23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 640/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għal muturi tal-elettriku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodiżinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti, u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali mingħajr ma jinvolvu spejjeż żejda.

(2)

L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżura implimentattiva dwar prodotti użati fis-sistemi tal-muturi tal-elettriku.

(3)

Il-muturi tal-elettriku huma l-iktar tip importanti ta' karga elettrika f'industriji fi ħdan il-Komunità fejn huma użati muturi fil-proċessi ta' produzzjoni. Is-sistemi li fihom joperaw dawn il-muturi jieħdu madwar 70 % tal-elettriku kkonsmat mill-industrija. Hemm potenzjal totali għal titjib kosteffikaċi tal-enerġija ta' dawn is-sistemi bil-mutur b'madwar 20 % għal 30 %. Wieħed mill-ikbar fatturi f'titjib bħal dan huwa l-użu ta' muturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Konsegwentement, il-muturi fis-sistemi ta' muturi tal-elettriku jirrappreżentaw prodott ta' prijorità li għalih iridu jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-ekodiżinn.

(4)

Is-sistemi ta' muturi tal-elettriku jinkludu għadd ta' prodotti li jużaw l-enerġija, bħal muturi, trażmissjonijiet, pompi jew fannijiet. Il-muturi u t-trażmissjonijiet b'veloċità varjabbli huma parti importanti minn dawn il-prodotti. Għalhekk, dan ir-Regolament jirrikjedi li ċerti tipi ta' muturi jkunu mgħammra bi trażmissjonijiet b'veloċità varjabbli.

(5)

Ħafna muturi huma integrati fi prodotti oħra mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq separatament jew jitqiegħdu fis-servizz skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/32/KE u d-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Sabiex jintlaħaq il-potenzjal kollu tal-iffrankar kosteffikaċi tal-enerġija, il-muturi li huma integrati fi prodotti oħra għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-muturi tal-elettriku. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(7)

L-istudju ta' tħejjija juri li l-muturi tal-elettriku jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità fi kwantitajiet kbar, bil-konsum tal-elettriku tagħhom fil-fażi ta' użu tkun l-iktar aspett ambjentali sinifikanti mill-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, u bil-konsum ta' elettriku annwali tagħhom jwassal sa 1 067 TWh fl-2005, li jsarrfu f'427 Mt tal-emissjonijiet ta' CO2. Fin-nuqqas ta' miżuri sabiex ikun hemm limitu għal dan il-konsum, huwa previst li l-konsum tal-enerġija se jiżdied għal 1 252 TWh fl-2020. Ġie konkluż li l-konsum tal-enerġija fiċ-ċiklu tal-ħajja u l-konsum tal-elettriku fil-fażi ta' użu jistgħu jittejbu b'mod sinifikanti, partikolarment jekk il-muturi b'veloċità varjabbli u l-applikazzjonijet ta' karga jkunu mgħammra bi trażmissjonijiet.

(8)

L-istudju ta' tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku fl-użu huwa l-uniku parametru ta' ekodiżinn sinifikanti relatat mad-diżinn tal-prodott kif imsemmi fl-Anness I, il-Parti 1, tad-Direttiva 2005/32/KE.

(9)

It-titjib fil-konsum tal-elettriku tal-muturi tal-elettriku għandu jseħħ bl-użu ta’ teknoloġiji eżistenti ta’ dominju pubbliku kosteffiċjenti u li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u tat-tħaddim tagħhom.

(10)

Ir-rekwiżiti ta' ekodiżinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija għal muturi fil-Komunità kollha, u b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali ta' dawn il-prodotti.

(11)

Għandu jingħata qafas ta' żmien xieraq lill-produtturi sabiex jiddiżinjaw mill-ġdid il-prodotti. L-iffissar ta' żmien għandu jsir b’tali mod li l-impatti negattivi fuq il-funzjonalità tal-muturi jiġu evitati, u l-impatti fuq in-nefqa għall-produtturi, partikolarment fl-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, jiġu meqjusa, filwaqt li jiġi żgurat il-ksib f'waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi determinat permezz ta' metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar żviluppati rikonoxxuti inkluż, fejn dawn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpijiet ta' standardazzjoni Ewropej, kif imniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3).

(13)

Dan ir-Regolament għandu jżid il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jtejbu l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-muturi tal-elettriku, li għandu jwassal għal iffrankar fl-enerġija tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 5 500 PJ (4) u għal iffrankar ta’ elettriku ta' 135 TWh sal-2020, imqabbel mas-sitwazzjoni fejn ma tittieħed l-ebda miżura.

(14)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(15)

Sabiex il-kontrolli ta' konformità jiġu ffaċilitati, il-produtturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/32/KE fid-dokumentazzjoni teknika.

(16)

Sabiex jiġi llimitat iktar l-impatt ambjentali tal-muturi, il-produtturi għandhom jipprovdu informazzjoni relevanti fuq iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi fl-aħħar tal-ħajja tagħhom.

(17)

Għandhom jiġu identifikati punti ta' referenza għat-teknoloġiji b'effiċjenza għolja ta' enerġija li huma attwalment disponibbli. Dan għandu jgħin sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċessibbiltà faċli tal-informazzjoni, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta' diżinn għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' ekodiżinn għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta' muturi, inkluż fejn huma integrati f'prodotti oħra.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

muturi ddiżinjati sabiex joperaw waqt li jkunu kompletament mgħaddsa f'likwidu;

(b)

muturi kompletament integrati fi prodott (pereżempju tagħmir, pompa, fann jew kompressur) fejn il-prestazzjoni tal-qawwa tagħhom ma tistax tiġi ttestjata indipendentement mill-prodott;

(c)

muturi speċifikament iddiżinjati sabiex jaħdmu:

(i)

f’altitudnijiet ta' iktar minn 1 000 metru ’il fuq mil-livell tal-baħar;

(ii)

fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma ta' iktar minn 40 °C;

(iii)

f’temperatura massima waqt il-ħidma ta' iktar minn 400 °C;

(iv)

fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma ta' inqas minn – 15 °C għal kwalunkwe mutur jew ta' inqas minn 0 °C għal mutur bit-tkessiħ tal-arja;

(v)

fejn it-temperatura tal-ilma tat-tkessiħ fil-bokka tal-prodott, hija ta' inqas minn 5 °C jew ta' iktar minn 25 °C

(vi)

f’atmosferi potenzjalment esplożivi kif definiti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/9/KE (5)

(d)

muturi tal-brejkijiet;

barra fejn għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Anness 1, il-Punt 2: (3), (4), (5), (6), (12).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Mutur” tfisser mutur ta' induzzjoni tat-tip squirrel cage, b'veloċità elettrika waħda, bi tliet fażijiet ta' 50 Hż jew 50/60 Hz li;

—

għandu minn 2 sa 6 poli;

—

għandu vultaġġ nominali ta' UN ta' mhux iktar minn 1 000 V;

—

għandu prestazzjoni nominali ta' PN bejn 0,75 kW u 375 kW;

—

huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' operazzjoni kontinwa.

(2)

“Trażmissjoni b'veloċità varjabbli” tfisser konvertitur tal-enerġija elettronika li jadatta kontinwament l-enerġija elettrika mogħtija lill-mutur tal-elettriku sabiex jikkontrolla l-ħruġ mekkaniku tal-enerġija tal-mutur skont il-veloċita torque karratteristika tal-karga (trażmessa mill-mutur), billi jaġġusta l-provvista ta' enerġija bi tliet fażijiet ta' 50 Hz għal frekwenza varjabbli u vultaġġ mogħti lill-mutur.

(3)

“Mutur ta' induzzjoni tat-tip squirrel cage” tfisser mutur tal-elettriku mingħajr faħmiet, kommutatur, ċrieki tal-kuntatt (slip rings) jew konnessjonijiet elettriċi mar-rotor.

(4)

“Fażi” tfisser it-tip ta' konfigurazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-mejns;

(5)

“Pol” tfisser l-għadd totali ta' poli manjetiċi tramuntana u nofsinhar prodotti mill-kamp manjetiku li jdur tal-mutur. L-għadd ta' poli jiddetermina l-veloċità bażi tal-mutur.

(6)

“Operazzjoni ta' ħidma kontinwa” tfisser il-kapaċità ta' mutur elettriku b'sistema ta' tkessiħ integrata sabiex jopera b'karga nominali mingħajr interruzzjoni taħt l-għoli tat-temperatura massima nominali.

(7)

“Mutur tal-brejk” tfisser mutur mgħammar bi brejk b'unità elettromekkanika li jopera direttament fuq ix-xaft tal-mutur mingħajr igganċjar.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta' ekodiżinn

Ir-rekwiżiti ta' ekodiżinn għall-muturi huma msemmija fl-Anness I.

Kull rekwiżit ta' ekodiżinn għandu japplika skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(1)

mis-16 ta' Ġunju 2011, il-muturi għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mill-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1;

(2)

mill-1 ta’ Jannar 2015:

(i)

il-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 7,5-375 kW għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mil-livell ta' effiċjenza IE3, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, jew jilħqu l-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, u jkunu mgħammra bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli.

(3)

mill-1 ta’ Jannar 2017:

(i)

il-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 0,75-375 kW għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mil-livell ta' effiċjenza IE3, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, jew jilħqu l-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, u jkunu mgħammra bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli.

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-prodott għall-muturi huma kif stipulati fl-Anness I. Il-konformità mar-rekwiżiti ta' ekodiżinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-diżinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew tas-sistema ta' ġestjoni għal valutazzjoni ta' konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika definita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ Referenza indikattivi

Il-punti ta’ referenza indikattivi għall-muturi bl-aqwa prestazzjoni, li huma disponibbli bħalissa fis-suq huma identifikati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku kemm fuq il-muturi kif ukoll fuq it-trażmissjonijiet mhux iktar tard minn seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn. Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-effiċjenza, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tar-riżorsi u l-livell ta' dubju fil-kejl.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(2)   ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(4)  1 TWh = 3.6 PJ.

(5)   ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1.


ANNESS I

REKWIŻITI TA' EKODIŻINN GĦALL-MUTURI

(1)   REKWIŻITI TA' EFFIĊJENZA TAL-MUTUR

Ir-rekwiżiti minimi nominali ta' effiċjenza għal muturi huma stipulati fit-Tabella 1 u 2.

Tabella 1

Effiċjenzi minimi nominali (%) għal-livell ta' effiċjenza IE2 (50 Hz)

Ħruġ ta' qawwa nominali

kW

Għadd ta' poli

2

4

6

0,75

77,4

79,6

75,9

1,1

79,6

81,4

78,1

1,5

81,3

82,8

79,8

2,2

83,2

84,3

81,8

3

84,6

85,5

83,3

4

85,8

86,6

84,6

5,5

87,0

87,7

86,0

7,5

88,1

88,7

87,2

11

89,4

89,8

88,7

15

90,3

90,6

89,7

18,5

90,9

91,2

90,4

22

91,3

91,6

90,9

30

92,0

92,3

91,7

37

92,5

92,7

92,2

45

92,9

93,1

92,7

55

93,2

93,5

93,1

75

93,8

94,0

93,7

90

94,1

94,2

94,0

110

94,3

94,5

94,3

132

94,6

94,7

94,6

160

94,8

94,9

94,8

200 sa 375

95,0

95,1

95,0


Tabella 2

Effiċjenzi minimi nominali (%) għal-livell ta' effiċjenza IE3 (50 Hz)

Ħruġ ta' qawwa nominali

kW

Għadd ta' poli

2

4

6

0,75

80,7

82,5

78,9

1,1

82,7

84,1

81,0

1,5

84,2

85,3

82,5

2,2

85,9

86,7

84,3

3

87,1

87,7

85,6

4

88,1

88,6

86,8

5,5

89,2

89,6

88,0

7,5

90,1

90,4

89,1

11

91,2

91,4

90,3

15

91,9

92,1

91,2

18,5

92,4

92,6

91,7

22

92,7

93,0

92,2

30

93,3

93,6

92,9

37

93,7

93,9

93,3

45

94,0

94,2

93,7

55

94,3

94,6

94,1

75

94,7

95,0

94,6

90

95,0

95,2

94,9

110

95,2

95,4

95,1

132

95,4

95,6

95,4

160

95,6

95,8

95,6

200 sa 375

95,8

96,0

95,8

(2)   REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI TAL-PRODOTT DWAR IL-MUTURI

Mis-16 ta' Ġunju 2011, l-informazzjoni dwar il-muturi msemmija fil-punti (1) sa (12) għandhom jintwerew b'mod viżibbli fuq:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika tal-muturi;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika ta' prodotti li fihom hemm inkorporati l-muturi;

(c)

aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi tal-muturi;

(d)

aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi tal-prodotti li fihom hemm inkorporati l-muturi.

Fil-każ ta' dokumentazzjoni teknika, l-informazzjoni għandha tkun mogħtija skont l-ordni kif preżentat fil-punti (1) sa (12). Ma hemmx għalfejn jintuża l-istess kliem eżatt bħal ma hawn fil-lista. Jista’ jkun muri bl-użu ta’ grafika, ċifri jew simboli, iktar milli kliem.

(1)

l-effiċjenza nominali (η) fuq qawwa sħiħa, 75 % u 50 % ta' karga u vultaġġ nominali (UN);

(2)

il-livell ta' effiċjenza: “IE2” jew “IE3”;

(3)

is-sena tal-manifattura;

(4)

l-isem tal-produttur jew it-trejdmark, in-numru ta' reġistrazzjoni kummerċjali u l-post tal-produttur;

(5)

in-numru tal-mudell tal-prodott;

(6)

l-għadd ta' poli tal-mutur;

(7)

il-prestazzjoni(jiet) nominali ta' potenza jew il-medda ta' prestazzjoni nominali ta' potenza (kW);

(8)

il-frekwenza/i tad-dħul nominali ta' frekwenza(i) tal-mutur (Hz);

(9)

il-vultaġġ nominali jew il-medda tal-vultaġġ nominali (V);

(10)

il-veloċità(jiet) nominali jew il-medda tal-vultaġġ nominali (rpm);

(11)

l-informazzjoni rileveanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu;

(12)

l-informazzjoni dwar il-firxa ta' kundizzjonijiet operatorji li għalihom il-mutur huwa ddiżenjat speċifikament:

(i)

altitudnijiet fuq il-livell tal-baħar;

(ii)

temperaturi tal-arja ambjentali, inkluż għal muturi mkessħin bl-arja;

(iii)

temperatura tal-ilma tat-tkessiħ fil-bokka tal-prodott;

(iv)

temperatura operatorja massima;

(v)

atmosferi potenzjalment esplożivi.

L-informazzjoni msemmija fil-punti 1, 2 u 3 għandha tkun immarkata b'mod li ma titħassarx fuq jew qrib il-pjanċja tal-klassifikazzjoni tal-mutur.

L-informazzjoni msemmija fil-punti 1 sa 12 ma hemmx għalfejn tkun ippubblikata fuq is-sit tal-internet li għandha aċċess bla ħlas tal-produttur tal-mutur għal muturi magħmulin apposta b'diżinn mekkaniku u elettroniku speċjali skont ir-rikjesta tal-klijent. L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti obbligatorji sabiex il-muturi, li ma jilħqux il-livell ta' effiċjenza IE3, ikunu mgħammra bi trasmissjoni b'veloċità varjabbli, għandha tkun esposta b'mod viżibbli fuq il-pjanċja tal-isem, id-dokumentazzjoni teknika u l-ippakkjar tal-mutur:

(a)

mill-1 ta' Jannar 2015 għall-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 7,5-375 kW,

(b)

mill-1 ta' Jannar 2017 għall-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 0,75-375 kW.

Il-produtturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed waqt l-immuntar, l-istallazzjoni, iż-żamma jew l-użu tal-muturi bi trasmissjoni b'veloċità varjabbli fid-dokumentazzjoni teknika, inkluż informazzjoni dwar kif tista' tiġi minimizzata l-firxa elettrika u manjetika mit-trasmissjonijiet b'veloċità varjabbli.

(3)   DEFINIZZJONIJIET GĦALL-FINIJIET TAL-ANNESS I

(1)

“Effiċjenza minima nominali” (η) tfisser l-effiċjenza bir-rata massima ta' karga u vultaġġ mingħajr tolleranzi.

(2)

“Tolleranza” tfisser il-varjazzjoni massima permessa fir-riżultat tat-test tal-kejl ta' kwalunkwe mutur imqabbel mal-valur dikjarat fuq il-pjanċja ta' klassifikazzjoni jew fid-dokumentazzjoni teknika.

ANNESS II

KEJL U KALKOLAZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' konformità u ta' verifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkolazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom huma meqjusa li għandhom livell baxx ta' dubju, inkluż metodi msemmija fid-dokumenti, li n-numru ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi:

L-effiċjenza tal-enerġija huwa l-proporzjoni tal-prestazzjoni ta' potenza mekkanika mal-potenza elettronika tal-konsum.

Il-livell ta' effiċjenza tal-mutur, kif speċifikat fl-Anness I, għandha tiġi determinata fuq prestazzjoni nominali ta' potenza (PN), vultaġġ nominali (UN), u frekwenza nominali (fN).

Id-differenza bejn il-prestazzjoni ta' potenza mekkanika u l-potenza elettronika tal-konsum hija kawżata mit-telf li qed iseħħ fil-mutur.

Il-kalkolu tat-telf totali għandu jsir permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

—

il-kejl tat-telf totali; jew

—

il-kalkolu tat-telf separat mgħoddi flimkien.


ANNESS III

PROĊEDURA TA’ VERIFIKAZZJONI

Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss.

2.

Il-mudell jiġi meqjus konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, jekk fl-effiċjenza nominali tal-mutur (η), it-telf (1-η) ma jvarjax mill-valuri ta' limitu stipulati fl-Anness I b'iktar minn 15 % tal-medda ta' potenza 0.75-150 kW u 10 % tal-medda ta' potenza 150-375 kW.

3.

Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx l-awtorita' ta' sorveljanza tas-suq għandha tittestja tliet unitajiet addizzjonali magħżula bl-addoċċ, minbarra għal muturi li huma prodotti fi kwantitajiet ta' inqas minn ħamsa fis-sena.

4.

L-istess mudell jiġi meqjus konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, jekk fl-effiċjenza nominali medja (η), it-telf (1-η) tat-tliet unitajiet imsemmija fil-punt 3 ma jvarjax mill-valuri stipulati fl-Anness I b'iktar minn 15 % tal-medda ta' potenza 0.75-150 kW u 10 % tal-medda ta' potenza > 150-375 kW.

5.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

Sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu japplika l-proċeduri msemmija fl-Anness II u metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, inkluż il-metodi stipulati fl-istandards li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS IV

PUNTI TA’ REFERENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-muturi ġiet identifikata bħala l-livell IE3, jew mutur IE3 mgħammar b'trażmissjoni b'veloċità varjabbli kif iddefinit fl-Anness I.