifattur għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura biex l-HIAS tiġi ssettjata mill-ġdid.

Alternattivament, il-manifattur jista’ jagħżel li jinstalla sistema awtomatika li jew twettaq iż-żewġ kompiti speċifikati aktar ’il fuq jew tissettja mill-ġdid l-HIAS. F’dan il-każ, il-manifattur għandu jipprovdi lis-Servizz Tekniku b’deskrizzjoni tas-sistema awtomatika u, sakemm jiġu żviluppati rekwiżiti armonizzati, għandu juri l-mod kif jiġi vverifikat li s-sistema awtomatika taħdem kif deskritt.

6.3.   Fanal ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni

6.3.1.   Numru

Tnejn fuq kull naħa.

6.3.2.   Arranġament

Żewġ indikaturi ta’ quddiem (il-kategorija 1 kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 6 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 inkella l-kategorija 11 kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 50 jew fir-Regolament tan-NU Nru 148).

Żewġ indikaturi ta’ wara (il-kategorija 2 kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 6 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 inkella l-kategorija 12 kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 50 jew fir-Regolament tan-NU Nru 148).

6.3.3.   Pożizzjoni

6.3.3.1.   Fil-wisa’: Għall-indikaturi ta’ quddiem, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

Għandu jkun hemm distanza minima ta’ 240 mm bejn is-superfiċi illuminanti;

(b)

L-indikaturi għandhom ikunu qegħdin barra mill-pjan vertikali lonġitudinali tanġenzjali għat-truf ta’ barra tas-superfiċe illuminanti tar-raġġ(i) qawwi(ja) u/jew tar-raġġ(i) baxx(i) prinċipali,

(c)

Għandu jkun hemm distanza minima bejn is-superfiċe illuminanti tal-indikaturi u dik tal-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ baxx prinċipali l-eqreb ta’ xulxin kif ġej:

Intensità minima tal-indikatur (cd)

Separazzjoni minima (mm)

90

75

175

40

250

20

400

≤ 20

Għall-indikaturi ta’ wara, l-ispazju bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċi illuminanti għandu jkun mill-inqas ta’ 180 mm bil-kundizzjoni li l-preskrizzjonijiet tal-paragrafu 2.13 tar-Regolament tan-NU Nru 48 jiġu applikati anki meta tkun immuntata l-pjanċa tar-reġistrazzjoni;

6.3.3.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art;

6.3.3.3.   Fit-tul: id-distanza ’l quddiem bejn iċ-ċentru ta’ referenza tal-indikaturi ta’ wara u l-pjan trasversali li jikkostitwixxi l-limitu ta’ wara nett tat-tul totali tal-vettura ma għandhiex teċċedi t-300 mm.

6.3.4.   Viżibbiltà ġeometrika

Angoli orizzontali: 20° ’il ġewwa sa 80° ’il barra.

Angoli vertikali: 15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.7), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.3.5.   Orjentazzjoni

L-indikaturi tad-direzzjoni ta’ quddiem jistgħu jimxu mal-angolu tal-istering.

6.3.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

6.3.6.1.   Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni għandhom jixegħlu b’mod indipendenti mill-fanali l-oħra. Il-fanali kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq ġenb wieħed ta’ vettura għandhom jinxtegħlu u jintfew permezz ta’ unità waħda ta’ kontroll.

6.3.6.2.   Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni jistgħu JINXTEGĦLU biex jindikaw l-istatus tal-apparat għall-protezzjoni tal-vetturi minn użu mhux awtorizzat.

6.3.6.3.   L-indikazzjoni deskritta fil-paragrafu 6.3.6.2 għandha tiġi prodotta bit-tħaddim simultanju tal-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni u għandha tkun skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.

Fil-każ ta’ indikazzjoni singola

:

massimu ta’ 3 sekondi

Fil-każ ta’ indikazzjoni kontinwa:

It-tul taż-żmien

:

massimu ta’ 5 minuti

Frekwenza

:

(2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul

:

Ħin mitfi ± 10 fil-mija

Din l-indikazzjoni għandha tkun permessa biss meta l-apparat li jixgħel u/jew jitfi l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) ikun f’pożizzjoni li tagħmilha impossibbli li l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) taħdem.

6.3.7.   Indikatur operatorju tal-“funzjonament”

Obbligatorju. Dan jista’ jkun ottiku jew li jinstema’ jew it-tnejn. Jekk ikun ottiku għandu jkun lampa/i aħdar/ħodor li jteptep/jteptpu li, fil-każ li kwalunkwe wieħed mill-indikaturi tad-direzzjoni jaħdem b’mod difettuż, jintefa/jintfew, jibqa’/jibqgħu mixgħul(a) mingħajr ma jteptep/jteptpu, inkella juri/u bidla kbira fil-frekwenza.

6.3.8.   Kondizzjonijiet oħra

Il-karatteristiċi indikati iktar ’l isfel għandhom jitkejlu bl-ebda tagħbija oħra fuq is-sistema elettrika ħlief dik meħtieġa biex il-magna u l-apparati għat-tidwil ikunu jistgħu jaħdmu. Għall-vetturi kollha:

6.3.8.1.   Il-frekwenza tat-teptip għandha tkun ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.8.2.   It-teptip tal-indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura jista’ jkun sinkronizzat jew alternat;

6.3.8.3.   It-tħaddim tal-unità ta’ kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jiġi segwit f’mhux aktar minn sekonda mid-dehra tad-dawl u f’mhux aktar minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tad-dawl.

6.3.8.4.   Fil-każ ta’ falliment, għajr għal xort fiċ-ċirkwit, ta’ fanal wieħed li jindika d-direzzjoni, il-fanal l-ieħor/oħra li jkun(u) qed jindika(w) l-istess direzzjoni għandu/hom ikompli/u jteptpu jew jibqa’/jibqgħu mixgħul(a), imma l-frekwenza f’din il-kundizzjoni tista’ tkun differenti minn dik preskritta.

6.4.   Fanal tal-waqfien

6.4.1.   Numru

Wieħed jew tnejn approvat(i) bħala apparat tal-kategorija S1 skont ir-Regolament tan-NU Nru 7 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 jew fanal tal-waqfien speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 50 jew fanal tal-waqfien għall-vetturi tal-kategorija L tar-Regolament tan-NU Nru 148;

Wieħed fakultattiv approvat bħala apparat tal-kategorija S3 skont ir-Regolament tan-NU Nru 7 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148.

6.4.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.4.3.   Pożizzjoni

6.4.3.1.   Għall-apparat tal-kategorija S1 speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 7 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 inkella fanal tal-waqfien kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 50 jew fir-Regolament tan-NU Nru 148).

Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm ’il fuq mill-art;

Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.4.3.2.   Għall-apparat tal-kategorija S3 speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 7 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148.

Fl-għoli: Il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ taħt tas-superfiċe apparenti m’għandux ikun inqas minn 850 mm ’il fuq mill-art.

Madankollu, il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ taħt tas-superfiċe apparenti għandu jkun ogħla mill-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ fuq tas-superfiċe apparenti tal-apparat tal-kategorija S1 speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 7 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 jew tal-fanal tal-waqfien speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 50 jew tal-fanal tal-waqfien għall-vetturi tal-kategorija L tar-Regolament tan-NU Nru 148.

Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.4.4.   Viżibbiltà ġeometrika

Għall-apparat tal-kategorija S1 speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 7 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148 inkella fanal tal-waqfien kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 50 jew fanal tal-waqfien għal vetturi tal-kategorija L tar-Regolament tan-NU Nru 148.

L-angolu orizzontali

:

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu;

45° ’il barra u 10° ’il ġewwa għal kull par fanali.

L-angolu vertikali

:

15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.7.), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

Għal apparat tal-kategorija S3 speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 7 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148.

L-angolu orizzontali

:

10° lejn ix-xellug u lejn il-lemin tal-assi lonġitudinali tal-vettura;

L-angolu vertikali

:

10 ° ’il fuq u 5° ’l isfel mill-orizzontali.

6.4.5.   Orjentazzjoni

Lejn wara tal-vettura.

6.4.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Il-fanali kollha tal-waqfien għandhom jixegħlu flimkien kull darba li jiġi applikat il-brejk ta’ servizz.

6.4.7.   Indikatur operatorju

L-indikatur huwa fakultattiv; meta jkun installat, dan l-indikatur operatorju għandu jkun forma ta’ dawl ta’ twissija li ma jteptipx fil-każ ta’ malfunzjonament tal-fanali tal-waqfien.

6.4.8.   Kondizzjonijiet oħra

Xejn.

6.5.   L-apparat li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

6.5.1.   Numru

Wieħed, approvat bħala apparat tal-kategorija 2 skont ir-Regolament tan-NU Nru 50 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148. L-apparat jista’ jikkonsisti f’diversi komponenti ottiċi intiżi biex jilluminaw l-ispazju maħsub għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.5.2.

Arranġament

 

6.5.3.

Pożizzjoni

B’tali mod li l-apparat idawwal l-ispazju maħsub għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni

6.5.3.1.

Fil-wisa’:

6.5.3.2

Fl-għoli:

6.5.3.3.

Fit-tul:

6.5.4.

Viżibbiltà ġeometrika

6.5.5.

Orjentazzjoni

6.5.6.   Indikatur operatorju

Fakultattiv: Il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-indikatur operatorju preskritt għall-fanal tal-pożizzjoni.

6.5.7.   Kondizzjonijiet oħra

Meta l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jkun ikkombinat mal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara, reċiprokament inkorporat fil-fanal tal-waqfien jew fil-fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar, il-karatteristiċi fotometriċi tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jiġu mmodifikati waqt li l-fanal tal-waqfien jew tal-fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar jkun mixgħul.

6.6.   Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem

6.6.1.   Numru

Wieħed jew tnejn

jekk b’kulur abjad

jew

Tnejn (wieħed għal kull naħa)

jekk b’kulur ambra

6.6.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.6.3.   Pożizzjoni

6.6.3.1.   Wisa’:

Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem indipendenti jista’ jitwaħħal fuq jew taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem għandu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, għandu jiġi installat b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’fanal ta’ quddiem ieħor maġenb il-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom għandhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

Żewġ fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem, li wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, għandhom jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.6.3.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art.

6.6.3.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.6.4.   Viżibbiltà ġeometrika

L-angolu orizzontali

:

80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu:

l-angolu orizzontali jista’ jkun 80° ’il barra u 20° ’il ġewwa għal kull par fanali.

L-angolu vertikali

:

15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.7.), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.6.5.   Orjentazzjoni

‘Il quddiem. Il-fanal(i) jista‘/jistgħu jimxi/u mal-angolu tal-istering.

6.6.6.   Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”

Obbligatorju. Fanal b’sinjal aħdar li ma jteptipx Dan l-indikatur operatorju ma għandux ikun meħtieġ jekk id-dawl tal-istrumenti jista’ jinxtegħel jew jintefa biss fl-istess ħin mal-fanal(i) tal-pożizzjoni.

6.6.7.   Kondizzjonijiet oħra

Meta l-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem ikun reċiprokament inkorporat fil-fanal li jindika d-direzzjoni ta’ quddiem, il-konnessjoni elettrika għandha tkun tali li l-fanal tal-pożizzjoni fuq l-istess naħa tal-fanal li jindika d-direzzjoni jintefa meta l-fanal li jindika d-direzzjoni jkun qed iteptep.

6.7.   Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara

6.7.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.7.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.7.3.   Pożizzjoni

6.7.3.1.   fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm ’il fuq mill-art;

6.7.3.2.   fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.7.4.   Viżibbiltà ġeometrika

L-angolu orizzontali

:

80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu:

l-angolu orizzontali jista’ jkun 80° ’il barra u 45° ’il ġewwa għal kull par fanali.

L-angolu vertikali

:

15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.7.), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.7.5.   Orjentazzjoni

Lura.

6.7.6.   Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”

Fakultattiv: Il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-apparat preskritt għall-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem.

6.7.7.   Kondizzjonijiet oħra

Jekk fanal tal-pożizzjoni ta’ wara ikun reċiprokament inkorporat ma’ indikatur tad-direzzjoni, il-konnessjoni elettrika tal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jew il-parti reċiprokament inkorporata tiegħu tista’ tkun tali li tkun MITFIJA waqt il-perjodu kollu (kemm iċ-ċiklu meta tkun MIXGĦULA kif ukoll meta tkun MITFIJA) tal-attivazzjoni tal-fanal li jindika d-direzzjoni.

6.8.   Ir-retroriflettur ta’ wara, mhux trijangolari

6.8.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.8.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.8.3.   Pożizzjoni

Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm ’il fuq mill-art;

6.8.4.   Viżibbiltà ġeometrika

L-angolu orizzontali

:

30° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal riflettur singolu;

30° ’il barra u 10° ’il ġewwa għal kull par rifletturi;

L-angolu vertikali

:

15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.7), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.8.5.   Orjentazzjoni

Lura.

6.9.   Sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu:

6.9.1.   Is-sinjal għandu jingħata permezz tat-tħaddim simultanju tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3 ta’ hawn fuq.

6.9.2.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Is-sinjal għandu jingħata permezz ta’ unità ta’ kontroll separata li tippermetti li l-indikaturi tad-direzzjoni kollha jkollhom provvista ta’ kurrent fl-istess ħin. Barra minn hekk, jista’ jiġi attivat b’mod awtomatiku fil-każ li vettura tkun involuta f’ħabta jew wara d-diżattivazzjoni tas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza, kif speċifikat fil-paragrafu 6.14 hawn taħt. F’każijiet bħal dawn, jista’ JINTEFA manwalment.

6.9.3.   Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”

Obbligatorju. Fanal b’sinjal aħmar li jteptep, jew fil-każ ta’ indikaturi operatorji separati, it-tħaddim fl-istess ħin tal-indikatur operatorju preskritt fil-paragrafu 6.3.8.

6.9.4.   Kondizzjonijiet oħra

Dawl li jteptep b’rata ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta.

It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jiġi segwit f’mhux aktar minn sekonda mid-dehra tad-dawl u f’mhux aktar minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tad-dawl.

6.10.   Fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar

6.10.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.10.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.10.3.   Pożizzjoni

6.10.3.1.   Fil-wisa’: għal fanal singolu, iċ-ċentru ta’ referenza għandu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jew it-tarf tas-superfiċe illuminanti li tkun l-eqreb ta’ dak il-pjan ma għandux ikun iktar minn 250 mm ’il bogħod minnu;

6.10.3.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm ’il fuq mill-art. L-ebda punt fuq is-superfiċe illuminanti ma għandu jkun ogħla mill-ogħla punt fuq is-superfiċe illuminanti tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx.

6.10.3.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies issodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja retroviżuri u/jew ta’ superfiċi riflettenti oħra tal-vettura.

6.10.4.   Viżibbiltà ġeometrika

Definita mill-angoli α u β, kif speċifikat fil-paragrafu 2.13 tar-Regolament tan-NU Nru 48:

α

=

5 ° ’il fuq u ’l isfel;

β

=

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu, ħlief għal dawl li ma jkunx fiċ-ċentru, f’liema każ l-angolu ’l ġewwa β = 10°;

45° ’il barra u 10° ’il ġewwa għal kull par fanali.

6.10.5.   Orjentazzjoni

‘Il quddiem. Il-fanal(i) jista’/jistgħu jimxi/u mal-angolu tal-istering.

6.10.6.   Ma jistgħux jiġu kkombinati ma’ xi fanal ieħor ta’ quddiem.

6.10.7.   Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”

Fakultattiv; sinjal aħdar li ma jteptipx.

6.10.8.   Kondizzjonijiet oħra

Xejn.

6.10.9.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Għandu jkun possibbli li l-fanal(i) kontra ċ-ċpar jinxtegħel/jinxtegħlu jew jintefa/jintfew b’mod indipendenti mill-fanal(i) ta’ quddiem b’raġġ qawwi u/jew mill-fanal(i) ta’ quddiem b’raġġ baxx.

6.11.   Fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar

6.11.1.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.11.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.11.3.   Pożizzjoni

6.11.3.1.   Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm ’il fuq mill-art;

6.11.3.2.   Fit-tul fuq wara tal-vettura.

6.11.3.3.   Id-distanza ta’ bejn is-superfiċe illuminanti tal-fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar u dik tal-fanal tal-waqfien ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 100 mm.

6.11.4.   Viżibbiltà ġeometrika

Definita mill-angoli α u β, kif speċifikat fil-paragrafu 2.13 tar-Regolament tan-NU Nru 48:

α =

=

5 ° ’il fuq u ’l isfel;

β =

=

25° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu;

25° ’il barra u 10° ’il ġewwa għal kull par fanali.

6.11.5.   Orjentazzjoni

Lura.

6.11.6.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Dawn għandhom ikunu tali li l-fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar jista’ jixgħel biss meta jinxtegħel fanal wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin: fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi, fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar.

Jekk ikun hemm fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar għandu jkun jista’ jintefa b’mod indipendenti mill-fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar.

Il-fanal(i) ta’ wara kontra ċ-ċpar jista’/jistgħu jkompli/jkomplu jaħdem/jaħdmu sakemm il-fanali tal-pożizzjoni jinftew, u dan/dawn għandu/għandhom jibqa’/jibqgħu mitfi(ja) sakemm jerġa’/jerġgħu jinxtegħel/jinxtegħlu b’mod deliberat.

6.11.7.   Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”

Obbligatorju. Fanal b’sinjal ambra li ma jteptipx.

6.11.8.   Kondizzjonijiet oħra

Xejn.

6.12.   Ir-retroriflettur tal-ġenb, mhux trijangolari

6.12.1.   Numru għal kull naħa

Wieħed jew tnejn.

6.12.2.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.12.3.   Pożizzjoni

6.12.3.1.   Fuq il-ġenb tal-vettura.

6.12.3.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 300 mm u mhux iktar minn 900 mm ’il fuq mill-art;

6.12.3.3.   Fit-tul: għandu jitqiegħed f’tali pożizzjoni li f’kundizzjonijiet normali ma jistax jitgħatta bil-ħwejjeġ tas-sewwieq jew tal-passiġġier.

6.12.4.   Viżibbiltà ġeometrika

L-angoli orizzontali β = 30 ° ’il quddiem u lura.

L-angoli vertikali α = 15 ° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.7), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.12.5.   Orjentazzjoni

L-assi ta’ referenza tar-retrorifletturi għandu jkun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u dirett ’il barra. Ir-retrorifletturi tal-ġenb ta’ quddiem jistgħu jimxu mal-angolu tal-istering.

6.13.   Fanal tas-sewqan binhar:

6.13.1.   Preżenza

Fakultattiv għall-muturi.

6.13.2.   Numru

Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 87 jew ir-Regolament tan-NU Nru 148.

6.13.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.13.4.   Pożizzjoni

6.13.4.1.   Fil-wisa’:

6.13.4.1.1.   Fanal tas-sewqan binhar indipendenti jista’ jiġi installat fuq, taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: Jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal tas-sewqan binhar għandu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, it-tarf tas-superfiċe illuminanti ma għandux ikun iktar minn 250 mm ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.13.4.1.2.   Fanal tas-sewqan binhar, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem (fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi jew fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem), għandu jitwaħħal b’tali mod li t-tarf tas-superfiċe illuminanti ikun mhux iktar minn 250 mm mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.13.4.1.3.   Żewġ fanali tas-sewqan binhar, li jew wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, għandhom jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.13.4.1.4.   Fil-każ ta’ żewġ fanali tas-sewqan binhar, id-distanza li tissepara s-superfiċi illuminanti ma għandhiex teċċedi l-420 mm.

6.13.4.1.5.   Id-distanza massima tas-separazzjoni mhijiex applikabbli meta l-fanali tas-sewqan binhar:

(a)

Ikunu raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ fanal ta’ quddiem ieħor, jew

(b)

Ikunu fil-projezzjoni tas-siluwett ta’ quddiem tal-mutur fuq pjan ortoganali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.13.4.2.   Fl-għoli:

‘Il fuq mill-art mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm.

6.13.4.3.   Fit-tul:

Fuq quddiem tal-vettura.

6.13.5.   Viżibbiltà ġeometrika

Orizzontali

:

20° ’il barra u 10° ’il ġewwa.

Vertikali

:

10° ’il fuq u 10° ’l isfel.

6.13.6.   Orjentazzjoni

‘Il quddiem. Il-fanal(i) jista’/jistgħu jimxi/u mal-angolu tal-istering.

6.13.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

6.13.7.1.   Il-fanal tas-sewqan bi nhar għandu JINTEFA awtomatikament meta JINXTEGĦLU l-fanali ta’ quddiem, ħlief meta dawn tal-aħħar jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermittenti f’intervalli qosra.

Il-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara għandu JINXTEGĦEL meta JINXTEGĦEL/JINXTEGĦLU l-fanal(i) tas-sewqan binhar. Il-fanal(i) tal-pożizzjoni ta’ quddiem u l-apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu JINXTEGĦLU individwalment jew flimkien, meta JINXTEGĦEL/JINXTEGĦLU l-fanal(i) tas-sewqan binhar.

6.13.7.2.   Jekk id-distanza bejn il-fanal li jindika d-direzzjoni ta’ quddiem u l-fanal tas-sewqan binhar tkun daqs jew inqas minn 40 mm, il-konnessjonijiet elettriċi tal-fanal tas-sewqan binhar fuq il-ġenb rilevanti tal-vettura jistgħu jkunu tali li jew:

(a)

Il-fanal JINTEFA; jew

(b)

L-intensità luminuża tiegħu titnaqqas matul il-perjodu kollu (kemm fiċ-ċiklu meta jkun MIXGĦUL kif ukoll meta jkun MITFI) tal-attivazzjoni ta’ fanal li jindika d-direzzjoni ta’ quddiem.

6.13.7.3.   Jekk fanal li jindika d-direzzjoni jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal tas-sewqan binhar, il-konnessjonijiet elettriċi tal-fanal tas-sewqan binhar fuq il-ġenb rilevanti tal-vettura għandhom ikunu tali li l-fanal tas-sewqan binhar ikun MITFI matul il-perjodu (fiċ-ċiklu MIXGĦUL u MITFI) tal-attivazzjoni tal-fanal li jindika d-direzzjoni.

6.13.8.   Indikatur operatorju

Indikatur operatorju aħdar b’ċirkwit magħluq, fakultattiv.

6.13.9.   Kondizzjonijiet oħra

Is-simbolu tad-dwal tas-sewqan binhar (DRL – daylight running light) fl-ISO 2575:2004 - Vetturi tat-triq. Simboli għal kontrolli, indikaturi u indikaturi operatorji, jista’ jintuża sabiex jinforma lis-sewwieq li l-fanal tas-sewqan binhar ikun mixgħul.

6.14.   Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza

6.14.1.   Preżenza

Fakultattiv.

Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jingħata bil-ħidma fl-istess ħin tal-fanali ta’ waqfien jew tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni kollha mwaħħla, kif deskritt fil-paragrafu 6.14.7.

6.14.2.   Numru

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.3.1 jew 6.4.1.

6.14.3.   Arranġament

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.3.2 jew 6.4.2.

6.14.4.   Pożizzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.3.3 jew 6.4.3.

6.14.5.   Viżibbiltà ġeometrika

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.3.4 jew 6.4.4.

6.14.6.   Orjentazzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.3.5 jew 6.4.5.

6.14.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

6.14.7.1.   Il-fanali kollha tas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandhom iteptpu b’mod sinkronizzat bi frekwenza ta’ 4,0 ±1,0 Hz.

6.14.7.1.1.   Madankollu, jekk kwalunkwe wieħed mill-fanali tas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza fuq wara tal-vettura juża sorsi tad-dawl bil-filament, il-frekwenza għandha tkun ta’ 4,0 + 0,0/-1,0 Hz.

6.14.7.2.   Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jaħdem indipendentement mill-fanali l-oħra.

6.14.7.3.   Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jiġi attivat u diżattivat awtomatikament.

6.14.7.3.1.   Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jiġi attivat biss meta l-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 50 km/h u meta s-sistema tal-ibbrejkjar tkun qed tipprovdi s-sinjal loġiku tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza definit fir-Regolament tan-NU Nru 78.

6.14.7.3.2.   Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jiġi diżattivat awtomatikament jekk is-sinjal loġiku tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza, kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 78 ma jibqax jiġi pprovdut jew jekk jiġi attivat is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu.

6.14.8.   Indikatur operatorju

Fakultattiv.

6.14.9.   Kondizzjonijiet oħra

Xejn.

6.15.   Fanal tal-korteżija ta’ barra

6.15.1.   Preżenza

Fakultattiv għall-muturi.

6.15.2.   Numru

Wieħed jew tnejn; madankollu, fanali ta’ korteżija ta’ barra oħrajn sabiex idawlu l-iżbarri fejn jistrieħu s-saqajn huma permessi. Kull żbarra fejn jistrieħu s-saqajn għandha tkun imdawla b’mhux aktar minn fanal wieħed.

6.15.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali, madankollu r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.15.9.3 japplikaw.

6.15.4.   Pożizzjoni

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.15.5.   Viżibbiltà ġeometrika

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.15.6.   Orjentazzjoni

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.15.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.15.8.   Indikatur operatorju

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.15.9.   Kondizzjonijiet oħra

6.15.9.1.   Il-fanal tal-korteżija ta’ barra ma għandux jiġi attivat ħlief jekk il-vettura tkun wieqfa u waħda jew iktar minn dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati:

(a)

L-apparat li jixgħel u/jew jitfi l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) ikun f’pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) taħdem; jew

(b)

Kompartiment tat-tagħbija jkun miftuħ.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.9 għandhom jiġu ssodisfati fil-pożizzjonijiet fissi tal-użu kollha.

6.15.9.2.   Fanali approvati li jemettu dawl abjad bl-eċċezzjoni ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ qawwi u fanali tas-sewqan binhar jistgħu jiġu attivati bħala funzjoni tal-fanal tal-korteżija. Dawn jistgħu jiġu attivati wkoll flimkien mal-fanali tal-korteżija ta’ barra u l-kundizzjoni tal-paragrafi 5.10 u 5.11 ta’ hawn fuq tista’ ma tkunx applikabbli.

6.15.9.3.   Is-Servizz Tekniku għandu, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, iwettaq testijiet viżwali biex jivverifika li ma jkun hemm l-ebda viżibbiltà diretta tas-superfiċe apparenti tal-fanali tal-korteżija ta’ barra, għal osservatur li jkun miexi fuq il-konfini ta’ żona fuq pjan trasversali 10 m mill-parti ta’ quddiem tal-vettura, pjan trasversali 10 m mill-parti ta’ wara tal-vettura, u żewġ pjani lonġitudinali 10 m minn kull naħa tal-vettura; dawn l-erba’ pjani għandhom jestendu minn 1 m sa 3 m ’l fuq u perpendikolari mal-art kif muri fl-Anness 7.

Minbarra l-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 5.4, ir-rekwiżiti preskritti hawn fuq għandhom jiġu vverifikati skont il-kundizzjonijiet tal-vettura li ġejjin:

Stand

:

Fuq sieq jew fuq stand ċentrali, u fuq it-tnejn jekk applikabbli

Stering

:

Orjentat dritt ’il quddiem, u llokkjat f’kull pożizzjoni disponibbli.

Fuq talba tal-applikant u bil-kunsens tas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit jista’ jiġi verifikat permezz ta’ tpinġija jew ta’ simulazzjoni.

7.   MODIFIKI GĦAT-TIP TA’ VETTURA JEW GĦALL-INSTALLAZZJONI TA’ APPARATI GĦAT-TIDWIL U GĦAS-SINJALAR BID-DAWL

7.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tagħha, jew tal-lista msemmija fil-paragrafu 3.2.2 ta’ hawn fuq, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat dak it-tip ta’ vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ mbagħad jew;

7.1.1.   Tqis li l-modifika li saret x’aktarx mhux se jkollha effetti negattivi apprezzabbli u li xorta waħda, il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.   Tesiġi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3 aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Skeda 1 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), b’dawn ir-rekwiżiti:

8.1.   Il-muturi approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 aktar ’il fuq.

8.2.   Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.

8.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba f’sena.

9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 8.1 hawn fuq ma jiġix issodisfat jew jekk il-vettura ma tgħaddix mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 8 hawn fuq.

9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha tinnotifika b’dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament mill-produzzjoni tat-tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

11.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 10 għas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-Suppliment 10 għas-serje ta’ emendi 01.

11.2.   Minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 11.1 aktar ’il fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u tal-mod tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl jikkorrispondi għar-rekwiżiti tas-Suppliment 10 għas-serje ta’ emendi 01 ta’ dan ir-Regolament.

11.3.   L-approvazzjonijiet eżistenti mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data msemmija fil-paragrafu 11.2 aktar ’il fuq għandhom jibqgħu validi. Fil-każ ta’ vetturi li ġew irreġistrati għall-ewwel darba iktar minn 84 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 11.1 hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw it-tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u tal-mod tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-Suppliment 10 għas-serje ta’ emendi 01 ta’ dan ir-Regolament.

11.4.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta’ emendi 02.

11.5.   Minn 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 11.4 hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u tal-mod tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl jikkorrispondu għar-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 02 ta’ dan ir-Regolament.

11.6.   L-approvazzjonijiet eżistenti mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data msemmija fil-paragrafu 11.5 hawn fuq għandhom jibqgħu validi.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, Anness 3

(3)  Madankollu, sa 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 10 għas-serje ta’ emendi 01, din l-operazzjoni tista’ tkun waħda manwali mingħajr ma jintużaw għodod. F’każ bħal dan, fil-manwal tas-sidien tal-vetturi l-manifattur għandu jipprovdi struzzjonijiet dwar dan il-livellar manwali tal-fanali ta’ quddiem.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 1

 (1)

maħruġa minn:

Isem tal-amministrazzjoni:

…

…

…


Li tikkonċerna (2):

Approvazzjoni mogħtija

 

Approvazzjoni estiża

 

Approvazzjoni rifjutata

 

Approvazzjoni rtirata

 

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura tal-kategorija L3 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, skont ir-Regolament Nru 53.

Nru tal-Approvazzjoni …

Nru tal-Estensjoni …

1.

L-isem kummerċjali jew il-marka tal-vettura: …

2.

Isem il-manifattur għat-tip ta’ vettura: …

3.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.

Jekk applikabbli, isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

6.

Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …

7.

Data tar-rapport tat-test: …

8.

Numru tar-rapport tat-test: …

9.

Deskrizzjoni konċiża: …

L-apparati għat-tidwil fuq il-vettura:

9.1.

Il-fanali b’raġġ qawwi: iva/le (2)

9.2.

Il-fanali b’raġġ baxx: iva/le (2)

9.3.

Il-fanali ta’ quddiem kontra ċ-ċpar: iva/le (2)

9.4.

—

9.5.

Indikaturi tad-direzzjoni iva/le (2)

9.6.

—

9.7.

Indikaturi tad-direzzjoni tal-ġenb li jteptpu: iva/le (2)

9.8.

Sinjal ta’ twissija ta’ periklu: iva/le (2)

9.9.

Il-fanali tal-waqfien: iva/le (2)

9.10.

L-apparat li jillumina il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: iva/le (2)

9.11.

Il-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb): iva/le (2)

9.12.

Il-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb): iva/le (2)

9.13.

Il-fanali ta’ wara kontra ċ-ċpar: iva/le (2)

9.14.

—

9.15.

—

9.16.

Ir-retrorifletturi ta’ wara, mhux trijangulari: iva/le (2)

9.17.

—

9.18.

—

9.19.

Ir-retrorifletturi tal-ġenb, mhux trijangulari: iva/le (2)

9.20.

Fanali ekwivalenti: iva/le (2)

9.21.

Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza: iva/le (2)

9.22.

Fanal tal-korteżija ta’ barra: iva/le (2)

10.

Kummenti: …

11.

Il-mases kif iddikjarati mill-manifattur (3)

11.1.

Il-massa f’kundizzjoni ta’ sewqan:

Il-massa totali: … kg

Il-massa fuq ir-rota ta’ quddiem: … kg

Il-massa fuq ir-rota ta’ wara: … kg

11.2.

Il-massa grossa tal-vettura:

Il-massa totali: … kg

Il-massa fuq ir-rota ta’ quddiem: … kg

Il-massa fuq ir-rota ta’ wara: … kg

12.

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

13.

Raġuni(jiet) għall-estensjoni (jekk applikabbli):

14.

Approvazzjoni mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata: (2)

15.

Post: …

16.

Data: …

17.

Firma:…

18.

Il-lista ta’ dokumenti ddepożitati mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb fuq talba.


(1)  Ħassar dak li ma japplikax.

(2)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).

(3)  Dawn it-taqsimiet għandhom jimtlew biss jekk jitwettaq it-test skont il-paragarafu 6.2.5.4 ta’ dan ir-Regolament


ANNESS 2

ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Mudell A

(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image 2

a = 8 mm, minimu

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ mutur turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament tan-NU Nru 53, kif emendat bis-serje ta’ emendi 01. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 53.

Mudell B

(ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image 3

a = 8 mm, minimu

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ mutur turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti tan-NU Nri 53 u 78 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 53 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 01 u r-Regolament Nru 78 diġà kien jinkludi s-serje ta’ emendi 02.


(1)  It-tieni numru qed jingħata biss bħala eżempju.


ANNESS 3

SUPERFIĊI, ASSI U ĊENTRU TA’ REFERENZA, U ANGOLI TA’ VIŻIBBILTÀ ĠEOMETRIKA TAL-FANALI

Image 4

Tifsira

1.

Superfiċe illuminanti

2.

Assi ta’ referenza

3.

Ċentru ta’ referenza

4.

Angolu ta’ viżibbiltà ġeometrika

5.

Superfiċe li temetti d-dawl

6.

Superfiċe apparenti abbażi tas-superfiċe illuminanti

7.

Superfiċe apparenti abbażi tas-superfiċe li temetti d-dawl

8.

Id-direzzjoni tal-viżibbiltà

Nota: Minkejja t-tpinġija, is-superfiċe apparenti għandha titqies bħala tanġenzjali għas-superfiċe li temetti d-dawl.

Is-superfiċe illuminanti b’paragun mas-superfiċe li temetti d-dawl

(Ara l-paragrafi 2.8 sa 2.9 ta’ dan ir-Regolament)

Skeċċ A

Image 5

Skeċċ B

Image 6

 

Superfiċe illuminanti

Superfiċe li temetti d-dawl

It-truf huma

a u b

c u d


ANNESS 4

VIŻIBBILTÀ ’L QUDDIEM TAD-DWAL ĦOMOR U VIŻIBBILTÀ LURA TAD-DWAL BOJOD

(Ara l-paragrafu 5.9 ta’ dan ir-Regolament)

Image 7

Image 8


ANNESS 5

KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   Testijiet

1.1.   Pożizzjoni tal-fanali

Il-pożizzjoni tal-fanali kif speċifikata fil-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi kkontrollata skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament. Il-valuri mkejla għad-distanzi għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.

1.2.   Viżibbiltà tal-fanali

1.2.1.   L-angoli ta’ viżibbiltà ġeometrika għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 2.13 tar-Regolament tan-NU Nru 48. Il-valuri mkejla għall-angoli għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal ħlief li l-limiti tal-angoli jista’ jkollhom konċessjoni li tikkorrispondi għall-varjazzjoni ta’ ± 3° permessa fil-paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament għall-immuntar tal-apparati għas-sinjalar bid-dawl.

1.2.2.   Il-viżibbiltà tad-dawl aħmar ’il quddiem u tad-dawl abjad lejn wara għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 5.9 ta’ dan ir-Regolament.

1.3.   L-allinjament tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx ’il quddiem

1.3.1.   Inklinazzjoni inizjali ’l isfel

(L-inklinazzjoni inizjali ’l isfel tal-punt tal-qtugħ tar-raġġ baxx għandha tiġi kkontrollata skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5 ta’ dan ir-Regolament).

1.4.   Konnessjonijiet elettriċi u indikaturi operatorji

Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom jiġu kkontrollati billi jinxtegħel kull fanal konness mas-sistema elettrika tal-mutur.

Il-fanali u l-indikaturi operatorji għandhom jaħdmu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.10 sa 5.12 ta’ dan ir-Regolament u skont l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.

1.5.   Intensitajiet tad-dawl

1.5.1.   Fanali ta’ quddiem b’raġġ qawwi

L-intensità aggregata massima tal-fanal(i) ta’ quddiem b’raġġ qawwi għandha tkun tali li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit fil-paragrafu 6.1.9 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.   Il-preżenza, in-numru, il-kulur, l-arranġament u, fejn ikun applikabbli, il-kategorija tal-fanali għandhom jiġu kkontrollati permezz ta’ spezzjoni viżwali tal-fanali u tal-immarkar tagħhom. Dawn għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.13 ta’ dan ir-Regolament u l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.


ANNESS 6

SPJEGAZZJONI DWAR “L-INKLINAZZJONI ORIZZONTALI”, “L-ANGOLU TA’ INKLINAZZJONI LATERALI” U L-ANGOLU “δ”

Image 9


ANNESS 7

ŻONA TA’ OSSERVAZZJONI FID-DIREZZJONI TAS-SUPERFIĊE APPARENTI TAL-FANALI TA’ KORTEŻIJA TA’ BARRA

Żoni ta’ osservazzjoni

Din it-tpinġija turi ż-żona minn naħa waħda, u ż-żoni l-oħra minn quddiem, minn wara u min-naħa l-oħra tal-vettura.

Image 10

Konfini taż-żoni

Image 11