<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑444/16</NO.CASE><NO.CASE>C‑445/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0444</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:465">EU:C:2017:465</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170615">15.6.2017</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C 444/16 U C 445/16</P><P>IMMO CHIARADIA U DOCTEUR DE BRUYNE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 78/660/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ stampa vera</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ prudenza</KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑444/16 u C‑445/16,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour d’appel de Mons (qorti tal-appell ta’ Mons, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20160803">3 ta’ Awwissu 2016</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160808">8 ta’ Awwissu 2016</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Immo Chiaradia SPRL</HT> (C‑444/16),</P><P><HT TYPE="BOLD">Docteur De Bruyne SPRL</HT> (C‑445/16)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">État belge,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President tal-Awla, C. Vajda (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Immo Chiaradia SPRL u għal Docteur De Bruyne SPRL, minn J.-J. Vandenbroucke, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk u N. Gossement, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-<DATE ISO="19780725">25 ta’ Lulju 1978</DATE>, ibbażata fuq l-Artikolu [50(2)(g) TFUE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21), kif emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20030618">18 ta’ Ġunju 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 273) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva 78/660<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn, minn naħa, Immo Chiaradia SPRL u, min-naħa l-oħra, Docteur De Bruyne SPRL, u l-État belge fir-rigward tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta mir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, rispettivament, għas-snin taxxabbli 2006 u 2008.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tielet premessa tad-Direttiva 78/660 tiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Billi huwa meħtieġ […] li jiġu stabbiliti fil-Komunità il-ħtiġijiet legali minimi u ekwivalenti dwar sa fejn għandha tkun disponibbli l-informazzjoni finanzjarja għall-pubbliku minn kumpanniji li huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 78/660:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta ta’ l-attiv, tal-passiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf tal-kumpannija.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 78/660 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Disposizzjonijiet [provvedimenti] li huma intiżi sabiex ikopru passiv li n-natura tiegħu hija mfissra biċ-ċar u li fid-data li ġġib magħha l-karta ta’ bilanċ aktarx ikunu ntefqu jew żgur li kienu ntefqu imma mhux żgur fuq l-ammont jew fuq id-data ta’ meta seħħew.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 78/660 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-entrati kollha murija fil-kontijiet annwali huma valutati skond il-prinċipji ġenerali li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi prudenti, u b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>aa)</NO.P><TXT>profitti biss magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu magħduda;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>għandu jittieħed qies tal-passiv kollha li jinqalgħu matul is-sena finanzjarja konċernata jew is-sena ta’ qabel, ukoll jekk dawn l-passiv jiġu jidhru biss bejn id-data tal-karta ta’ bilanċ u d-data ta’ meta jinkitbu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>cc)</NO.P><TXT>għandu jittieħed kont tad-deprezzament kollu, kemm jekk ir-riżultat tas-sena finanzjarja ikun ta’ telf u kemm jekk ikun ta’ qligħ;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>għandu jittieħed kont tad-dħul u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta’ meta dawn id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-komponenti ta’ entrtaturi ta’ l-attiv u l-passiv għandhom jiġu valutati separatament;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 tal-Loi du 26 Mars 1999 relative au plan d’action belge pour l’emploi 1998 et portant des diverses dispositions (liġi tas-<DATE ISO="19990326">26 ta’ Marzu 1999</DATE> dwar il-pjan ta’ azzjoni Belġjan għall-impjieg tal-1998 u li tipprevedi diversi dispożizzjonijiet) (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="19990401">1 ta’ April 1999</DATE>, p. 10904), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwimiet fil-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>liġi tas-<DATE ISO="19990326">26 ta’ Marzu 1999</DATE><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ din is-sub sezzjoni:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>kumpannija tfisser: kull kumpannija Belġjana jew barranija li għandha personalità ġuridika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>azzjoni tfisser: kull azzjoni, sehem jew sehem mill-profitti ta’ Kumpannija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>opzjoni tfisser: id-dritt ta’ xiri jew ta’ sottoskrizzjoni, fil-kuntest taż-żieda fil-kapital ta’ kumpannija, ta’ numru speċifiku ta’ azzjonijiet bi prezz stabbilit jew li għandu jiġi stabbilit matul perijodu speċifiku;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>5°</NO.P><TXT>borża tfisser: kull suq irregolat jew kull suq miftuħ regolarment attiv.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-tilwimiet fil-kawżi prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni ta’ rinviju fil-Kawża C‑444/16 jirriżulta li, fil-<DATE ISO="20020211">11 ta’ Frar 2002</DATE>, Immo Chiaradia ħarġet, favur l-amministratur tagħha, dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet bi ħlas fir-rigward ta’ grupp ta’2 360 azzjoni ta’ impriża oħra fil-kuntest tal-liġi tas-<DATE ISO="19990326">26 ta’ Marzu 1999</DATE>. Il-prezz tal-opzjoni kien jammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">12942</FT> u kien jikkorrispondi għall-ammont tal-vantaġġ ta’ kull natura, kif iddeterminat f’din il-liġi, jiġifieri 20 % tal-valur tat-titoli li jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">64709.36</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20050826">26 ta’ Awwissu 2005</DATE>, Immo Chiaradia ħarġet favur l-amministratur tagħha t-tieni dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet bi ħlas fir-rigward ta’ grupp ta’ <FT TYPE="NUMBER">18423</FT> azzjoni ta’ impriża oħra fil-kuntest tal-liġi tas-<DATE ISO="19990326">26 ta’ Marzu 1999</DATE>. Il-prezz tal-opzjoni kien jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">9996.35</FT> u kien jikkorrispondi għall-ammont tal-vantaġġ ta’ kull natura, kif iddeterminat f’din il-liġi, jiġifieri 20 % tal-valur tat-titoli li jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">49981.77</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-prezz tal-opzjonijiet ġie rreġistrat f’kont ta’ regolarizzazzjoni tal-passiv ta’ Immo Chiaradia u għalhekk ma ġiex imdaħħal bħala dħul fil-kont tal-qliegħ jew telf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-amministratur ta’ Immo Chiaradia eżerċita parzjalment it-tieni dritt ta’ opzjoni mogħti lilu matul s-sena taxxabbli 2006, li fil-kuntest tagħha Immo Chiaradia rreġistrat telf f’kapital ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3265</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081113">13 ta’ Novembru 2008</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali bagħtet avviż ta’ rettifika lil Immo Chiaradia, li permezz tiegħu hija avżatha bl-intenzjoni tagħha li tipproċedi bl-intaxxar immedjat bħala riżervi moħbija tal-prezzijiet tal-opzjonijiet għas-sena taxxabbli 2006 sal-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">22708.35</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Minkejja l-oppożizzjoni ta’ Immo Chiaradia, l-amministrazzjoni fiskali batitilha deċiżjoni ta’ intaxxar, li kienet tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tintaxxa, abbażi tas-sopravalutazzjoni tal-passiv, il-prezz tal-opzjoni mħallas mill-amministratur li kien jikkostitwixxi, skontha, vantaġġ ta’ kull natura li għandu<?PAGE NO="4"?> jiġi rreġistrat bħala dħul għas-sena taxxabbli 2006, bilanċ magħluq fil-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>. Għalhekk, fit-<DATE ISO="20081223">23 ta’ Diċembru 2008</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali imponiet imposta addizzjonali fuq Immo Chiaradia għas-sena taxxabbli 2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ilment li Immo Chiaradia ressqet kontra din l-imposta fl-<DATE ISO="20090114">14 ta’ Jannar 2009</DATE> ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali tal-<DATE ISO="20120524">24 ta’ Mejju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120806">6 ta’ Awwissu 2012</DATE>, Immo Chiaradia ressqet rikors intiż għall-annullament tal-imposta kkontestata quddiem it-tribunal de première instance du Hainaut, division de Mons (qorti tal-prim’istanza ta’ Hainaut, diviżjoni ta’ Mons, il-Belġju), li ġie miċħud b’sentenza tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Immo Chiaradia sussegwentement appellat minn din is-sentenza quddiem il-cour d’appel de Mons (qorti tal-appell ta’ Mons), fit-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Permezz tal-azzjoni tagħha hija titlob l-annullament tal-imposta kkontestata minħabba li ebda dispożizzjoni legali ma tippreskrivi metodu ta’ reġistrazzjoni jew ma tistabbilixxi sistema fiskali speċifika għall-opzjoni inkwistjoni. Hija ssostni li rreġistrat it-tranżazzjoni skont l-Opinjoni 167/1 tal-Kummissjoni des Normes Comptables (CNC) (kummissjoni dwar ir-regoli tal-kontabbiltà) billi għażlet li tqis li l-prezz irċevut minn persuna li toħroġ dritt ta’ opzjoni jikkostitwixxi r-remunerazzjoni tar-riskju li l-persuna li toħroġha tassumi matul il-perijodu kollu tal-opzjoni u li, għalhekk, huwa biss meta din l-opzjoni tiskadi li l-imsemmi prezz huwa ekonomikament immeritat u għandu jiġi rreġistrat bħala qliegħ jew telf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li, f’diversi mis-sentenzi tagħha, hija qieset li l-amministrazzjoni fiskali ma setgħetx tintaxxa l-prezz tal-opzjoni bħala riżervi moħbija. F’dawn is-sentenzi, hija osservat li, fl-assenza ta’ deroga espliċita prevista mir-regoli fiskali, il-profitti taxxabbli huma ddeterminati skont ir-regoli tal-kontabbiltà. Wara dan hija analizzat tliet opinjonijiet tas-CNC, inkluża l-Opinjoni 167/1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-imsemmija sentenzi, il-qorti tar-rinviju osservat li l-Opinjoni 167/1 tipproponi żewġ approċċi għall-ipproċessar kontabbli tal-prezz irċevut bħala korrispettiv għad-dritt ta’ opzjoni maħruġ. Skont l-ewwel approċċ, il-prezz tad-dritt ta’ opzjoni jitqies immedjatament bħala qliegħ jew telf. Skont it-tieni approċċ, dan il-prezz jitqies bħala dħul iddifferit sal-iskadenza tal-opzjoni u, għalhekk, jiġi rreġistrat bħala dħul pospost. Il-qorti tar-rinviju qieset li t-tieni approċċ kien iġġustifikat, filwaqt li osservat ukoll li dan l-approċċ kien ippreferut mis-CNC b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-État belge għandu dubji dwar kemm dan l-imsemmi tieni approċċ huwa kompatibbli mad-Direttiva 78/660. Huwa b’mod partikolari jistaqsi jekk il-fatt li kumpannija tista’ tirreġistra bħala dħul il-prezz tad-dritt ta’ opzjoni inkwistjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju li tassumi l-persuna li toħroġ l-opzjoni bħala riżultat tal-impenn li hija tidħol għalih u mhux matul is-sena li matulha jseħħ it-trasferiment tal-opzjoni u jitħallas definittivament il-prezz tagħha, sa fejn ir-riskju assunt mill-persuna li toħroġ l-opzjoni huwa evalwat separatament permezz tar-reġistrazzjoni ta’ provvediment, huwiex kompatibbli mal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑445/16 jirriżulta li permezz ta’ ftehim tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Docteur De Bruyne ħarġet, favur l-amministratur tagħha, dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet bi ħlas fir-rigward ta’ 540 azzjoni ta’ impriża oħra fil-kuntest tal-liġi tas-<DATE ISO="19990326">26 ta’ Marzu 1999</DATE>. Il-prezz tal-opzjoni kien jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">12550.68</FT> u kien jikkorrispondi għall-ammont tal-vantaġġ ta’ kull natura, kif iddeterminat f’din il-liġi, jiġifieri 20 % tal-valur tat-titoli li jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">62753.40</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-prezz tal-opzjoni ġie rreġistrat f’kont ta’ regolarizzazzjoni tal-passiv ta’ Docteur De Bruyne u għalhekk ma ġiex imdaħħal bħala dħul fil-kont tal-qliegħ jew telf.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali bagħtet avviż ta’ rettifika lil Docteur De Bruyne, li permezz tiegħu hija informatha li, f’dak li jirrigwarda s-sena taxxabbli 2008, il-prezz tal-opzjoni ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">12550.68</FT> kien jikkostitwixxi dħul definittiv għall-kumpannija u, bħala tali, kellu jiġi rreġistrat fil-kont tad-dħul tas-sena finanzjarja 2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minkejja l-oppożizzjoni ta’ Docteur De Bruyne, l-amministrazzjoni fiskali batitilha deċiżjoni ta’ intaxxar tal-<DATE ISO="20091221">21 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li kienet tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tintaxxa l-prezz tal-opzjoni, li kien jikkostitwixxi, skontha, vantaġġ ta’ kull natura li għandu jiġi rreġistrat bħala dħul għas-sena taxxabbli 2008, bilanċ magħluq fil-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>. Għalhekk, fl-<DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE> l-amministrazzjoni fiskali imponiet imposta addizzjonali fuq Docteur De Bruyne għas-sena taxxabbli 2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ilment li Docteur De Bruyne ressqet kontra din l-imposta fil-<DATE ISO="20100305">5 ta’ Marzu 2010</DATE> ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali tas-<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120718">18 ta’ Lulju 2012</DATE>, Docteur De Bruyne ressqet rikors intiż għall-annullament tal-imposta kkontestata quddiem it-tribunal de première instance du Hainaut, division de Mons (qorti tal-prim’istanza ta’ Hainaut, diviżjoni ta’ Mons), li ġie miċħud b’sentenza tat-<DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Docteur De Bruyne appellat minn din is-sentenza quddiem il-cour d’appel de Mons (qorti tal-appell ta’ Mons) fl-<DATE ISO="20140704">4 ta’ Lulju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appel de Mons (qorti tal-appell ta’ Mons), għal raġunijiet simili fiż-żewġ kawżi, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, domanda li hija identika fiż-żewġ kawżi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Hu[m]a kompatibbli mar-regoli rigward il-karta tal-bilanċ previsti [fid-Direttiva 78/660], regoli li jipprovdu li:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera tal-attiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf tal-kumpannija (Artikolu 2(3) tad-Direttiva);</P></ITEM><ITEM><P>il-provvedimenti għal passiv u spejjeż huma maħsuba biex ikopru telf jew djun li n-natura tagħhom hija mfissra b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ jidher li jew aktarx li għandhom isiru, jew hemm ċertezza li għandhom isiru iżda mhux fir-rigward tal-ammont tagħhom jew id-data li fiha huma ser iseħħu (Artikolu 20(1) tad-Direttiva);</P></ITEM><ITEM><P>il-prinċipju ta’ prudenza għandu fi kwalunkwe każ jiġi osservat u b’mod partikolari:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>profitti biss magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu magħduda;</P></ITEM><ITEM><P>għandu jittieħed kont tal-passiv kollu tal-futur qrib u telf potenzjali li jinħolqu fil-kors tas-sena finanzjarja kkonċernata jew ta’ waħda ta’ qabel, anki jekk dawn il-passiv jew telf isiru evidenti biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha hija titfassal [Artikolu 31(1)(ċ)(aa) u (bb) tad-Direttiva 78/660];</P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>għandu jittieħed kont tad-dħul u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta’ meta dawn id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa [Artikolu 31(1)(d) tad-Direttiva 78/660];</P></ITEM><ITEM><P>il-komponenti ta’ entraturi tal-attiv u l-passiv għandhom jiġu vvalutati separatament [Artikolu 31(1)(e) tad-Direttiva 78/660];</P></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="6"?><P>li kumpannija li toħroġ għażla [opzjoni] fuq l-azzjonijiet tista’ tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment tal-imsemmija għażla matul is-sena finanzjarja meta l-imsemmija għażla tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju li ġġarrab il-persuna li toħroġ l-għażla b’riżultat tal-impenn li hija tieħu jew minflok matul is-sena finanzjarja meta t-trasferiment tal-għażla jitwettaq u l-prezz tiegħu jkun definittivament stabbilit, fejn ir-riskju mġarrab mill-persuna li toħroġ l-għażla jkun ivvalutat separatament bir-reġistrazzjoni ta’ provvediment?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20160913">13 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-Kawżi C‑444/16 u C‑445/16 ġew magħqudin għall-finijiet tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tad-domanda preliminari tqajmet kemm mir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tosserva li t-tilwimiet fil-kawżi prinċipali huma ta’ natura fiskali. Issa, id-domanda preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 78/660, dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalkemm huwa ċertament minnu li l-għan tad-Direttiva 78/660 ma huwiex dak li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li fihom l-imsemmija kontijiet jistgħu jew għandhom iservu bħala bażi għad-determinazzjoni, mill-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri, tal-bażi jew tal-ammont tat-taxxi, bħat-taxxa fuq il-kumpanniji inkwistjoni fil-kawżi prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, minn din il-konstatazzjoni ma jistax jiġi dedott li d-domanda preliminari hija inammissibbli. Għandu jitfakkar li r-rifjut li tagħti risposta għal domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà u mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aspiro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑40/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:172">EU:C:2016:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li l-kontijiet annwali tal-kumpanniji jistgħu jintużaw bħala bażi ta’ riferiment mill-Istati Membri għall-finijiet fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fid-dritt Belġjan, fl-assenza ta’ deroga espliċita prevista mir-regoli fiskali, il-profitti taxxabbli huma ddeterminati skont ir-regoli tal-kontabbiltà u li l-leġiżlazzjoni Belġjana rilevanti ma tinkludi ebda dispożizzjoni dwar it-teknika ta’ reġistrazzjoni tal-prezz tal-opzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tat-tilwimiet fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali essenzjalment jistaqsu jekk l-État belge jistax validament jinvoka d-Direttiva 78/660 fil-kuntest tat-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, peress li, fl-opinjoni tagħhom, din id-direttiva ma ġietx trasposta b’mod konkret fid-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li għalkemm id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali ma rriproduċewx b’mod letterali d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 78/660, huwa paċifiku li l-istabbiliment tal-kontijiet annwali tal-kumpanniji jseħħ fl-osservanza tal-għan, tal-prinċipji u tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, b’tali mod li l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva tkun vinkolanti għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet fil-kawżi prinċipali mill-qorti tar-rinviju (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030107">7 ta’ Jannar 2003</DATE>, <NAME.CASE>BIAO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:3">EU:C:2003:3</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, f’tali ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta, sa fejn huwa possibbli, id-dritt nazzjonali rilevanti fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni u, f’dan il-każ, tad-Direttiva 78/660 (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aspiro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑40/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:172">EU:C:2016:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-domanda preliminari għandha titqies ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ stampa vera u ta’ prudenza previsti rispettivament fl-Artikolu 2(3) u fl-Artikolu 31(1)(ċ) tad-Direttiva 78/660 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu metodu ta’ reġistrazzjoni li skontu kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li d-Direttiva 78/660, skont it-tielet premessa tagħha, hija intiża biss sabiex tistabbilixxi kundizzjonijiet minimi dwar il-portata tal-informazzjoni finanzjarja li għandha tingħata lill-pubbliku (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-osservanza tal-prinċipju ta’ stampa vera tikkostitwixxi l-għan oriġinali tad-Direttiva 78/660. Skont dan il-prinċipju, li jinsab fl-Artikolu 2(3) ta’ din id-direttiva, il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera tal-attiv, tal-passiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf tal-kumpannija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat dan il-prinċipju b’mod flessibbli, billi qieset li dan jeżiġi, minn naħa, li l-kontijiet jirriflettu l-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet li huma meqjusa li jiddeskrivu u, min-naħa l-oħra, li l-informazzjoni kontabbli tingħata fil-forma meqjusa l-iktar valida u l-iktar waħda xierqa biex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ informazzjoni tat-terzi, mingħajr ma jiġu ppreġudikati l-interessi tal-kumpannija kkonċernata (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>DE + ES Bauunternehmung</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑275/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:406">EU:C:1999:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tispeċifika li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ stampa vera għandu jkun iggwidat, sa fejn dan ikun possibbli, mill-prinċipji ġenerali inklużi fl-Artikoli 31 tad-Direttiva 78/660, fosthom il-prinċipju ta’ prudenza stabbilit fl-Artikolu 31(1)(ċ) ta’ din id-direttiva li huwa ta’ importanza partikolari (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(1)(ċ) tad-Direttiva 78/660, li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ prudenza, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi kollha – profitti magħmula, spejjeż, dħul, riskji u telf – li huma realment marbuta mas-sena inkwistjoni jippermetti li tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ stampa vera (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>GIMLE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:632">EU:C:2013:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-drittijiet ta’ opzjoni fuq azzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l-imsemmija direttiva ma tinkludi ebda indikazzjoni speċifika dwar il-metodu li skontu l-prezz ta’ dawn l-opzjonijiet għandu jiġi rreġistrat. Kif osservat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għaldaqstant, neċessarjament, jeżistu diversi metodi li huma kompatibbli mad-Direttiva 78/660 sakemm dawn josservaw il-prinċipji ġenerali stabbiliti f’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li metodu ta’ reġistrazzjoni, bħal dak inkwistjoni fit-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, li skontu kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tista’ tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha, ma josservax l-imsemmija prinċipji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn naħa, il-fatt li kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni biss wara li l-opzjoni tiġi eżerċitata jew tiskadi ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ prudenza. Fil-fatt, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li dan il-prezz jikkostitwixxi r-remunerazzjoni tar-riskju li l-kumpannija li toħroġ l-opzjoni tassumi matul il-perijodu kollu tagħha. Għalhekk huwa ġġustifikat, fid-dawl tal-prinċipju ta’ prudenza, li dan il-prezz jiġi rreġistrat bħala dħul biss ladarba jkun possibbli li jiġi ddeterminat b’mod definittiv jekk dan ir-riskju, li huwa marbut strettament miegħu, seħħx jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi eskluż, hekk kif r-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jsostnu fl-osservazzjonijiet tagħhom ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li, meta l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni jiġi rreġistrat bħala dħul matul is-sena li matulha d-dritt ta’ opzjoni jinħareġ u qabel ma jiġi eżerċitat jew, jekk ikun il-każ, qabel ma jiskadi, il-kontabbiltà tal-kumpannija li toħroġ l-opzjoni tirrappreżenta, fis-snin sussegwenti għall-ħruġ tad-dritt ta’ opzjoni, riskju ikbar minn dak li jkun hemm fil-każ ta’ reġistrazzjoni matul is-sena li matulha l-opzjoni tittieħed jew skadiet. Fil-fatt, ir-riskju meħud minħabba l-eventwali żieda fil-valur tat-titoli li huma s-suġġett tal-opzjonijiet jista’ fil-verità jkun imtaffi mill-ammont tal-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni, li jikkostitwixxi remunerazzjoni għal dan ir-riskju. F’dawn iċ-ċirkustanzi, metodu ta’ reġistrazzjoni, bħal dak inkwistjoni fit-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ stampa vera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, għalkemm id-domanda preliminari tagħmel riferiment għall-Artikolu 20 tad-Direttiva 78/660, dan l-artikolu ma huwiex rilevanti għar-risposta li għandha tingħata lil din id-domanda li tirrigwarda, essenzjalment, ir-reġistrazzjoni tal-prezz tal-opzjoni u mhux ir-reġistrazzjoni ta’ provvediment biex ikun kopert telf jew dejn li huwa probabbli jew ċert.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-prinċipji ta’ stampa vera u ta’ prudenza previsti rispettivament fl-Artikolu 2(3) u fl-Artikolu 31(1)(ċ) tad-Direttiva 78/660 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux metodu ta’ reġistrazzjoni li skontu kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipji ta’ stampa vera u ta’ prudenza previsti rispettivament fl-Artikolu 2(3) u fl-Artikolu 31(1)(ċ) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-<DATE ISO="19780725">25 ta’ Lulju 1978</DATE>, ibbażata fuq l-Artikolu [50(2)(g) TFUE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, kif emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20030618">18 ta’ Ġunju 2003</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux metodu ta’ reġistrazzjoni li skontu kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>