|
15.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2327
tal-14 ta' Diċembru 2017
li japprova t-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tal-kategorija ta' prodotti tat-tip 6
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Novembru 2009, il-Polonja rċeviet applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva 2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on fl-Anness I ta' dik id-Direttiva biex tintuża fil-prodotti tat-tip 6, preservattivi fil-bott, kif deskritt fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodotti tat-tip 6, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(2) |
Il-Polonja ressqet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha fl-24 ta' Marzu 2016 f'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta' Ġunju 2017, filwaqt li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
|
(4) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tal-kategorija ta' prodotti tat-tip 6 li fihom it-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on jistgħu jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkunu konformi ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
|
(5) |
Għalhekk, jixraq li t-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tal-kategorija ta' prodotti tat-tip 6, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
|
(6) |
Billi t-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda tas-sottokategorija 1 A (sensitizzaturi qawwija) kif speċifikat fil-punt 3.4.2.2.1.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-oġġetti ttrattati bit-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on jew li jkun fihom it-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on jenħtieġ li jiġu ttikkettati kif xieraq meta jitqiegħdu fis-suq. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tal-kategorija ta' prodotti tat-tip 6, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta' Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on (MBIT) |
Isem tal-IUPAC: 2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on Nru EC: Mhux disponibbli Nru CAS: 2527-66-4 |
≥ 997 g/kg |
L-1 ta' Lulju 2018 |
It-30 ta' Ġunju 2028 |
6 |
L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li ġejja: Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bit-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on jew li jkun fih it-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat ikun fiha l-informazzjoni mniżżla fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.