16.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 276/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9476 — Toyota Tsusho/Toyota Tsusho India/Maruti Suzuki India/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 276/08)

1.   

Fil-5 ta' Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Toyota Tsusho India Private Limited (l-Indja) (“Toyota India”) u l-kumpanija prinċipali tagħha, it-Toyota Tsusho Corporation (il-Ġappun) (“Toyota”),

—

Maruti Suzuki India Limited (l-Indja) (“Suzuki India”), sussidjarja tas-Suzuki Motor Corporation (il-Ġappun) (“Suzuki”),

—

joint venture maħluqa ġdida (“il-JV”) (l-Indja).

Toyota u Suzuki jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Toyota: fost attivitajiet oħra f’varjetà ta’ setturi tal-industrija, l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-akkwist u l-bejgħ ta’ partijiet tal-karozzi u tal-ajurplani, kif ukoll il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ karozzi;

—   Suzuki: fost attivitajiet oħra, il-manifattura, ix-xiri u l-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur, komponenti u spare parts;

—   il-JV: fost attivitajiet oħra, il-provvista, l-iżmantellar u l-ipproċessar ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ scrap u prodotti oħra minn attivitajiet bħal dawn fl-Indja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9476 — Toyota Tsusho/Toyota Tsusho India/Maruti Suzuki India/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.