European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/159

25.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 160/2021

tat-23 ta’ April 2021

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/159]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1675 tal-11 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 32fhd (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 D 1675: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1675 tal-11 ta’ Novembru 2020 (ĠU L 378, 12.11.2020, p. 5).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1675 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 378, 12.11.2020, p. 5.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/159/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)