European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5374

3.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11886 — AAR / AIR FRANCE / XCELLE ASIA JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5374)

1.   

Fil-25 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AAR CORP (“AAR”, L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA),

—

Societe Air France (“Air France”, Franza),

—

xCelle Asia JV (“JV”, it-Tajlandja).

AAR u Air France jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ xCelle Asia.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

AAR hija fornitur ajruspazjali u tad-difiża globali li toffri firxa ta’ servizzi u prodotti tal-avjazzjoni, inklużi l-manutenzjoni, it-tiswija u r-reviżjoni (“MRO”), kif ukoll soluzzjonijiet tal-katina tal-provvista,

—

Air France hija involuta fin-negozju tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija flimkien mal-manutenzjoni ajrunawtika għal-linji tal-ajru.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta se jkunu dawn: il-forniment ta’ servizzi MRO għan-nacelles fir-reġjun tal-Asja/Paċifiku.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11886 — AAR / AIR FRANCE / XCELLE ASIA JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5374/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)