Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2010, L 30, p. 322), sa fejn iżżomm fuq il-lista, sit bl-isem ta’ “Estrecho Oriental” (bir-referenza ES6120032) bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż..

3) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja.