|
18.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/61 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/989
tat-18 ta' Mejju 2018
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/654 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(4)(a-d), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 42(4)(b) u l-Artikolu 43(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex ikun jista' jsir użu minn ċerti fjuwils ikkummerċjalizzati legalment f'xi Stati Membri mingħajr ma jinxteħet piż żejjed fuq il-manifatturi, il-kontenut permess ta' Ester Metiliku tal-Aċidi Xaħmin (“FAME”) jenħtieġ ikun 8,0 % v/v minflok 7,0 % v/v. |
|
(2) |
Biex tkun żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 (2), jenħtieġ li, meta jitressaq rapport tat-test RLL eżistenti biex tinkiseb approvazzjoni tat-tip tal-Istadju V skont dak l-Artikolu, ikun jista' jsir użu tal-istess verżjoni taċ-ċiklu tat-test tat-tip “F” għall-finijiet ta' verifika tal-konformità tal-produzzjoni tal-magni bit-tip approvat f'dak iċ-ċiklu. |
|
(3) |
Biex jitjiebu l-proċeduri tal-ittestjar għall-magni mingħajr sistema ta' posttrattament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għad-determinazzjoni tal-fatturi tad-deterjorament għall-magni mingħajr sistema ta' posttrattament. |
|
(4) |
Biex titqies kull strateġija tal-kontroll tal-emissjonijiet possibbli, ir-rekwiżiti tekniċi relatati mal-istrateġiji tal-kontroll tal-emissjonijiet jenħtieġ jinkludu l-istrateġija bażi tal-kontroll tal-emissjonijiet u mhux biss l-istrateġija awżiljarja tal-kontroll tal-emissjonijiet. |
|
(5) |
Oriġinarjament, ir-rekwiżiti tal-istrateġiji tal-kontroll tal-emissjonijiet kienu ġew stabbiliti għall-magni soġġetti għal ċiklu tranżitorju. Iżda dawk ir-rekwiżiti mhumiex tajbin għall-magni soġġetti biss għall-NRSC li ma jkunux ittestjati fuq ċiklu tranżitorju. Għaldaqstant, l-istrateġiji tal-kontroll tal-emissjonijiet eżistenti tal-magni tranżitorji jenħtieġ jiġu adattati għal dawk il-magni billi ssir distinzjoni bejn il-kundizzjonijiet tat-test tal-emissjonijiet (qagħda statika biss) u kull kundizzjoni operazzjonali oħra (tranżitorji). |
|
(6) |
Biex titqies ir-riġenerazzjoni ta' sistema tal-posttrattament matul id-dimostrazzjoni abbażi ta' għażla ta' punt aleatorju skont il-punt 3 tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 (3) u biex jiġi ċċarat li sistema tal-posttrattament tal-magni tista' tirriġenera qabel isir iċ-ċiklu tat-test tal-emissjonijiet, jenħtieġ li r-rekwiżiti tat-test imsemmija fil-punt 4 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 jinbidlu kif xieraq b'dispożizzjonijiet speċifiċi ġodda dwar ir-riġenerazzjoni. |
|
(7) |
Barra minn hekk, biex tonqos il-probabbiltà ta' riġenerazzjoni waqt it-test, jenħtieġ li l-ħin minimu tal-kampjun meta jintuża l-NRSC b'modalità diskreta għad-dimostrazzjoni ta' għażla ta' punt aleatorju skont il-punt 3 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 jitnaqqas għal 3 minuti għal kull punt. |
|
(8) |
Għall-finijiet ta' komprensività, fil-folder tal-informazzjoni kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656, il-manifattur jenħtieġ jinkludi rapport tad-dimostrazzjoni li jiddokumentaw id-dimostrazzjonijiet imwettqa skont rekwiżiti tekniċi speċifiċi u proċeduri stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/654. |
|
(9) |
Ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1628 li jeżiġu li l-fatturi tad-deterjorament jitqiesu fir-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet li jsiru fil-laboratorju kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654 hija żbaljata u jenħtieġ tiġi kkoreġuta. |
|
(10) |
Biex tkun żgurata l-konsistenza tar-Regolament (UE) 2016/1628 u ta' kull Regolament Delegat u ta' Implimentazzjoni li ġie adottat skont dak ir-Regolament, ċerti rekwiżiti applikabbli għal familji ta' sistemi tal-posttrattament tal-magni jenħtieġ ikunu applikabbli wkoll għall-familji ta' magni jew għall-gruppi tal-familji ta' magni. |
|
(11) |
Jenħtieġ isiru ċerti bidliet fid-dispożizzjonijiet li fihom kontradizzjonijiet jew informazzjoni żejda u jenħtieġ li jiġu kkoreġuti ċerti referenzi. |
|
(12) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/654, instabu żbalji ta' tipi differenti, bħal pereżempju fit-terminoloġija u fin-numerazzjoni, u jeħtieġ jiġu kkoreġuti. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/654 jiġi emendat u kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2017/654
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħal dan l-Artikolu 20a li ġej: “Artikolu 20a Dispożizzjonijiet tranżizzjonali 1. Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/989, sal-31 ta' Diċembru 2018, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jibqgħu jagħtu wkoll approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għat-tipi ta' magni u għall-familji ta' magni skont dan ir-Regolament, bil-verżjoni tiegħu applikabbli fis-6 ta' Awwissu 2018. 2. Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/989, sat-30 ta' Ġunju 2019, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' magni bbażati fuq tipi ta' magni approvati skont dan ir-Regolament, bil-verżjoni tiegħu applikabbli fis-6 ta' Awwissu 2018.”; |
|
(2) |
L-Anness I hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
|
(3) |
L-Anness II hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
|
(4) |
L-Anness III hu emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament; |
|
(5) |
L-Anness IV hu emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament; |
|
(6) |
L-Anness V hu emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament; |
|
(7) |
L-Anness VI hu emendat skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament; |
|
(8) |
L-Annes VII hu emendat skont l-Anness VII ta' dan ir-Regolament; |
|
(9) |
L-Anness VIII hu emendat skont l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament; |
|
(10) |
L-Anness IX hu emendat skont l-Anness IX ta' dan ir-Regolament; |
|
(11) |
L-Anness XIII hu emendat skont l-Anness X ta' dan ir-Regolament; |
|
(12) |
L-Anness XV hu emendat skont l-Anness XI ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjonijiet fir-Regolament Delegat (UE) 2017/654
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/654 hu kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 Metodoloġija għall-adattament tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet li jsiru fil-laboratorji biex jinkludu l-fatturi tad-deterjorament Ir-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet li jsiru fil-laboratorji għandhom jiġu adattati biex jinkludu l-fatturi tad-deterjorament, inkluż dawk relatati mal-kejl tan-numru ta' partikuli (PN) u mal-magni li jużaw fjuwil gassuż, kif imsemmi fl-Artikolu 25(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/1628, skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.”; |
|
(2) |
L-Anness I hu kkoreġut skont l-Anness XII ta' dan ir-Regolament; |
|
(3) |
fl-Anness II, il-punt 3.3.2 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
L-Anness III hu kkoreġut skont l-Anness XIII ta' dan ir-Regolament; |
|
(5) |
L-Anness IV hu kkoreġut skont l-Anness XIV ta' dan ir-Regolament; |
|
(6) |
L-Anness V hu kkoreġut skont l-Anness XV ta' dan ir-Regolament; |
|
(7) |
L-Anness VI hu kkoreġut skont l-Anness XVI ta' dan ir-Regolament; |
|
(8) |
L-Anness VII hu kkoreġut skont l-Anness XVII ta' dan ir-Regolament; |
|
(9) |
L-Anness VIII hu kkoreġut skont l-Anness XVIII ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 364).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 1.2.2 jinbidel b'dan li ġej:
(*1) Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).”;" |
|
(2) |
il-punt 1.2.2.1 hu emendat kif ġej:
|
|
(3) |
il-punt 2.4.1.4 jitħassar. |
(*1) Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).”;”
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħal il-punt 6.2.3.1 li ġej:
|
|
(2) |
fil-punt 6.2.4, il-kliem “kif iddeterminat skont l-Anness III” jinbidel bil-kliem “li ġew iddeterminati skont l-Anness III”; |
|
(3) |
fil-punt 6.4, it-tielet sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Għall-magni li jaħdmu bil-gass naturali/bijometan (NG) jew bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), inkluż il-magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil, it-testijiet għandhom jitwettqu b'mill-inqas tnejn mill-fjuwils ta' referenza għal kull magna li taħdem bil-gass, għajr fil-każ ta' magna li taħdem bil-gass b'approvazzjoni tat-tip speċifika għall-fjuwil, fejn hu meħtieġ biss fjuwil ta' referenza wieħed, kif deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness I.”. |
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punti 3.1.3 u 3.1.4 jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 3.2.1 jinbidel b'dan li ġej: “3.2.1. Ġenerali Il-fatturi tad-deterjorament applikabbli għal familja tal-magni, għal grupp ta' familji tal-magni jew għal familja tas-sistema ta' posttrattament tal-magna għandhom jiġu żviluppati mill-magni magħżula abbażi ta' skeda ta' akkumulazzjoni tas-servizz li tkun tinkludi ttestjar perjodiku għall-emissjonijiet tal-gassijiet u l-partikuli tul kull ċiklu tat-test applikabbli għall-kategorija tal-magna, kif mogħti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2016/1628. Fil-każ ta' ċikli tat-test tranżitorju mhux tat-triq għal magni tal-kategorija NRE (“NRTC”), għandhom jintużaw biss ir-riżultati tas-sekwenza ta' NRTC bi startjar sħun (“hot start NRTC”).” |
|
(3) |
fil-punt 3.2.5.2, l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Meta l-valuri tal-emissjonijiet jintużaw għal familji tal-magni fl-istess grupp ta' familji tal-magni jew familji ta' posttrattament tal-magni, iżda b'perjodi differenti ta' durabbiltà tal-emissjonijiet, il-valuri tal-emissjonijiet fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta' durabbiltà tal-emissjonijiet għandhom jerġgħu jiġu kkalkulati għal kull perjodu ta' durabbiltà tal-emissjonijiet permezz ta' estrapolazzjoni jew interpolazzjoni tal-ekwazzjoni ta' rigressjoni kif iddeterminat fil-punt 3.2.5.1.”; |
|
(4) |
fil-punt 3.2.6.1, jitħassar l-aħħar paragrafu; |
|
(5) |
jiddaħħal il-punt 3.2.6.1.1 li ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħlu l-punti 2.2.3.1 u 2.2.4 li ġejjin:
|
|
(2) |
fil-punt 2.6, jitħassar il-paragrafu taħt l-intestatura; |
|
(3) |
jiddaħħlu l-punti 2.6.1 u 2.6.2 li ġejjin:
|
|
(4) |
L-Appendiċi 1 hu emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Appendiċi 2 hu emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Appendiċi 4 hu emendat kif ġej:
|
ANNESS V
L-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.1.2 hu emendat kif ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħal il-punt 3.1 li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 4 hu emendat kif ġej:
|
|
(4) |
jiżdied il-punt 5 li ġej: “5. Riġenerazzjoni Jekk isseħħ riġenerazzjoni waqt jew eżattament qabel il-proċedura stabbilita fil-punt 4, malli titlesta dik il-proċedura, it-test jista' jiġi annullat b'talba tal-manifattur, irrispettivament mill-kawża tar-riġenerazzjoni. F'dan il-każ, it-test irid jiġi ripetut. Għandhom jintużaw l-istess punti tat-torque u tal-veloċità, iżda s-sekwenza tal-attivitajiet tista' titbiddel. Ma għandux ikun meħtieġ li jiġu ripetuti l-punti tat-torque u tal-veloċità li għalihom ikun diġà nkiseb riżultat pożittiv. Biex jiġi ripetut it-test għandha tintuża l-proċedura li ġejja:
|
ANNESS VI
L-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 1. jinbidel b'dan li ġej: “1. Introduzzjoni Dan l-Anness jiddeskrivi l-metodu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' inkwinanti tal-gassijiet u l-partikuli mill-magna li trid tiġi ttestjata u l-ispeċifikazzjonijiet relatati mat-tagħmir tal-kejl. Kif speċifikat fit-Taqsima 6, in-numerazzjoni ta' dan l-Anness hi konsistenti man-numerazzjoni tar-Regolament Tekniku Globali Nru 11 (*1) (GTR Nru 11) u tar-Regolament tal-UNECE Nru 96.04, serje ta' emendi (*2), l-Anness 4B. Madankollu, xi punti tal-GTR Nru 11 mhumiex meħtieġa f'dan l-Anness, jew inkella jiġu modifikati skont il-progress tekniku. (*1) Ir-Regolament Tekniku Globali Nru 11 dwar l-emissjonijiet tal-magni minn tratturi agrikoli u forestali u minn makkinarju mobbli mhux tat-triq skont fir-Reġistru Globali maħluq fit-18 ta' Novembru 2004, skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti." (*2) Ir-Regolament Nru 96 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' magni li jaqbdu bil-kompressjoni (C.I.) li għandhom jiġu installati fi tratturi agrikoli u forestali u f'makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu li tarmi l-magna.”;" |
|
(2) |
fil-punt 5.1, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej: “Il-valuri mkejla tal-inkwinanti tal-gassijiet u l-partikuli u tas-CO2 li joħroġ bħala eżgost mill-magna jirreferu għall-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk fi grammi għal kull kilowatt fis-siegħa (g/kWh), jew l-għadd għal kull kilowatt fis-siegħa (g/kWh) għall-PN. L-inkwinanti tal-gassijiet u l-partikuli li għandhom jiġu mkejla huma dawk li l-valuri limitu tagħhom huma applikabbli għas-subkategorija tal-magna li tkun qed tiġi ttestjata, kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628. Ir-riżultati, inklużi:
ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-limitu applikabbli. Is-CO2 għandu jitkejjel u jiġi rrappurtat għal kull subkategorija tal-magni kif jeżiġi l-Artikolu 43(4) tar-Regolament (UE) 2016/1628.”; |
|
(3) |
il-punt 5.2.5.1.1 jinbidel b'dan li ġej: “5.2.5.1.1. Il-kalkolu tal-MTS Sabiex tiġi kkalkulata l-MTS, il-proċedura tal-immappjar tranżitorju għandha ssir skont il-punt 7.4. Imbagħad, l-MTS tiġi ddeterminata mill-valuri mmappjati tal-veloċità tal-magna kontra l-potenza. L-MTS għandha tiġi kkalkulata b'xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(4) |
il-punt 5.2.5.2 hu emendat kif ġej:
|
|
(5) |
il-punt 5.2.5.3 hu emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fil-punt 6.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Għandha tintuża sistema ta' tberrid tal-arja taċ-ċarġ b'kapaċità totali ta' arja li tidħol li tirrappreżenta l-installazzjoni waqt l-użu tal-magni tal-produzzjoni. Kull sistema ta' tberrid tal-arja taċ-ċarġ tal-laboratorju għandha tiġi ddisinjata biex tonqos kemm jista' jkun l-akkumulazzjoni tal-kondensat. Kull kondensat akkumulat għandu jitbattal u kull fetħa tat-tbattil għandha tingħalaq għalkollox qabel ma jsir it-test tal-emissjonijiet. Il-fetħiet tat-tbattil għandhom jibqgħu magħluqin waqt it-test tal-emissjonijiet. Il-kundizzjonijiet tal-likwidu tat-tberrid għandhom jinżammu kif ġej:
|
|
(7) |
il-punt 6.3.4 jinbidel b'dan li ġej: “6.3.4. Stabbiliment tal-potenza tal-awżiljarji Meta applikabbli skont il-punti 6.3.2 u 6.3.3, il-valuri tal-potenza tal-awżiljarji u l-metodu tal-kejl/kalkolu għad-determinazzjoni tal-potenza tal-awżiljarji għandhom jiġu ppreżentati mill-manifattur tal-magna għaż-żona operattiva kollha taċ-ċikli tat-test applikabbli, u jiġu approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.”; |
|
(8) |
il-punt 6.6.2.3 hu emendat kif ġej:
|
|
(9) |
fil-punt 6.6.2.4, fit-tielet paragrafu, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(10) |
il-punt 7.3.1.1 hu emendat kif ġej:
|
|
(11) |
jitħassar il-punt 7.3.1.1.5; |
|
(12) |
il-punti 7.3.1.2 sa 7.3.1.5 jinbidlu b'dan li ġej: “7.3.1.2. Tberrid tal-maga (NRTC) Tista' tiġi applikata proċedura ta' tberrid naturali jew sfurzat. Għal tberrid sfurzat, għandu jintuża ġudizzju inġineristiku tajjeb ħalli jinħolqu sistemi li jgħaddu l-arja tat-tberrid minn madwar il-magna, jgħaddu ż-żejt kiesaħ mis-sistema tal-lubrikazzjoni tal-magna, ineħħu s-sħana mil-likwidu tat-tberrid permezz tas-sistema tat-tberrid tal-magna, u jneħħu s-sħana minn sistema tal-posttrattament tal-egżost. Fil-każ ta' tberrid sfurzat tal-posttrattament, l-arja tat-tberrid ma għandhiex tiġi applikata qabel ma s-sistema tal-posttrattament tkun tberrdet sa inqas mit-temperatura tal-attivazzjoni katalitika tagħha. Kull proċedura tat-tberrid li toħloq emissjonijiet mhux rappreżentattivi mhix permessa. 7.3.1.3. Verifika ta' kontaminazzjoni bl-HC Jekk ikun hemm xi preżunzjoni ta' kontaminazzjoni essenzjali bl-HC tas-sistema tal-kejl tal-gass tal-egżost, il-kontaminazzjoni bl-HC tista' tiġi vverifikata b'gass żero u l-problema mbagħad tkun tista' tiġi kkoreġuta. Jekk l-ammont ta' kontaminazzjoni tas-sistema tal-kejl u tas-sistema tal-HC fl-isfond ikun irid jiġi vverifikat, dan għandu jsir fi żmien tmien (8) sigħat qabel ma jinbeda kull ċiklu tat-test. Il-valuri għandhom jiġu rreġistrati għal korrezzjoni sussegwenti. Qabel din il-kontroll, għandu jsir kontroll għal tnixxijiet, u l-analizzatur tal-FID għandu jiġi kkalibrat. 7.3.1.4. Preparazzjoni tat-tagħmir tal-kejl għall-kampjunar Qabel ma jibda l-kampjunar tal-emissjonijiet għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:
7.3.1.5. Kalibrazzjoni tal-analizzaturi tal-gass Għandhom jintgħażlu firxiet tal-analizzatur tal-gass addattati. Huma permessi analizzaturi tal-emissjonijiet bi swiċċjar manwali jew awtomatiku tal-medda. Waqt test li juża ċikli tat-test tranżitorji (NRTC jew LSI-NRTC) jew RMC u waqt perjodu tal-kampjunar tal-emissjonijiet gassużi fi tmiem kull modalità għal ittestjar NRSC b'modalità diskreta, il-medda tal-analizzaturi tal-emissjonijiet ma tistax titbiddel. Anki l-amplifikazzjonijiet tal-amplifikaturi operattivi analogi ta' analizzatur ma jistgħux jitbiddlu waqt ċiklu tat-test. L-analizzaturi kontinwi kollha għandhom jiġu ażżerati u soġġetti għal regolar billi jintużaw gassijiet traċċabbli internazzjonalment li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt 9.5.1. L-analizzaturi FID għandhom ikunu soġġetti għal regolar abbażi ta' numru tal-karbonju ta' wieħed (C1).”; |
|
(13) |
jiddaħħal il-punt 7.3.1.6. li ġej: “7.3.1.6. Il-prekundizzjonament u użin tat-tara tal-filtri tal-PM Il-proċeduri tal-prekundizzjonament u tal-użin tat-tara tal-filtri tal-PM għandhom jimxu skont il-punt 8.2.3.”; |
|
(14) |
il-punt 7.4 jinbidel b'dan li ġej: “7.4. Ċikli tat-test It-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jsir bl-użu ta' NRSC xieraq u, meta applikabbli, bl-użu ta' NRTC jew LSI-NRTC, kif speċifikat fl-Artikolu 18 u tar-Regolament (UE) 2016/1628 u fl-Anness tiegħu. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-karatteristiċi tal-NRSC, l-NRTC u l-LSI-NRTC huma stabbiliti fl-Anness XVII ta' dan ir-Regolament u l-metodu għad-determinazzjoni tal-konfigurazzjonijiet tat-torque, tal-potenza u tal-veloċità għal dawn iċ-ċikli huma stabbiliti fit-Taqsima 5.2.”; |
|
(15) |
il-punt 7.5 hu emendat kif ġej:
|
|
(16) |
fil-punt 7.5.1.2, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(17) |
il-punt 7.8.1.2 hu emendat kif ġej:
|
|
(18) |
fil-punt 7.8.2.4, l-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu tinbidel b'dan li ġej: “Waqt l-ittestjar tal-magni b'potenza netta li taqbeż il-560 kW, jistgħu jintużaw it-tolleranzi tal-linja tar-rigressjoni tat-Tabella 6.2 u t-tħassir tal-punt tat-Tabella 6.3.”; |
|
(19) |
fil-punt 7.8.3.5, it-Tabella 6.3 tinbidel b'dan li ġej: “Tabella 6.3. Tħassiriet tal-punti permessi mill-analiżi ta' rigressjoni
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(20) |
fil-punt 8.1.2, it-Tabella 6.4 hi emendata kif ġej:
|
|
(21) |
il-punt 8.1.7 jinbidel b'dan li ġej: “8.1.7. Kejl tal-parametri u tal-kundizzjonijiet ambjentali tal-magna Għandhom jiġu applikati proċeduri ta' kwalità interni li jkunu traċċabbli ma' standards nazzjonali jew internazzjonali rikonoxxuti. Inkella, japplikaw il-proċeduri li ġejjin.”; |
|
(22) |
fil-punt 8.1.8.4.1(f), l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Inkella, is-CFV jew l-SSV jistgħu jitneħħew mill-pożizzjoni permanenti tagħhom għal kalibrazzjoni diment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin waqt l-installazzjoni fis-CVS:”; |
|
(23) |
fil-punt 8.1.8.5.1(a), il-punt (iv) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(24) |
fil-punt 8.1.8.5.4, l-ewwel u t-tieni sentenza taħt l-intestatura jinbidlu b'dan li ġej: “Il-verifika tal-kontroll għal tnixxijiet fuq in-naħa tal-vakwu tas-sistema tal-kampjunar tal-HC tista' ssir skont il-punt (g). Jekk tintuża din il-proċedura, tista' tintuża l-proċedura ta' kontaminazzjoni bl-HC stabbilita fil-punt 7.3.1.3.”; |
|
(25) |
jitħassar il-punt 8.1.8.5.8; |
|
(26) |
il-punt 8.1.9.1.2 jinbidel b'dan li ġej: “8.1.9.1.2. Prinċipji tal-kejl L-H2O jista' jinterferixxi mar-rispons tal-analizzatur NDIR għas-CO2. Jekk l-analizzatur NDIR juża algoritmi ta' kumpens li jużaw kejlijiet ta' gassijiet oħrajn biex jgħaddu minn din il-verifika tal-interferenza, dawn il-kejlijiet l-oħra għandhom isiru fl-istess ħin biex l-algoritmi ta' kumpens jiġu ttestjati matul il-verifika tal-interferenza tal-analizzatur.”; |
|
(27) |
fil-punt 8.1.9.1.4, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(28) |
il-punt 8.1.9.2.4(b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(29) |
il-punt 8.1.10.1.3 hu emendat kif ġej:
|
|
(30) |
fil-punt 8.1.10.2.4(a), titħassar it-tieni sentenza; |
|
(31) |
il-punt 8.1.11.1.5 hu emendat kif ġej:
|
|
(32) |
fil-punt 8.1.11.3.4(g), il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej: “Din id-differenza għandha tiġi multiplikata bil-proporzjon tal-konċentrazzjoni medja tal-HC mistennija għall-konċentrazzjoni tal-HC imkejla waqt il-verifika. L-analizzatur jgħaddi mill-verifika tal-interferenza msemmija f'dan il-punt jekk dan ir-riżultat ikun fi ħdan ± 2 % tal-konċentrazzjoni tan-NOx mistennija fil-valur limitu tal-emissjonijiet, kif stabbilit fl-ewkazzjoni (6-25):”; |
|
(33) |
fil-punt 8.1.11.4.2, il-kliem “banju tat-tberrid” jinbidel bil-kliem “apparat tat-tnixxif tal-kampjun”. |
|
(34) |
il-punt 8.1.12 jinbidel b'dan li ġej: “8.1.12. Verifika tal-apparat tat-tnixxif tal-kampjun Dan il-kontroll ma għandux japplika meta jintuża sensor tal-umdità għal monitoraġġ kontinwu tal-punt tan-nida fl-iżbokk tal-apparat tat-tnixxif tal-kampjun, diment li jiġi żgurat li l-umdità fl-iżbokk tal-apparat tat-tnixxif tkun inqas il-valuri minimi użati għall-kontrolli tal-attenwazzjoni, tal-interferenza u tal-kumpens. Jekk jintuża apparat tat-tnixxif tal-kampjun kif inhu permess fil-punt 9.3.2.3.1 biex jitneħħa l-ilma mill-gass tal-kampjun, il-prestazzjoni tal-apparat tat-tberrid termali għandha tiġi vverifikata mal-installazzjoni u wara manutenzjoni maġġuri. Għall-apparati tat-tnixxif b'membrana ożmotika, il-prestazzjoni għandha tiġi verifikata mal-installazzjoni, wara manutenzjoni maġġuri u fi żmien 35 jum mill-ittestjar. L-ilma jista' jxekkel il-kapaċità tal-analizzatur li jkejjel sew il-komponent tal-egżost ta' interess u b'hekk xi drabi jitneħħa qabel ma l-gass tal-kampjun jasal fl-analizzatur. Pereżempju, l-ilma jista' jinterferixxi b'mod negattiv fir-rispons għall-NOx ta' CLD permezz ta' attenwazzjoni kolliżjonali u jista' jinterferixxi b'mod pożittiv ma' analizzatur NDIR billi jikkawża rispons simili għas-CO. L-apparat tat-tnixxif tal-kampjun għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet iddeterminati fil-punt 9.3.2.3.1 għall-punt tan-nida T dew, u għall-pressjoni assoluta p total, 'l isfel mill-apparat tat-tnixxif b'membrana ożmotika jew l-apparat tat-tberrid termali. Din il-proċedura ta' verifika tal-apparat tat-tnixxif tal-kampjun li ġejja għandha tintuża biex tiġi ddeterminata l-prestazzjoni tal-apparat tat-tnixxif tal-kampjun, jew għandu jintuża ġudizzju inġineristiku tajjeb biex jiġi żviluppat protokoll differenti:
|
|
(35) |
il-punti 8.1.12.1 sa 8.1.12.2.5 jitħassru; |
|
(36) |
jiddaħħlu l-punti 8.1.13 sa 8.1.13.2.5 li ġejjin: “8.1.13. Kejlijiet tal-PM 8.1.13.1. Verifiki tal-miżien tal-PM u verifika tal-proċess ta' wżin tal-PM 8.1.13.1.1. Kamp ta' applikazzjoni u frekwenza Din it-Taqsima tiddeskrivi tliet verifiki.
8.1.13.1.2. Verifika indipendenti Il-manifattur tal-miżien (jew rappreżentant approvat mill-manifattur tal-miżien) għandu jivverifika l-prestazzjoni tal-miżien fi żmien 370 jum mill-ittestjar skont il-proċeduri tal-awditjar intern. 8.1.13.1.3. Ażżerar u proċedura tar-regolar Il-prestazzjoni tal-miżien għandha tiġi verifikata billi dan jiġi ażżerat u soġġett għal regolar b'mill-inqas piż ta' kalibrazzjoni wieħed, filwaqt li kwalunkwe piż li jintuża għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet fil-punt 9.5.2 biex issir dik il-verifika. Għandha tintuża proċedura manwali jew awtomatizzata:
8.1.13.1.4. Użin tal-kampjun ta' referenza Il-qari kollu tal-massa waqt sessjoni tal-użin għandu jiġi verifikat billi jintiżnu l-mezzi tal-kampjun tal-PM ta' referenza (pereżempju, il-filtri) qabel u wara s-sessjoni tal-użin. Sessjoni tal-użin tista' tkun qasira daqskemm mixtieq, iżda ma għandhiex tkun itwal minn 80 siegħa, u tista' tinkludi kemm qari tal-massa ta' qabel it-test kif ukoll ta' wara t-test. Id-determinazzjonijiet suċċessivi tal-massa ta' kull mezz tal-kampjun ta' PM ta' referenza għandhom jagħtu l-istess valur fi ħdan ± 10 μg jew ± 10 % tal-massa totali mistennija tal-PM, skont liema minnhom tkun l-ogħla. Jekk l-avvenimenti suċċessivi tal-użin tal-filtri tal-kampjun tal-PM ma jkunux jissodisfaw dak il-kriterju, il-qari tal-massa kollu tal-filtru individwali tat-test li jseħħ bejn id-determinazzjonijiet suċċessivi tal-massa tal-filtru ta' referenza għandhom jiġu invalidati. Dawn il-filtri jistgħu jerġgħu jintiżnu f'sessjoni oħra tal-użin. Jekk filtru ta' wara t-test jiġi invalidat allura l-intervall tat-test ikun null. Dik il-verifika għandha ssir kif ġej:
8.1.13.2. Korrezzjoni għaż-żamma fil-wiċċ tal-filtri tal-kampjun tal-PM 8.1.13.2.1. Ġenerali Il-filtru tal-kampjun tal-PM għandu jiġi kkoreġut għaż-żamma fil-wiċċ tagħhom fl-arja. Il-korrezzjoni għaż-żamma fil-wiċċ tiddependi fuq id-densità tal-massa fil-kampjun, id-densità tal-arja u d-densità tal-użin tal-kalibrazzjoni użat għall-ikkalibrar tal-bilanċ. Il-korrezzjoni għaż-żamma fil-wiċċ ma taħsibx għaż-żamma fil-wiċċ tal-PM innifsu, għax il-massa tal-PM, tipikament tirrappreżenta biss (0,01 sa 0,10) % tal-piż totali. Korrezzjoni lejn din il-frazzjoni żgħira tal-massa tkun sa 0,010 %. Il-valuri kkoreġuti għaż-żamma fil-wiċċ huma massi tat-tara tal-kampjuni tal-PM. Il-valuri kkoreġuti għaż-żamma fil-wiċċ tal-użin tal-filtru ta' qabel it-test huma sussegwentement imnaqqsa mill-valuri kkoreġuti għaż-żamma fil-wiċċ tal-użin tal-filtru ta' wara t-test tal-filtru korrispondenti biex tinstab il-massa tal-PM emessa waqt it-test. 8.1.13.2.2. Id-densità tal-filtri tal-kampjun tal-PM Filtri tal-kampjun tal-PM differenti għandhom densitajiet differenti. Għandha tintuża d-densità magħrufa tal-mezzi tal-kampjun, jew inkella għandha tintuża waħda mid-densitajiet għal xi mezzi komuni tal-kampjuni kif ġej:
8.1.13.2.3. Id-densità tal-arja Peress li ambjent tal-miżien tal-PM għandu jkun ikkontrollat għalkollox b'temperatura tal-ambjent ta' 295 ± 1 K (22 ± 1 °C) u b'punt tan-nida ta' 282,5 ± 1 K (9,5 ± 1 °C), id-densità tal-arja hi funzjoni primarja tal-pressjoni atmosferika. Għaldaqstant, il-korrezzjoni għaż-żamma fil-wiċċ hi speċifikata li hi biss funzjoni tal-pressjoni atmosferika. 8.1.13.2.4. Id-densità tal-użin tal-kalibrazzjoni Għandha tintuża d-densità dikjarata tal-materjal tal-użin tal-kalibrazzjoni tal-metall. 8.1.13.2.5. Kalkolu tal-korrezzjoni Il-filtru tal-kampjun tal-PM għandu jiġi kkoreġut għaż-żamma fil-wiċċ permezz tal-ekwazzjoni (6-27):
Fejn:
bi
Fejn:
|
|
(37) |
fil-punt 9.3.2.1.1, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Meta jintuża skont il-punt 9.3.1.1.1, il-volum intern tal-kompartiment tat-taħlit ma għandux ikun inqas minn għaxar darbiet aktar miċ-ċilindrata individwali tal-magna li tkun qed tiġi ttestjata.”; |
|
(38) |
fil-punt 9.3.2.2, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(39) |
fil-punt 9.3.2.3.1.1, l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Għall-ogħla konċentrazzjoni mistennija tal-fwar tal-ilma Hm, it-teknika tat-tneħħija tal-ilma għandha żżomm umdità ta' ≤ 5 g ta' ilma/kg ta' arja xotta (jew volum ta' madwar 0,8 fil-mija tal-volum ta' H2O), li hija umdità relattiva ta' 100 % f'temperatura ta' 277,1 K (3,9 °C) u 101,3 kPa. Din l-ispeċifikazzjoni tal-umdità hi ekwivalenti għal madwar 25 % tal-umdità relattiva f'temperatura ta' 298 K (25 °C) u 101,3 kPa. Din tista' tintwera billi
|
|
(40) |
fil-punt 9.3.3.4.3, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej: “It-temperatura tal-kampjun għandha tiġi kkontrollata sa tolleranza ta' 320 ± 5 K (47 ± 5 °C), kif imkejla f'xi post fi ħdan 200 mm 'il fuq jew 200 mm 'l isfel mill-mezzi tal-ħżin tal-PM.”; |
|
(41) |
fil-punt 9.3.4.4, fil-punt (b), l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Dan il-valur għandu jintuża biex tiġi kkalkulata l-korrezzjoni għaż-żamma fil-wiċċ tal-filtri tal-kampjun tal-PM fil-punt 8.1.13.2.”; |
|
(42) |
fil-punt 9.4.1.2, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Meta għal kejl partikolari jiġi speċifikat aktar minn strument wieħed, wieħed minnhom għandu jiġi identifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni meta ssir applikazzjoni bħala r-referenza biex jintwera li proċedura alternattiva hi ekwivalenti għall-proċedura speċifikata.”; |
|
(43) |
fil-punt 9.4.1.3, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Id-dejta minn għadd ta' strumenti biex jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test għal test wieħed tista' tintuża għall-istrumenti kollha tal-kejl deskritti f'dan il-punt, bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-approvazzjoni.”; |
|
(44) |
fil-punt 9.4.5.3.2, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Għall-finijiet tal-kontroll ta' sistema ta' dilwizzjoni bi fluss parzjali biex jittieħed kampjun proporzjonat tal-gass tal-egżost mhux ittrattat, hu meħtieġ ħin tar-rispons tal-miter tal-fluss aktar rapidu minn dak indikat fit-Tabella 6.8.”; |
|
(45) |
fil-punt 9.4.6, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Is-sistema bbażata fuq l-NDIR għandha tgħaddi mill-kalibrazzjoni u mill-verifiki stabbiliti fil-punt 8.1.9.1 jew fil-punt 8.1.9.2, kif applikabbli.”; |
|
(46) |
fil-punt 9.4.12, il-paragrafu taħt l-intestatura jinbidel b'dan li ġej: “Jista' jintuża analizzatur FTIR (‘Fourier transform infrared’), analizzatur NDUV jew analizzatur b'laser infraaħmar, skont l-Appendiċi 4.”; |
|
(47) |
il-punt 9.5.1.1(a) hu emendat kif ġej:
|
|
(48) |
fil-punt 9.5.1.1(c), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(49) |
fil-punt 9.5.1.2, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(50) |
fil-punt 9.5.1.3, jitħassar it-tieni paragrafu taħt l-intestatura; |
|
(51) |
L-Appendiċi 1 hu emendat kif ġej:
|
|
(52) |
fl-Appendiċi 3, fil-punt 3, fit-tieni paragrafu, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej: “It-trażmissjoni tat-torque mill-ECU għandha tiġi aċċettata mingħajr korrezzjoni jekk, f'kull punt fejn ikunu ttieħdu l-kejlijiet, il-fattur ikkalkulat permezz tad-diviżjoni tal-valur tat-torque mid-dinamometru bil-valur tat-torque mill-ECU ma jkunx inqas minn 0,93 (jiġifieri differenza massima ta' 7 %).”; |
|
(53) |
L-Appendiċi 4 hu emendat kif ġej:
|
|
(54) |
L-Appendiċi 5 hu emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament Tekniku Globali Nru 11 dwar l-emissjonijiet tal-magni minn tratturi agrikoli u forestali u minn makkinarju mobbli mhux tat-triq skont fir-Reġistru Globali maħluq fit-18 ta' Novembru 2004, skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti.
(*2) Ir-Regolament Nru 96 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' magni li jaqbdu bil-kompressjoni (C.I.) li għandhom jiġu installati fi tratturi agrikoli u forestali u f'makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu li tarmi l-magna.”;”
ANNESS VII
L-Anness VII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.1 jinbidel b'dan li ġej: “2.1. Kejl ta' emissjonijiet tal-gassijiet f'gass tal-egżost mhux ittrattat”; |
|
(2) |
fil-punt 2.1.1, l-ekwazzjoni (7-1) tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
fil-punt 2.1.3, l-ekwazzjoni (7-4) tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
fil-punt 2.1.5.2, l-ekwazzjoni (7-13) tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
fil-punt 2.1.6.4, fid-didaskalija tal-ekwazzjoni (7-21), ir-ringiela li tikkorrispondi għat-terminu “wC ” tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt 2.2.3, fid-didaskalija tal-ekwazzjoni (7-34), ir-ringieli li jikkorrispondu għat-termini “Mda,w” u “Mr,w” jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(7) |
il-punt 2.3.1 jinbidel b'dan li ġej: “2.3.1. Ċikli tat-testijiet tranżitorji (NRTC u LSI-NRTC) u tal-RMC Il-massa tal-partikuli għandha tiġi kkalkulata wara korrezzjoni għaż-żamma fil-wiċċ tal-massa tal-kampjun tal-partikuli skont il-punt 8.1.13.2.5 tal-Anness VI.”; |
|
(8) |
fil-punt 2.3.1.1.2, l-ekwazzjoni (7-46) tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(9) |
il-punt 2.4.1.1 hu emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fil-punt 2.4.1.2, id-didaskalija tal-ekwazzjoni (7-64) hi emendata kif ġej:
|
|
(11) |
il-punt 2.4.2.2 hu emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fil-punt 3.3.4, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Għall-kejl tal-HC, x THC[THC-FID] għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-konċentrazzjoni inizjali tal-kontaminazzjoni bit-THC x THC[THC-FID]init mill-punt 7.3.1.3 tal-Anness VI permezz tal-ekwazzjoni (7-83):”; |
|
(13) |
fil-punt 3.3.5, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Konċentrazzjoni medja ponderata bil-fluss partikolari ta' emissjoni fil-valur limitu tal-emissjonijiet jaf diġà tkun mistennija abbażi ta' ttestjar preċedenti b'magni simili jew ittestjar b'tagħmir u strumenti simili.”; |
|
(14) |
il-punt 3.5 jinbidel b'dan li ġej: “3.5. Kejl ta' emissjonijiet tal-gassijiet f'gass tal-egżost mhux ittrattat”; |
|
(15) |
fil-punt 3.5.3, fil-punt (c), l-ekwazzjoni (7-113) tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(16) |
il-punt 3.6.1 jinbidel b'dan li ġej: “3.6.1. Kalkolu u korrezzjoni fl-isfond tal-massa tal-emissjonijiet Il-kalkolu tal-massa tal-emissjonijiet gassużi m gas [g/test] bħala funzjoni tar-rati tal-fluss tal-emissjonijiet molari għandu jsir kif ġej:
|
|
(17) |
fil-punt 3.6.3, il-punt (b) hu emendat kif ġej:
|
|
(18) |
il-punt 3.8.1.1 hu emendat kif ġej:
|
|
(19) |
fil-punt 3.8.1.2, id-didaskalija tal-ekwazzjoni (7-131) hi emendata kif ġej:
|
|
(20) |
il-punt 3.8.2.2.1 hu emendat kif ġej:
|
|
(21) |
il-punt 3.8.2.2.2 hu emendat kif ġej:
|
|
(22) |
fil-punt 3.9.3, fil-punt (a), l-ekwazzjoni (7-140) tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(23) |
fl-Appendiċi 3, fil-punt 5, jiżdiedu t-Tabella 7.9 u t-Tabella 7.10 li ġejjin: “Tabella 7-9 Valuri kritiċi ta' F, Fcrit90, kontra N – 1 u Nref – 1 b'kunfidenza ta' 90 fil-mija
Tabella 7-10 Valuri kritiċi ta' F, Fcrit95, kontra N – 1 u Nref – 1 b'kunfidenza ta' 95 fil-mija
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(24) |
L-Appendiċi 5 hu emendat kif ġej:
|
ANNESS VIII
L-Anness VIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 4.2.2.2, fl-aħħar paragrafu tiżdied is-sentenza li ġejja: “Fil-folder tal-informazzjoni stabbilit fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 għandha tiddaħħal deskrizzjoni tal-konnessjoni għal dawk ir-rekords, u tal-metodu biex dawn jinqraw.”; |
|
(2) |
fil-punt 4.5.1, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 6.4.1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
jiddaħħal il-punt 6.8 li ġej: “6.8. Id-dokumentazzjoni tad-dimostrazzjoni Ir-rapport tad-dimostrazzjoni għandu jiddokumenta d-dimostrazzjoni mwettqa skont il-punti 6.1 sa 6.7.1 Ir-rapport għandu:
|
|
(5) |
L-Appendiċi 2 hu emendat kif ġej:
|
ANNESS IX
Fil-punt 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654, il-kliem introduttorju qabel l-ekwazzjoni (9-5) jinbidel b'dan li ġej:
“Il-valur ta' Sλ jista' jiġi ddeterminat mill-proporzjon tal-proporzjon tal-kompożizzjoni stojkjometrika ta' ossiġenu u metan għall-proporzjon tal-kompożizzjoni stojkjometrika ta' ossiġenu u t-taħlita tal-fjuwil fornuta lill-magna, kif stabbilit fl-ekwazzjoni (9-5):”.
ANNESS X
Fl-Anness XIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (KE) Nru 2017/654, il-punt 1 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 1, il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.)”;" |
|
(2) |
fil-punt 2, il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej:
(*2) Ir-Regolament Nru 49 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispoizzjonijiet uniformi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi u partikoli minn magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni li jaqbdu bl-ispark plaggs għall-użu fil-vetturi (ĠU L 171, 24.6.2013, p. 1.)”." |
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.)”;
(*2) Ir-Regolament Nru 49 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispoizzjonijiet uniformi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi u partikoli minn magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni li jaqbdu bl-ispark plaggs għall-użu fil-vetturi (ĠU L 171, 24.6.2013, p. 1.)”.”
ANNESS XI
Fil-punt 3(15) tal-Anness XV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(a) |
meta l-magna tkun trid titħaddem fl-Unjoni b'diżil jew żejt tal-gass mhux tat-triq, dikjarazzjoni li tindika li għandu jintuża fjuwil b'kontenut tal-kubrit ta' mhux aktar minn 10 mg/kg (20 mg/kg fil-punt tad-distribuzzjoni finali), b'numru taċ-ċetan ta' mhux inqas minn 45 u b'kontenut ta' FAME ta' mhux aktar minn 8 % v/v.”. |
ANNESS XII
L-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.4.1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punti 2.5.2 u 2.5.2.1 jinbidlu b'dan li ġej: “2.5.2. Magna bi fjuwil speċifiku, li taħdem b'żewġ tipi ta' fjuwil u li taħdem bil-Gass Naturali Likwifikat (LNG) 2.5.2.1. Għal familja tal-magni li juża żewġ tipi ta' fjuwil, il-magni għandhom jiġu kalibrati għal kompożizzjoni speċifika tal-gass LNG li tirriżulta f'fattur tal-bdil λ li ma jkunx differenti b'aktar minn 3 % mill-fattur tal-bdil λ tal-fjuwil G20 kif speċifikat fl-Anness IX, u li l-kontenut tal-etan tiegħu ma jkunx iżjed minn 1,5 %, il-magna referenzjarja għandha tiġi ttestjata biss għall-fjuwil tal-gass ta' referenza G20 jew għall-fjuwil ekwivalenti maħluq bl-użu ta' taħlita ta' gass mill-pipeline ma' gassijiet oħrajn, kif speċifikat fl-Appendiċi 1 tal-Anness IX.”. |
ANNESS XIII
L-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
il-punt 3.1.2 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
fil-punt 3.4.1.3, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej: “L-awtorità tal-approvazzjoni ma għandhiex tirrifjuta li tapprova r-rekwiżiti tal-manutenzjoni li jkunu raġonevoli u teknikament meħtieġa, inkluż iżda mhux limitat għal dawk identifikati fil-punt 3.4.1.4.”. |
ANNESS XIV
L-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.3.1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Appendiċi 1 hu kkoreġut kif ġej:
|
|
(3) |
L-Appendiċi 4 hu kkoreġut kif ġej:
|
ANNESS XV
Il-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
it-tieni u t-tielet paragrafi jinbidlu b'dan li ġej: “Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi relatati maż-żona assoċjata mal-NRSC rilevanti li, fi ħdanha, l-ammont li bih l-emissjonijiet għandhom jitħallew jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 hu kkontrollat. Meta magna tiġi ttestjata bil-mod stabbilit fir-rekwiżiti tat-testijiet tat-Taqsima 4, l-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u l-partikuli maqbuda f'xi punt tal-kampjun magħżul b'mod aleatorju miż-żona tal-kontroll applikabbli stabbilita fit-Taqsima 2, ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikabbli fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 immultiplikati b'fattur ta' 2,0.”; |
|
(2) |
l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “L-istruzzjonijiet tal-installazzjoni provduti mill-manifattur lill-OEM skont l-Anness XIV għandhom jidentifikaw il-limiti massimi u minimi taż-żona tal-kontroll applikabbli u għandhom jinkludu dikjarazzjoni li tikkjarifika li l-OEM ma għandhomx jinstallaw il-magna b'mod li jillimita l-magna biex taħdem b'mod permanenti fil-kombinazzjonijiet biss tal-veloċitajiet u tat-torque barra miż-żona tal-kontroll għall-kurva tat-torque li tikkorrispondi għat-tip ta' magna jew il-familja tal-magna approvati.” |
ANNESS XVI
L-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 5.2.5.6, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Meta jintuża r-regolatur installat fuq il-magna, il-veloċità ta' 100 % għandha tkun il-veloċità rregolata tal-magna kif definit fl-Artikolu 1(24).”; |
|
(2) |
il-punt 6.3.1 jinbidel b'dan li ġej: “6.3.1. Bażi għall-kejl tal-emissjonijiet Il-bażi għall-kejl speċifiku tal-emissjonijiet hi l-potenza netta mhux ikkoreġuta kif definit fl-Artikolu 3(25) tar-Regolament (UE) 2016/1628.”; |
|
(3) |
fil-punt 6.3.3, l-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu tinbidel b'dan li ġej: “Il-potenza assorbita mill-awżiljarji għandha tintuża biex jiġu aġġustati l-valuri stabbiliti u biex jiġi kkalkulat ix-xogħol prodott mill-magna tul iċ-ċiklu tat-test skont il-punt 7.7.1.3 jew il-punt 7.7.2.3(b).”; |
|
(4) |
fil-punt 7.4.2.1, iż-żewġ paragrafi taħt il-Figura 6.3 jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(5) |
fil-punt 7.6, il-kliem “kif definit fl-Artikolu 2(12)” jinbidel bil-kliem “kif definit fl-Artikolu 1(12)”; |
|
(6) |
fil-punt 7.6.3.1, fil-punti (b), ir-raba' sentenza u l-ħames sentenza jinbidlu b'dan li ġej: “Il-potenza rreġistrata ma għandhiex taqbeż il-potenza nominali kif definita fl-Artikolu 3(27) tar-Regolament (UE) 2016/1628 b'aktar minn 12,5 %. Jekk dan il-valur jinqabeż, il-manifattur għandu jirrevedi l-potenza nominali ddikjarata.”; |
|
(7) |
fil-punt 7.7.2.3 fid-didaskalija tal-ekwazzjoni (6-16), it-tieni ringiela tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(8) |
fil-punt 8.2.3.5, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Madankollu, jekk tkun mistennija massa tal-PM ta' 400 μg jew aktar, il-mezzi tal-kampjun għandhom jiġu stabbilizzati għal mill-inqas 60 minuta.”; |
|
(9) |
fil-punt 9.2.1(c), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(10) |
fil-punt 9.2.2(g), l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Għall-kampjunar tal-PM, il-fluss diġà proporzjonat li jkun ġej mis-CVS jgħaddi minn dilwizzjoni sekondarja (waħda jew aktar) biex jinkiseb il-proporzjon globali tad-dilwizzjoni mitlub kif muri fil-Figura 6.7 u kif stabbilit fil-punt 9.2.3.2;”; |
|
(11) |
fil-punt 9.2.3.1, fl-ewwel paragrafu, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Dawn għandhom jissodisfaw kriterji oħrajn bħal fil-punti 8.1.8.6(kalibrazzjoni perjodika) u 8.2.1.2 (validazzjoni) għal PFD b'dilwizzjoni varjabbli u fil-punt 8.1.4.5, kif ukoll fit-Tabella 6.5 (verifika tal-linearità) u fil-punt 8.1.8.5.7 (verifika) għal PFD b'dilwizzjoni kostanti.”; |
|
(12) |
fil-punt 9.2.3.3, l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Is-sistema tista' tintuża wkoll għal gass tal-egżost dilwit preċedentement fejn, permezz ta' proporzjon kostanti tad-dilwizzjoni, jiġi dilwit fluss diġà proporzjonat (ara l-Figura 6.7). Dan huwa l-mod kif issir dilwizzjoni sekondarja minn mina tas-CVS biex jinkiseb il-proporzjon globali tad-dilwizzjoni meħtieġ għall-kampjunar tal-PM.”; |
|
(13) |
fl-Appendiċi 4, fil-punt 3.4.1, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Id-differenza bejn ir-riżultati ta' qabel it-test u dawk ta' wara t-test għandha tkun inqas minn 2 % tal-iskala sħiħa.”. |
ANNESS XVII
L-Anness VII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.4.1.1 hu kkoreġut kif ġej:
|
|
(2) |
il-punt 3.9.5 jinbidel b'dan li ġej: “3.9.5. Kalibrazzjoni tas-CFV Uħud mill-miters tal-fluss tas-CFV jikkonsistu f'venturi wieħed, filwaqt li oħrajn jikkonsistu f'diversi venturijiet, fejn jintużaw kombinazzjonijiet differenti ta' venturijiet biex jitkejlu rati tal-fluss differenti. Għall-miters tal-fluss tas-CFV li jikkonsistu f'diversi venturijiet, tista' ssir kalibrazzjoni ta' kull venturi b'mod indipendenti biex jiġi ddeterminat koeffiċjent separat tar-rilaxx, C d, għal kull venturi, jew inkella ssir kalibrazzjoni ta' kull kombinazzjoni ta' venturijiet bħala venturi wieħed. Meta jiġu kkalibrati kombinazzjoni ta' venturijiet, is-somma tal-erja tal-gerżuma tal-venturijiet attivi tintuża bħala A t, l-għerq kwadrat tas-somma tal-kwadrati tad-dijametri tal-gerżuma tal-venturijiet attivi tintuża bħala d t, u l-proporzjon tal-gerżuma tal-venturi mad-dijametru tal-bokka tal-venturi hu l-proporzjon tal-għerq kwadrat tas-somma tad-dijametri tal-gerżuma tal-venturijiet attivi (d t) mad-dijametru tad-daħla komuni għall-venturijiet kollha (D). Biex jiġi ddeterminat is-C d għal venturi wieħed jew għal kombinazzjoni waħda ta' venturijiet, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:
|
|
(3) |
fl-Appendiċi 6, l-ekwazzjoni (7-180) tinbidel b'dan li ġej:
|
ANNESS XVIII
L-Anness VIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 hu kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 4.6, jitħassar il-kliem “kif mitlub minn”; |
|
(2) |
fl-Appendiċi 2, fil-punt 4, fit-tielet paragrafu taħt l-intestatura, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Din għandha tiġi kkumpensata b'wieħed mill-metodi deskritti fil-punt 7.”. |