European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2542

18.11.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2542

tad-9 ta’ Novembru 2026

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti ta’ Novembru 2026 għal regolamenti tan-NU

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fil-vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment tar-regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fil-vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”).

(3)

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u għat-tqegħid fis-suq tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (ir-“regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għar-regoli tal-Unjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) jista’ jadotta proposti għal emendi tar-regolamenti tan-NU, regolamenti tekniċi globali tan-NU (GTRs tan-NU) u riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti ġodda tan-NU, GTRs ġodda tan-NU u riżoluzzjonijiet ġodda tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi tal-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għal GTRs tan-NU.

(5)

Mis-17 sal-20 ta’ Novembru 2026, matul il-200 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, id-WP.29 huwa skedat li jista’ jadotta: il-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nru 0, 46, 49, 79, 90, 95, 96, 127, 129, 148, 149, 152, 153, 157, 168, 169, 171, 174, 176 u 178; il-proposti għal emendi tal-GTR tan-NU Nru 20, 21, 22 u 25; u l-proposti għal emendi tar-riżoluzzjonijiet tan-NU R.E.5 dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl u M.R.3 dwar il-kwalità tal-arja interna tal-vettura (VIAQ).

(6)

Sabiex jitqiesu l-esperjenza prattika u l-iżviluppi tekniċi matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nru 0, 46, 49, 79, 90, 95, 96, 127, 129, 148, 149, 152, 153, 157, 168, 169, 171, 174, 176 u 178; GTR tan-NU Nru 20, 21, 22 u 25; riżoluzzjoni konsolidata (R.E.5) dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl; u jeħtieġ tiġi emendata jew supplimentata riżoluzzjoni reċiproka (M.R.3) dwar il-VIAQ.

(7)

Ir-regolamenti tan-NU, jekk jiġu adottati, se jipproduċu effetti legali għall-Unjoni. Flimkien mal-GTRs tan-NU u mar-riżoluzzjonijiet tal-NU, dawn jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tar-regolital-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura.

(8)

Huwa għalhekk meħtieġli tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed fi ħdan id-WP.29 fir-rigward tal-adozzjoni tal-proposti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Unjoni għandha tivvota favur id-dokumenti ta’ ħidma tan-NU elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni fi ħdan il-200 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE.

Artikolu 2

Bidliet tekniċi minuri għall-pożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu miftiehma mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

S. HARRIS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/836/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/125/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj).


ANNESS

Regolament Nru

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument (1)

0

Abbozz ta' proposta għas-serje ta' emendi 09 tar-Regolament tan-NU Nru 0 (IWVTA)

ECE/TRANS/WP.29/2026/171

46

Proposta għas-Suppliment 06 għas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 46 (Viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/110, il-para. 11(a), abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2026/25

ECE/TRANS/WP.29/2026/176

46

Proposta għas-Suppliment 04 għas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 46 (Viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/110, il-para. 11(b), abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2026/26

ECE/TRANS/WP.29/2026/177

46

Proposta għas-Suppliment 10 għas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 46 (Viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/110, il-para. 11(c), abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2026/27

ECE/TRANS/WP.29/2026/178

46

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 46 (Viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/110, il-para. 11(d), abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2026/28

ECE/TRANS/WP.29/2026/179

46

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 46 (Viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/110, il-para. 11(d), abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2026/28

ECE/TRANS/WP.29/2026/180

46

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 46 (Viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/110, il-para. 11(e), abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2026/29

ECE/TRANS/WP.29/2026/181

49

Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bi spark (LPG u CNG))

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 32, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2026/17

ECE/TRANS/WP.29/2026/173

79

Proposta għas-Suppliment 17 għas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-isteering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 47, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/19, kif emendat bid-dokument informali GRVA-25-53/Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/186

79

Proposta għas-Suppliment 12 għas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-isteering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 47, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/19, kif emendat bid-dokument informali GRVA-25-53/Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/187

79

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-isteering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 47, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/19, kif emendat bid-dokument informali GRVA-25-53/Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/188

90

Proposta għas-Suppliment 14 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 90 (Partijiet ta' sostituzzjoni tal-ibbrejkjar)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 70, abbażi tad-dokument informali GRVA-25-06

ECE/TRANS/WP.29/2026/189

90

Proposta għas-Suppliment 14 għas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 90 (Partijiet ta' sostituzzjoni tal-ibbrejkjar)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 70, abbażi tad-dokument informali GRVA-25-06

ECE/TRANS/WP.29/2026/190

95

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 95 (Protezzjoni fil-każ ta' kolliżjoni laterali)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 17, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, l-Anness III.A

ECE/TRANS/WP.29/2026/196

95

Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 95 (Protezzjoni fil-każ ta' kolliżjoni laterali)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 17, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, l-Anness III.B

ECE/TRANS/WP.29/2026/212

95

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 95 (Protezzjoni fil-każ ta' kolliżjoni laterali)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 17, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, l-Anness III.C

ECE/TRANS/WP.29/2026/213

96

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 96 (Emissjonijiet minn magni ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq (NRMM))

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 49, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2026/24, kif emendat bi GRPE-94-62

ECE/TRANS/WP.29/2026/174

127

Proposta għas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 127 (Sikurezza tal-persuni bil-mixi)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 23, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, l-Anness IV

ECE/TRANS/WP.29/2026/197

129

Proposta għas-suppliment 6 għas-serje ta' emendi 04 u għas-suppliment 1 għas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi mtejba ta' trażżin tat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 24, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2026/2

ECE/TRANS/WP.29/2026/198

148

Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 148 (Apparati għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/94, il-para. 24, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2026/10, kif emendat bi GRE-94-07

ECE/TRANS/WP.29/2026/184

149

Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 149 (Apparati għat-tidwil tat-triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/94, il-para. 24, 27, 28, 29 u 30, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2026/10, kif emendat bi GRE-94-07, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2026/5, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2026/11, kif emendat bi GRE-94-08-Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2026/12, kif emendat bi GRE-94-09, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2026/13, kif emendat bi GRE-94-10-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/185

149

Proposta għas-Suppliment 11 għas-serje ta' emendi 00 tar-Regolament tan-NU Nru 149 (Apparati għat-tidwil tat-triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/94, il-para. 30, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2026/13, kif emendat bi GRE-94-10-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/214

152

Proposta għas-Suppliment 9 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 152 (AEBS għal M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 59, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/22

ECE/TRANS/WP.29/2026/191

152

Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 152 (AEBS għal M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 59, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/22

ECE/TRANS/WP.29/2026/192

153

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 153 (Integrità tas-sistema tal-fjuwil u s-sikurezza tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika fil-każ ta' kolliżjoni fuq wara)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 51, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, l-Anness VI

ECE/TRANS/WP.29/2026/199

157

Proposta għas-Suppliment 7 tal-verżjonijiet oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 157 (ALKS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 24, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/13, kif emendat bi GRVA-25-29

ECE/TRANS/WP.29/2026/170

157

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 157 (ALKS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 24, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/13, kif emendat bi GRVA-25-29

ECE/TRANS/WP.29/2026/193

168

Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament tan-NU Nru 168 (RDE globali)

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 25, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2026/14

ECE/TRANS/WP.29/2026/175

169

Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 169 (Reġistratur tad-data fil-każ ta' avveniment għall-vetturi heavy-duty)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/110, il-para. 31, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2026/21

ECE/TRANS/WP.29/2026/182

171

Proposta għas-Suppliment 4 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 171 (DCAS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 43, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/16, kif emendat bi GRVA-25-56

ECE/TRANS/WP.29/2026/215

171

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 171 (DCAS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 43, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA-25-57

ECE/TRANS/WP.29/2026/194

174

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 174 (Tfakkiriet għall-qfil taċ-ċinturin tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 33, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, l-Anness V

ECE/TRANS/WP.29/2026/200

176

Proposta għas-Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 176 (Sistemi ta' assistenza għall-kamp ta' viżjoni)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/110, il-para. 42, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2026/19

ECE/TRANS/WP.29/2026/183

178

Proposta għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 178 (ELKS)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/25, il-para. 53, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2026/20, kif emendat bi GRVA-25-55/Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/195

(1)  Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella jinsabu fuq:

https://unece.org/sites/default/files/2026-08/ECE-TRANS-WP.29-1193e.pdf

https://unece.org/info/events/event/415357

Mixxellanju

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

Gwida

Proposta għal emendi tal-linji gwida tranżizzjonali

ECE/TRANS/WP.29/2026/172

Riżoluzzjoni

Proposta għall-Emenda 13 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl

ECE/TRANS/WP.29/GRE/94, il-para. 11, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2026/15 u GRE 94-12

ECE/TRANS/WP.29/2026/201

Riżoluzzjoni

Proposta għal Reviżjoni 2 ta' M.R.3 dwar il-Kwalità tal-Arja Interna tal-Vettura (VIAQ)

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 78, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/27

ECE/TRANS/WP.29/2026/202

GTR Nru 20

Proposta għall-Emenda 1 tar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 20 (Sikurezza tal-vetturi elettriċi)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 10, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2026/4

ECE/TRANS/WP.29/2026/204

GTR Nru 21

Proposta għall-Emenda 2 tal-GTR tan-NU Nru 21 (DEVP)

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 65, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/4, kif emendat bi GRPE-94-41

ECE/TRANS/WP.29/2026/205

GTR Nru 22

Proposta għall-Emenda 2 tal-GTR tan-NU Nru 22 (Durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi light-duty elettrifikati) ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 69, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/5, kif emendat bi GRPE-94-42-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/207

GTR Nru 25

Proposta għall-Emenda 1 tal-GTR tan-NU Nru 25 (Durabbiltà tal-Batteriji fil-Vetturi għall-Vetturi Tqal Elettrifikati)

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 71, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/3, kif emendat bi GRPE-94-43

ECE/TRANS/WP.29/2026/209

Rapport

Proposta għal rapport finali tal-istatus dwar l-iżvilupp tal-Emenda 1 tar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 20 (Sikurezza tal-vetturi elettriċi)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 10, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2026/3, kif emendat bid-dokument informali GRSP-79-32-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2026/203

Rapport

Proposta għal rapport tekniku dwar l-iżvilupp ta' Emenda 2 ġdida tal-GTR tan-NU Nru 21 (DEVP)

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 65, abbażi ta' GRPE-94-46

ECE/TRANS/WP.29/2026/206

Rapport

Proposta għal rapport tekniku dwar l-iżvilupp ta' Emenda 2 ġdida tal-GTR tan-NU Nru 22 (Durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi light-duty elettrifikati)

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 69, abbażi ta' GRPE-94-47

ECE/TRANS/WP.29/2026/208

Rapport

Proposta għal rapport tekniku dwar l-iżvilupp ta' Emenda 1 ġdida tal-GTR tan-NU Nru 25 (Durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi heavy-duty elettrifikati)

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/94, il-para. 71, abbażi ta' GRPE-94-48

ECE/TRANS/WP.29/2026/210

Awtorizzazzjoni

Proposta għal awtorizzazzjoni biex jiġu żviluppati emendi tal-GTR tan-NU Nru 1 u 14

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/79, il-para. 5

ECE/TRANS/WP.29/2026/211


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2542/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)