Official Journal L 063 , 28/02/2004 P. 0015 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 361/2004 tas-27 ta' Frar 2004 illi jemenda r-Regolament (KE) Nru 2497/96 illi jistipula l-proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ta' l-arranġamenti stipulati fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/917/KE tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta' l-Iżrael illi jittratta l-miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni u r-rimpjazzar tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni KE-Iżrael [1], u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu, Billi: (1) Id-Deċiżjoni 2003/917/KE tistipula li jkun hemm liberaliżżazzjoni akbar fil-kummerċ tal-prodotti agrikoli fl-isfond tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Iżrael, tirrimpjazza l-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni, u partikolarment testendi l-konċessjonijiet għall-kummerċ fil-laħam tat-tjur. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 [2] għandu jiġi adattat sabiex jieħu kont tal-konċessjonijiet estiżi għall-kummerċ fil-laħam tat-tjur fl-isfond tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Iżrael approvati permezz tad-Deċiżjoni 2003/917/KE. (3) Id-Deċiżjoni 2003/917/KE kienet ġiet ippublikata biss fl-aħħar ġurnata ta' Diċembru 2003 liema data ma' tgħatx iċ-ċans illi l-operaturi japplikaw l-konċessjonijiet ġodda ta' l-importazzjoni applikabbli mill-1 ta' Jannar 2004 fil-perjodi stabbiliti għall-applikazzjonijiet normali fir-Regolament (KE) Nru 2497/96, u l-perjodu għall-applikazzjonijiet tal-liċenzi taħt l-konċessjonijiet ġodda ta' l-importazzjoni għandha tiġi ffissata għall-Marzu 2004. (4) L-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea, fl-1 ta' Mejju 2004, tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom iħallu lil dawk il-pajjiżi li jibbenefikaw mill-kwoti tat-tariffi fis-settur tal-laħam tat-tjur imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 2497/96, taħt kondizzjonijiet ekwi ma' dawk applikabbli għall-Istati Membri attwali. Għandha għalhekk tingħata l-possibilità lill-operaturi f'dawk l-Istati li jibbenefikaw għal kollox minn dawn il-kwoti wara l-adeżjoni tagħhom. (5) Sabiex ma' tinħoloqx distorzjoni fis-suq qabel u wara l-1 ta' Mejju 2004, il-perjodi tal-kummerċ għandhom jiġu modifikati, għas-sena 2004, mingħajr madankollu ma' jiġu modifikati l-kwantitajiet totali stipulati mid-Deċiżjoni 2003/917/KE. Huwa wkoll xieraq illi jiġu adattati l-miżuri ta' l-implimentazzjoni għar-riġward tad-data tad-dħul ta' l-applikazzjonijiet. (6) Billi l-perjodu għall-applikazzjonijiet tal-liċenzi taħt il-konċessjonijiet ġodda ta' l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2004 u mill-1 ta' April sat-30 ta' April 2004 jabblu, għar-raġuni tas-semplicità, il-kwantitajiet rilevanti għal kull perjodu għandhom jiġu magħquda. (7) Ir-Regolament (KE) Nru 2497/96 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens. (8) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal Kumitat ta' ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2497/96 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-importazzjoni kollha fil-Komunità taħt l-arranġamenti stipulati fil-Protokoll 1 tal Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Iżrael tal-prodotti fi gruppi IL1 u IL2 kif imsemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament tiġi suġġetta għall-preżentazzjoni tal-liċenzi ta' l-importazzjoni"; 2. Fl-Artikolu 2 is-sub-paragrafu segwenti jiġi miżjud: "Madankollu, fis-sena 2004, il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu mqassma kif gej: - 33 % fil-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April, - 17 %fil-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju, - 25 % fil-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru, - 25 % fil-perjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru."; 3. Fl-Artikolu 4(1) is-sub-paragrafu segwenti jiġi miżjud: "Madankollu, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2004 u mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju 2004 l-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandhom jiġu mitfugħa rispettivament matul l-ewwel sebat ijiem ta' Marzu u ta' Mejju 2004."; 4. L-Anness I jiġi mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mill-1 ta' Marzu 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Frar 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 346, 31.12.03, pġ. 65. [2] ĠU L 338, 28.12.96, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1043/2001 (ĠU L 145, 31.05.01, pġ. 24). -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS I Numru tal-G rupp | Numru tal-Ordni | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Riduzzjoni tat-tariffa MFN tad-dwana (%) | Kwoti tat-tariffi (tunnellati metriki) | 1.1.- 31.12.2004 | 1.1.- 31.12.2005 | 1.1.- 31.12.2006 | 1.1.- 31.12.2007 | u s-snin ta' wara | IL1 | 09.4092 | 020725 | Dundjani mhumiex mqatta', iffriżati | 100 | 1442,0 | 1484,0 | 1526,0 | 1568,0 | 1568,0 | 02072710 | Bċejjeċ tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati | 02072730/40/50/60/70 | Bċejjeċ tad-dundjani, bil-għadam magħhom, iffriżati | IL2 | 09.4091 | ex020732 | Laħam tal-papri u l-wiżż, mhux mqatta' f'biċċiet, frisk jew mkessaħ | 100 | 515,0 | 530,0 | 545,0 | 560,0 | 560,0 | ex020733 | Laħam tal-papri u l-wiżż, mhux mqatta' f'biċċiet, iffriżat | ex020735 | Laħam ieħor u interjuri li jittieklu tal-papri u l-wiżż, frisk jew imkessaħ | ex020736 | Laħam ieħor u interjuri li jittieklu tal-papri u l-wiżż, iffriżat | --------------------------------------------------