02006D0146 — MT — 25.02.2006 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Frar 2006

dwar ċerti miżuri protettivi rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malażja (Peniżola) u l-Awstralja

(notifikata taħt dokument numru C(2006) 417)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/146/KE)

▼B

(ĠU L 055 25.2.2006, p. 44)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p.  166 (għaż-ŻEE)(2006/146/KE))




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Frar 2006

dwar ċerti miżuri protettivi rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malażja (Peniżola) u l-Awstralja

(notifikata taħt dokument numru C(2006) 417)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/146/KE)



Artikolu 1

1.  
L-importazzjoni ta’ friefet il-lejl tal-frott tal-ġeneru Pteropus mill-Malażja (Peniżola) u l-Awstralja hi pprojbita.
2.  

B’deroga mill-paragrafu 1 u minghajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, friefet il-lejl tal-frott tal-ġeneru Pteropus jistgħu jiġu importati b’dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-annimali jkunu ġejjin minn kolonji fejn ikunu miżmuma,

(b) 

l-annimali jkunu nżammu f’post ta’ kwarantina għal mill-inqas 60 jum,

(c) 

l-annimali jkunu ġew sottomessi b’riżultat negattiv għal newtralizzazzjoni ta’ serum jew eżami ELISA approvat għal antikorpi kontra vajrus ta’ mard Hendra u Nipah, magħmul f’laboratorju approvat għal eżamijiet bħal dawn mill-awtoritajiet kompetenti minn kampjun ta’ demm meħud darbtejn b’intervall ta’ minn 21 sa 30 jum, it-tieni kampjun ikun meħud sa 10t ijiem qabel l-esportazzjoni.

Artikolu 2

1.  
L-importazzjonijiet ta’ klieb u qtates mill-Malażja (Peniżola) huma pprojbiti.
2.  

B’deroga mill-paragrafu 1 klieb u qtates jistgħu jiġu importati taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-annimali ma kellhomx kuntatt ma’ ħnieżer għallinqas matul is-60 jum ta’ qabel l-esportazzjoni,

(b) 

l-annimali ma kinux miżmuma f’postijiet fejn matul l-aħħar 60 jum ġew ikkonfermati każi ta’ marda Nipah,

(c) 

l-annimali ġew sottomessi b’riżultat negattiv għal test IgG capture ELISA magħmul f’laboratorju approvat għal eżamijiet ta’ antikorpi kontra l-vajrus tal-marda Nipah mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti fuq kampjun ta’ demm meħud sa 10t ijiem qabel l-esportazzjoni.

3.  
Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal klieb u qtates fi vjaġġ, bil-patt li jibqgħu fl-ambitu ta’ ajruport internazzjonali.

Artikolu 3

1.  
L-importazzjonijiet ta’ qtates mill-Awstralja huma pprojbiti.
2.  
B’deroga minn paragrafu 1, il-qtates jistgħu jiġu importati taħt il-kundizzjoni li l-annimali ma kinux miżmuma f’postijiet fejn matul l-aħħar 60 jum ġew ikkonfermati każi ta’ marda Hendra.
3.  
Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal qtates fi vjaġġ, bil-patt li jibqgħu fl-ambitu ta’ ajruport internazzjonali.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 1999/507/KE hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I



Id-Deċiżjoni mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/507/KE

(ĠU L 194, 27.7.1999, p. 66)

—  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/643/KE

(ĠU L 255, 30.9.1999, p. 38)

—  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/6/KE

(ĠU L 3, 6.1.2000, p. 29)

—  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/708/KE

(ĠU L 289, 16.11.2000, p. 41)




ANNESS II



Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Deċiżjoni 1999/507/KE

Din id-Deċiżjoni

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(2), kliem introduttorju

L-Artikolu 1(2), kliem introduttorju

L-Artikolu 1(2), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 1(2)(a)

L-Artikolu 1(2), it-tieni inċiż

L-Artikolu 1(2)(b)

L-Artikolu 1(2), it-tielet inċiż

L-Artikolu 1(2)(c)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2(2), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(2), kliem introduttorju

L-Artikolu 2(2), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 2(2)(a)

L-Artikolu 2(2), it-tieni inċiż

L-Artikolu 2(2)(b)

L-Artikolu 2(2), it-tielet inċiż

L-Artikolu 2(2)(c)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

—

—

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

—

L-Anness I

—

L-Anness II