<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑19/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0019</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:466">EU:C:2017:466</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170615">15.6.2017</DATE> – KAWŻA C 19/16 P</P><P>AL FAQIH ET vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD><HT TYPE="SUP">Appell</HT> </KEYWORD><KEYWORD>Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK)</KEYWORD><KEYWORD>Ġlieda kontra t-terroriżmu</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al‑Qaida u t-Taliban</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 881/2002</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi inklużi fil-lista stabbilita mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni mill-ġdid ta’ dawn il-persuni fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 wara l-annullament tal-inklużjoni inizjali</KEYWORD><KEYWORD>Għajbien tal-persuna ġuridika matul il-proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Locus standi in judicio</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑19/16 P</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20160107">7 ta’ Jannar 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Al‑Bashir Mohammed Al‑Faqih</HT>, residenti f’Al Sharkasa, Misrata (il-Libja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Ghunia Abdrabbah</HT>, residenti f’Birmingham (ir-Renju Unit),</P><P><HT TYPE="BOLD">Taher Nasuf</HT>, residenti f’Manchester (ir-Renju Unit),</P><P><HT TYPE="BOLD">Sanabel Relief Agency Ltd</HT>, stabbilita f’Birmingham,</P><P>irrappreżentati minn N. Garcia‑Lora, solicitor, u E. Grieves, barrister,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Ronkes Agerbeek kif ukoll minn D. Gauci u J. Norris‑Usher, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn G. Étienne u J.‑P. Hix kif ukoll minn H. Marcos Fraile, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský u D. Šváby, Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Al‑Bashir Mohammed Al‑Faqih, Ghunia Abdrabbah u Taher Nasuf kif ukoll Sanabel Relief Agency Ltd jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20151028">28 ta’ Ottubru 2015</DATE>, Al‑Faqih <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (T‑134/11, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>is-sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:812">EU:T:2015:812</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), permezz ta’ liema din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1138/2010, tas-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, li jemenda għall-mija u erbgħin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al‑Qaida u t-Taliban (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="322" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 322, p. 4</REF.DOC.OJ>) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1139/2010, tas-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, li jemenda għall-mija u wieħed u erbgħin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al‑Qaida u t-Taliban (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="322" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 322, p. 6</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>atti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawhom.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew imsemmija mill-Qorti Ġenerali fil-punti 4 sa 20 tas-sentenza appellata u jistgħu jiġu sunti hekk kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-appellanti kienu s-suġġett, fil-kuntest tal-implementazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1390 (2002), ta’ miżuri restrittivi ta’ ffriżar tal-fondi tagħhom u assi finanzjarji oħrajn, adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-<DATE ISO="20020527">27 ta’ Mejju 2002</DATE>, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al‑Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban fl-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294). Dan ir-regolament ġie adottat sabiex jimplementa l-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK, tas-<DATE ISO="20020527">27 ta’ Mejju 2002</DATE>, dwar miżuri restrittivi fil-konfront ta’ Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al‑Qaida u t-Taliban u individwi oħrajn, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, u li jħassar il-Pożizzjonijiet Komuni 96/746/PESK, 1999/727/PESK, 2001/154/PESK u 2001/771/PESK (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 292).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Huma ġew inklużi għall-ewwel darba fil-lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ korpi koperti mill-iffriżar tal-fondi impost mill-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 881/2002, li jinsab fl-Anness I tal-imsemmi regolament (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>lista kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2006, tal-<DATE ISO="20060210">10 ta’ Frar 2006</DATE>, li jemenda għat-tlieta u sittin darba r-Regolament Nru 881/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="040" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 40, p. 13</REF.DOC.OJ>). Dan l-aħħar imsemmi regolament ġie adottat wara deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (iktar ’il quddiem il-“Kumitat tas-Sanzjonijiet), tas-<?PAGE NO="3"?><DATE ISO="20060207">7 ta’ Frar 2006</DATE>, li emendat il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li fir-rigward tagħhom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi stabbilit bl-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1390 (2002), billi inkludiet fiha b’mod partikolari l-isem tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/05 P u C‑415/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:461">EU:C:2008:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009, tad-<DATE ISO="20091229">29 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 881/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="346" PAGE.FIRST="42" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 346, p. 42</REF.DOC.OJ>), sabiex jistitwixxi proċedura ta’ inklużjoni fil-lista kontenzjuża li tiggarantixxi l-osservanza tad-drittijiet fundamentali tad-difiża tal-persuni kkonċernati u, b’mod partikolari, id-dritt tagħhom li jinstemgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>B’sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Al‑Faqih <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/06 sa T‑138/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:412">EU:T:2010:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 881/2002, sa fejn jikkonċerna lill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Bir-Regolament Nru 1138/2010, il-Kummissjoni Ewropea inkludiet mill-ġdid lil Sanabel Relief Agency fil-lista kontenzjuża. Il-premessa 3 tal-imsemmi regolament tesponi li l-Kummissjoni kkomunikat lil Sanabel Relief Agency, fix-xahar ta’ Awwissu 2009, dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet, imbagħad, fix-xahar ta’ Lulju 2010, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>dikjarazzjoni ta’ raġunijiet relatata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> u li Sanabel Relief Agency ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Bir-Regolament Nru 1139/2010, il-Kummissjoni inkludiet mill-ġdid lil Al‑Faqih, Abdrabbah, u Nasuf fuq l-imsemmija lista. Il-premessa 3 tal-imsemmi regolament tesponi li l-Kummissjoni kkomunikatilhom dikjarazzjoni ta’ raġunijiet, fit-22 ta’ Settembru, fis-7 ta’ Awwissu u fil-<DATE ISO="20090811">11 ta’ Awwissu 2009</DATE>, wara l-preżentata tar-rikors li ta lok għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Al‑Faqih <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/06 sa T‑138/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:412">EU:T:2010:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tat-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-Kummissjoni sussegwentement, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 640/2011, tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, li jemenda għall-mija u tnejn u ħamsin darba r-Regolament Nru 881/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="173" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 173, p. 1</REF.DOC.OJ>), ħassar l-ismijiet ta’ Al‑Faqih, Abdrabbah u Nasruf mill-lista kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tat-<DATE ISO="20131008">8 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Kummissjoni wkoll, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2013, tas-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li jemenda għall-mitejn u ħames darba r-Regolament Nru 881/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="277" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 277, p. 1</REF.DOC.OJ>), ħassar l-isem ta’ Sanabel Relief Agency mill-lista kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Is-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat quddiem ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, Al‑Faqih, Abdrabbah u Nasuf kif ukoll Sanabel Relief Agency ppreżentaw rikors intiż għall-annullament tar-Regolamenti Nri 1138/2010 u 1139/2010, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, l-appellanti qajmu erba’ motivi, wieħed dwar il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid ġestita mill-Kummissjoni dwar Sanabel Relief Agency u t-tlieta l-oħra dwar dik segwita fil-konfront ta’Al‑Faqih, Abdrabbah u Nasuf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 46 tas-sentenza appellata li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors dirett kontra r-Regolament Nru 1138/2010, li permezz tiegħu Sanabel Relief Agency ġiet inkluża mill-ġdid fil-lista kontenzjuża, peress li, skont ittra tal-awtoritajiet tar-Renju Unit tas-<DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, din tal-aħħar ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika u ma kellhiex iktar, għaldaqstant, <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija ddikjarat bħala ammissibbli r-rikors dirett kontra r-Regolament Nru 1139/2010, li bih it-tliet appellanti l-oħra, Al‑Faqih, Abdrabbah u Nasuf, ġew inklużi mill-ġdid fil-lista kontenzjuża.Fil-punti 47 sa 51 tas-sentenza appellata, hija qieset li dawn tal-aħħar għandhom interess ġuridiku għall-annullament tal-imsemmi regolament, minkejja t-tħassir sussegwenti ta’ isimhom mill-imsemmija lista bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 640/2011. Madankollu, hija ċaħdet, it-tliet motivi li jikkonċernawhom, rispettivament dwar l-irregolarità tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid ġestita mill-Kummissjoni, dwar il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mitluba mill-Artikolu 296 TFUE kif ukoll dwar il-ksur tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-atti kontenzjużi, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż;</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż;</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jqajmu erba’ aggravji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel tliet aggravji tagħhom, huma jikkontestaw l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali ta’ wieħed mill-motivi li huma kienu qajmu fl-ewwel istanza kif ukoll l-istħarriġ imwettaq minn din tal-aħħar fuq, minn naħa, il-legalità tal-inklużjoni mill-ġdid tagħhom fil-lista kontenzjuża, u iktar preċiżament, l-evalwazzjoni tal-Kummisjoni tal-elementi li jiġġustifikaw din l-inklużjoni mill-ġdid fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u, min-naħa l-oħra, il-motivazzjoni tal-atti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw, essenzjalment, il-konstatazzjoni mill-Qorti Ġenerali tan-nuqqas ta’ eżistenza ġuridika u <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> ta’ Sanabel Relief Agency. F’dan ir-rigward, huma jsostnu prinċipalment li, meta Sanabel Relief Agency ġiet inkluża fil-lista kontenzjuża, kellu jiġi rikonoxxut lilha dritt għal rikors sabiex tikkontesta din l-inklużjoni, anki jekk hija ġiet imħassra mill-imsemmija lista iktar tard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok għandu jiġi eżaminat ir-raba’ aggravju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta hija qieset li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn dan jikkonċerna lil Sanabel Relief Agency, peress li din tal-aħħar ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika, fis-sens tal-Artikolu 78(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ fid-data meta hija ddeċidiet, u għalhekk tilfet il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, huma jqisu li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha, f’dan ir-rigward, fuq l-Artikolu 78 tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha kif ukoll fuq l-ittra tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, tas-<DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, li ddikjaraw li Sanabel Relief Agency ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika, peress li hija ma kinitx iktar inkluża fir-Reġistru tal-Kummerċ tar-Renju Unit (Companies House Register) wara s-sena 2007 u ġiet imħassra mir-Reġistru tal-Karità tar-Renju Unit (Charity Commission Register) fit-<DATE ISO="20120128">28 ta’ Jannar 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn naħa, l-Artikolu 78 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali huwa irrilevanti, peress li din id-dispożizzjoni sempliċiment tirregola l-proċedura tal-preżentata tar-rikorsi promoturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, u essenzjalment, il-personalità ġuridika ta’ entità ma tiġix la konferita lanqas mitlufa permezz tal-inklużjoni jew it-tħassir tagħha mir-Reġistru tal-Kummerċ jew ir-Reġistru tal-Kummissjoni tal-Karità tar-Renju Unit. Jekk dan kien il-każ, Sanabel Relief Agency ma kienx ikollha l-personalità ġuridika sabiex titlob it-tħassir tagħha mil-lista kontenzjuża tas-sena 2007. Fi kwalunkwe każ, huma jsostnu li la l-fatti li wasslu lill-Kummissjoni tal-Karità tar-Renju Unit sabiex tħassar lil Sanabel Relief Agency mir-reġistru tagħha, lanqas ir-raġunijiet għal dan it-tħassir, ma jirriżultaw mid-deċiżjoni ta’ tħassir tat-<DATE ISO="20120128">28 ta’ Jannar 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huma jenfasizzaw, li s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li biha l-isem tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi huwa jiġi inkluż fil-lista stabbilita bl-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1390 (2002), hija bbażata fuq kriterji speċifiċi indipendenti mill-klassifikazzjonijiet li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali, u li din kienet ir-raġuni għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li approċċ formali ma kienx xieraq u li entità li kienet inkluża fil-lista setgħet titlob it-tħassir tagħha minn fuq din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huma jirrilevaw ukoll li, meta indikat fil-punt 45 tas-sentenza appellata li Sanabel Relief Agency mis-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE> ma kinitx iktar is-suġġett ta’ miżuri restrittivi, il-Qorti Ġenerali tidher li tibbaża d-deċiżjoni tagħha li ma tirrikonoxxix il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> ta’ Sanabel Relief Agency fuq bażi legali totalment differenti. Hija għalhekk ikkunsidrat li l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha entità għandha tkun irrikonoxxuta l-eżistenza ġuridika tagħha peress li hija s-suġġett ta’ miżuri restrittivi, ma tkunx applikabbli għal korp ta’ benefiċenza bħal Sanabel Relief Agency, peress li din tal-aħħar sa mis-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE> ma kinitx iktar is-suġġett ta’ miżuri restrittivi. Huma jqisu wkoll li l-Qorti Ġenerali kellha titlob lil Sanabel Relief Agency li tistabbilixxi l-interess ġuridiku tagħha, peress li dan kienet talbitu mingħand l-appellanti persuni fiżiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tagħhom ifformulati fid-dawl tan-nota ta’ intervent tal-Kunsill, li biha huma jsostnu li s-soluzzjoni stabbilita fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:331">EU:C:2013:331</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet ukoll applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu li l-Qorti Ġenerali ġustament ikkonstatat li Sanabel Relief Agency ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika u kienet tilfet il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> tagħha u, konsegwentement, hija kienet ġustament iddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tiddeċiedi dwarha. Barra minn hekk, huma jqisu li Sanabel Relief Agency ma tistax tinvoka s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa fejn, peress li ma hijiex organizzazzjoni klandestina, hija tinsab f’sitwazzjoni totalment differenti minn dik tal-Kurdistan Workers’ Party (PKK).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 42 u 46 tas-sentenza appellata li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn jikkonċerna lil Sanabel Relief Agency, peress li din tal-aħħar ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika, fis-sens tal-Artikolu 78(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ fid-data meta hija ddeċidiet, u għalhekk tilfet il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sabiex tagħmel dan, hija kkonstatat fil-punt 41 tas-sentenza appellata, li jirriżulta mill-ittra tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, tas-<DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, li Sanabel Relief Agency ma kinitx iktar inkluża fir-Reġistru tal-Kummerċ tar-Renju Unit wara s-sena 2007 u ġiet imħassra mir-Reġistru tal-Karità tar-Renju Unit matul is-sena 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 78(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ fid-data meta din tal-aħħar iddeċidiet, il-persuni ġuridiċi tad-dritt privat għandhom jistabbilixxu l-eżistenza ġuridika tagħhom, billi jannettu mar-rikors tagħhom prova ta’ din l-eżistenza, bħal estratt tar-Reġistru tal-Kummerċ, estratt tar-Reġistru tal-Assoċjazzjonijiet jew kull dokument ieħor uffiċjali. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal persuni ġuridiċi li jippreżentaw rikors għal annullament kontra att tal-Unjoni li jimponi miżuri restrittivi fuqhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess jirriżulta li, għalkemm Sanabel Relief Agency, fuq stedina tal-Qorti Ġenerali, stabbilixxiet l-eżistenza ġuridika tagħha billi pproduċiet dokument li joriġina mir-Reġistru tal-Kummissjoni ta’ Karità tar-Renju Unit, madankollu, din il-prova ġiet ikkonfutata matul il-proċedura permezz ta’ ittra tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li informat lill-Qorti Ġenerali bit-tħassir tagħha kemm mir-Reġistru tal-Kummerċ kif ukoll mir-Reġistru tal-Kummissjoni tal-Karità tar-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, fil-kuntest tal-appell tagħhom l-appellanti jsostnu sempliċiment li ma jistax jiġi konkluż li Sanabel Relief Agency ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika minħabba s-sempliċi fatt li hija kienet ġiet imħassra minn dawn iż-żewġ reġistri. Min-naħa l-oħra, huma ma jsostnux li l-evalwazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali fuq l-eżistenza ġuridika ta’ Sanabel Relief Agency kienet ibbażata fuq elementi materjalment mhux eżatti jew żnaturat il-provi miġjuba quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat bħala stabbilit li Sanabel Relief Agency ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika u għalhekk kienet nieqsa mill-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> quddiem il-Qorti Ġenerali fid-data meta din tal-aħħar iddeċidiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li persuna li isimha jkun inkluż fil-lista ta’ persuni msemmija minn miżuri restrittivi għandu jiġi rikonoxxut lilha tal-inqas interess morali li tikseb l-annullament ta’ din l-inklużjoni, u dan fid-dawl tal-konsegwenzi fuq ir-reputazzjoni tagħha, inklużi dawk ta’ wara t-tħassir ta’ isimha mill-imsemmija lista (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:331">EU:C:2013:331</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Iranian Offshore Engineering &amp; Construction vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑459/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:646">EU:C:2016:646</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, jibqa’ l-fatt li fil-każ ta’ persuna ġuridika tad-dritt privat, huwa neċessarju li din tal-aħħar ikollha eżistenza ġuridika, jew li r-rikors jiġu ppreżentat mill-aventi kawża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, kif jirriżulta mill-punt 35 ta’ din is-sentenza, huwa stabbilit li Sanabel Relief Agency ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika fid-data li fiha ddeċidiet il-Qorti Ġenerali. Min-naħa l-oħra, l-appellanti fl-ebda mument ma sostnew li r-rikors tagħhom, sa fejn jikkonċerna Sanabel Relief Agency, kien ġie ppreżentat minn persuni oħra fiżiċi jew ġuridiċi li jippreżentaw ruħhom bħala aventi kawża tagħha, u b’mod partikolari mill-fundaturi tagħha jew mexxejja preċedenti, inklużi Abdrabbah u Nasuf, rispettivament it-tieni u t-tielet appellanti fl-appell (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831020">20 ta’ Ottubru 1983</DATE>, <NAME.CASE>Gutmann vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>92/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:286">EU:C:1983:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0002">2</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Les Verts vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>294/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:166">EU:C:1986:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Bl-istess mod, peress li huwa stabbilit li Sanabel Relief Agency ma kellhiex iktar eżistenza ġuridika fid-data li fiha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, ma tistax tibbenefika mis-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-punt 112 ta’ din is-sentenza li, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea jqis li organizzazzjoni li l-eżistenza tagħha tkun tpoġġiet f’dubju tkompli jkollha eżistenza suffiċjenti biex tkun is-suġġett ta’ miżuri restrittivi, il-koerenza u l-ġustizzja jeħtieġu li jiġi rikonoxxut li din l-entità tkompli tgawdi eżistenza suffiċjenti sabiex tikkontesta din il-miżura. Fil-fatt, kull evalwazzjoni oħra jkollha bħala riżultat li organizzazzjoni tista’ tiġi inkluża fil-lista kontenzjuża mingħajr ma tkun tista’ tippreżenta rikors kontra din l-inklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li Sanabel Relief Agency, tinsab f’sitwazzjoni totalment differenti minn dik ta’ PKK, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 53 ta’ din is-sentenza, li l-konstatazzjonijiet ta’ fatt imwettqa mill-Qorti Ġenerali fid-digriet suġġett tal-appell, skont liema l-PKK ġiet xolta ma kinux eżatti u kienu jikkostitwixxu żnaturament tal-provi li kienu għad-dispożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddikjarat li ma kienx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn dan kien jikkonċerna Sanabel Relief Agency.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħal infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jilmentaw mal-Qorti Ġenerali li interpretat it-tielet motiv li kienu qajmu b’mod żbaljat, ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-proprjetà u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. Huma jikkritikawha li, fil-punti 81sa 90 tas-sentenza appellata, hija ċaħdet l-imsemmi motiv bl-applikazzjoni tal-Artikolu 44 tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha, mingħajr analiżi fil-mertu tal-provi li huma kienu pproduċew. B’hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tagħhom u/jew kisret il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ayadi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑527/09</NO.CASE> RENV, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:205">EU:T:2015:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Huma jsostnu li, permezz tal-imsemmi tielet motiv, huma jargumentaw b’mod preċiż li l-Kunsill u l-Kummissjoni kienu kisru b’mod sproporzjonat id-dritt tagħhom għar-rispett tal-ħajja privata. Huma jqisu li, bħala riżultat, il-Qorti Ġenerali kellha tagħmel evalwazzjoni tal-fatti li huma kienu ressqu fid-dawl tal-provi użati kontrihom mill-istituzzjonijiet. Huma jenfasizzaw li, f’dan ir-rigward, huma kienu invokaw fatt determinanti, jiġifieri li, fil-mument tal-inklużjoni tagħhom mill-ġdid fil-lista kontenzjuża, ir-Renju Unit, l-Istat Membru fl-oriġini tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ persuni koperti mill-iffriżar tal-fondi, kien jikkunsidra li huma ma kinux jissodisfaw iktar il-kriterji għall-inklużjoni f’din<?PAGE NO="8"?> il-lista. Huma jippreċiżaw li kienu indikaw, fil-punt 94 tar-rikors promotur tagħhom, li dawn il-provi juru li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet f’livell ta’ prova suffiċjenti li huma kienu jissodisfaw il-kriterji tar-Riżoluzzjoni 1617 (2005), b’tali mod li l-ksur tad-drittijiet tagħhom kien neċessarjament sproporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huma jikkunsidraw li l-pożizzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata hija inkompatibbli mas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ayadi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑527/09</NO.CASE> RENV, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:205">EU:T:2015:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-fatt li r-rikorrent ma kkontestax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>espliċitament<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> l-evalwazzjoni tal-fatti mwettqa mill-Kummissjoni ma jwaqqafhiex milli tivverifika l-eżatezza materjali ta’ dawn il-fatti, peress li hija qatt ma waqfet milli tikkontesta din l-evalwazzjoni fl-osservazzjonijiet tagħha u impliċitament fil-motivi l-oħra mqajma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu li l-Qorti Ġenerali ġustament ċaħdet it-tielet motiv imqajjem mill-appellanti, peress li r-rikors tagħhom ma ssodisfax ir-rekwiżiti ta’ kjarezza u preċiżjoni meħtieġa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 81 sa 90 tas-sentenza appellata, li t-tielet motiv imqajjem mill-appellanti fir-rikors tagħhom ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 44(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, kif emendati, u konsegwentement, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Qabel kollox, hija fakkret, f’dan ir-rigward, li dawn ir-rekwiżiti jimplikaw li l-elementi essenzjali ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom huwa bbażat rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jinftiehem mit-test tar-rikors stess u li dan tal-aħħar għandu, għalhekk, jispjega f’xiex jikkonsisti l-motiv li fuqu huwa bbażat ir-rikors, sempliċi dikjarazzjoni astratta ta’ din tal-aħħar ma tissodisfax l-imsemmija rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Sussegwentement, hija kkonstatat li l-argument li l-appellanti kienu bbażaw fuq il-ksur tad-dritt għall-proprjetà ma kinux żviluppati, l-uniċi punti rrilevati fir-rikors jirreferu għar-rekwiżiti tal-provi fil-qasam kriminali. Barra minn hekk, hija indikat li kienet staqsiet lill-appellanti matul is-seduta dwar il-portata tal-motiv tagħhom u li dawn tal-aħħar kienu ppreċiżaw li kellhom l-intenzjoni li jikkontestaw il-fondatezza tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqha l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha ta’ inklużjoni mill-ġdid fil-lista kontenzjuża, li jirriferu f’dan ir-rigward għall-punti 65, 94 u 95 tar-rikors tagħhom kif ukoll għall-osservazzjonijiet fuq il-konsegwenzi tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C-593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li huma kienu ppreżentaw fid-<DATE ISO="20130909">9 ta’ Settembru 2013</DATE>, wara l-preżentata tar-rikors tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija kkonstatat, minn naħa, li r-riferimenti għall-punti 94 u 95 tar-rikors kienu purament astratti u ma koprewx preċiżament ebda wieħed mir-raġunijiet li jinsabu fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom il-Kummissjoni kienet ibbażat id-deċiżjoni tagħha għall-inklużjoni mill-ġdid fil-lista kontenzjuża. Min-naħa l-oħra, hija rrilevat li ma kienx possibbli li tiġi rimedjata n-natura mhux intelliġibbli tal-motivi esposti fir-rikors permezz ta’ riferiment għall-annessi ta’ din tal-aħħar, kif ġie propost fil-punt 65 tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx li r-raġunijet li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tielet motiv tal-appellanti huma vvizzjati minn żball ta’ liġi, lanqas li din tal-aħħar żnaturat it-tielet motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-istess Statut, kif ukoll skont l-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, ir-rikors promotur għandu, b’mod partikolari, jindika s-suġġett tal-kawża u jinkludi t-talbiet u espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li sabiex rikors quddiem il-Qorti Ġenerali jkun ammissibbli, huwa neċessarju li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom ikun ibbażat jirriżultaw, minn tal-inqas fil-qosor, b’mod koerenti u li jinftiehem, mit-test tar-rikors innifsu. Jekk huwa veru li t-test tar-rikors jista’ jiġi sostnut u ssuplimentat, fuq punti speċifiċi, b’riferimenti għal siltiet partikolari minn dokumenti li jkunu annessi miegħu, riferiment globali għal dokumenti oħra ma jistax jikkumpensa għan-nuqqas tal-elementi essenzjali tal-argument ġuridiku, li għandhom jinsabu fir-rikors (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mastercard <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑382/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2201">EU:C:2014:2201</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:184">EU:C:2015:184</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-espożizzjoni sommarja tal-motivi li għandha tkun indikata fir-rikors kollu, fis-sens ta’ dawn l-artikoli, tfisser li dan tal-aħħar għandu jispjega f’xiex jikkonsisti l-motiv li fuqu huwa bbażat ir-rikors (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>MasterCard <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑382/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2201">EU:C:2014:2201</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, jirriżulta mill-eżami tar-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza mill-appellanti li għalkemm, mit-titolu stess tiegħu, it-tielet motiv kien formalment ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, l-ispjegazzjonijiet fil-qosor ħafna mressqa insostenn ta’ dan tal-aħħar jikkontestaw esklużivament l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-provi li jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-lista kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-appellanti sostnew li l-Kummissjoni kienet naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-avviż tal-Gvern tar-Renju Unit, li bih huma kienu ilhom li ma jissodisfawx iktar il-kriterji stabbiliti mir-Riżoluzzjoni 1617 (2005) sabiex jiġu inklużi f’din il-lista. Għalhekk l-argument tagħhom kien essenzjalment fuq il-livell ta’ prova meħieġa fil-livell tal-qasam kriminali u mhux fuq id-dritt għall-proprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat, li t-tielet motiv tar-rikors tagħhom ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 44(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, kif emendati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali żnaturat l-imsemmi motiv, peress li l-appellanti, fir-rikors tagħhom ma stabbilixxewx ir-rabta bejn ir-rekwiżiti fil-qasam tal-provi li huma kienu qed isostnu u l-ksur tad-dritt tagħhom għall-proprjetà u d-dritt tagħhom għar-rispett tal-ħajja privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ċaħdet, fil-punt 90 tas-sentenza appellata, it-tielet motiv tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, dirett kontra l-punti 78 u 79 tas-sentenza appellata, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx l-istħarriġ ġudizzjarju li kienet obbligata twettaq skont is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0120">120</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll 121). Hija la eżiġiet li l-fatti allegati mill-Kummissjoni jiġu sostanzjati, lanqas ma vverifikat jekk l-allegazzjonijiet magħmula kontrihom kinux qodma wisq. Hija lanqas ma kkunsidrat l-osservazzjonijiet iddettaljati li huma kienu indirizzaw lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti Ġenerali, li bihom ikkontestaw il-fondatezza tal-allegazzjonijiet magħmula kontra tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni, prinċipalment, li t-tieni aggravju tal-appellanti ma huwiex preċiż u huwa taħlita ta’ kunsiderazzjonijiet relatati mal-legalità esterna tal-atti kontenzjużi, b’mod partikolari l-obbligu tal-motivazzjoni, formalità sostanzjali, u tal-legalità interna ta’ dawn tal-aħħar, dwar il-fondatezza tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista kontenzjuża. Konsegwentement, dan l-aggravju ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-forom preskritti fl-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli. Huwa jqis, sussidjarjament, li, permezz tal-imsemmi aggravju, kull ma jagħmlu l-appellanti huwa li jifformulaw mill-ġdid l-ewwel aggravju tal-appell, relatat mal-kontestazzjoni tal-mertu tal-motivazzjoni li fuqha bbażat ruħha l-Kummissjoni sabiex tinkludi mill-ġdid lill-appellanti fil-lista kontenzjuża, u li għalhekk, fi kwalunkwe każ, għandu jiġi miċħud għall-istess raġunijiet bħal dawk imressqa fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel aggravju tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-aggravju, li jkopri l-punti 78 u 79 tas-sentenza appellata, li bihom il-Qorti Ġenerali kkonstatat li r-Regolament Nru 1139/2010 ma kienx ivvizzjat bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, huwa manifestament infondat. Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod preċiż il-kriterji tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jistabbilixxu li l-motivazzjoni għandha tidentifika r-raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti li bihom l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw jimponu miżuri restrittivi fuq persuna. Hija żżid li l-punti 120 u 121 ta’ din is-sentenza tal-aħħar ma kinux jikkonċernaw l-obbligu ta’ motivazzjoni, iżda l-evalwazzjoni tal-mertu tar-raġunijiet invokati, b’tali mod li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>l-appellanti jiżbaljaw il-mira tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-punt 80 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tiċħad bħala mhux fondat it-tieni motiv imqajjem mill-appellanti, dwar ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti kontenzjużi. Permezz ta’ dan il-motiv huma kienu kkontestaw in-natura vaga u insuffiċjenti tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni sabiex tinkludihom mill-ġdid fil-lista kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Hija fakkret, fil-punti 74 sa 76 ta’ din is-sentenza, ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-obbligu ta’ motivazzjoni jaffettwaw negattivament lill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 296 TFUE, il-Qorti Ġenerali enfasizzat b’mod partikolari li, konformement mal-punt 116 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C-593/10 P u C-595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dan l-obbligu jimplika fiċ-ċirkustanzi kollha, inkluż meta l-motivazzjoni tal-att tal-Unjoni jikkorrispondi ma’ motivi esposti minn entità internazzjonali, li din il-motivazzjoni tidentifika r-raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti, li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta għal miżuri restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeduċiet, fil-punt 77 tal-imsemmija sentenza li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ikun possibbli li wieħed jibbaża ruħu biss fuq id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet li inkludiet l-isem tal-persuni kkonċernati fil-lista kontenzjuża, sakemm din tal-aħħar ikun fiha r-raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti u dawn jibqgħu validi fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-persuni li huma inklużi fuq il-lista<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 78 u 79 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, indikat li r-Regolament Nru 1139/2010 irrefera għall-komunikazzjoni lill-appellanti tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u tal-osservazzjonijiet li dawn tal-aħħar setgħu jippreżentaw f’dan ir-rigward, u, min-naħa l-oħra, evalwaw il-motivazzjoni tal-imsemmija dikjarazzjoni, billi qiesu f’dan il-każ li dawn kienu konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), sa fejn huma kien fihom ir-raġunijiet individwali, speċifiċi u konkreti li jiġġustifikaw l-inklużjoni tal-appellanti fil-lista kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax jiġi allegat li, bir-raġunijiet mogħtija fl-imsemmija punti, li bihom il-Qorti Ġenerali evalwat il-motivazzjoni tal-inklużjoni mill-ġdid tal-appellanti fuq il-lista kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali ma vverifikatx li l-Kummissjoni kienet issodisfat l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha tal-atti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi ppreċiżat li l-appellanti ma allegawx li l-Qorti Ġenerali kienet żnaturat it-tieni motiv tar-rikors tagħhom fl-ewwel istanza, it-tieni aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra b’mod żbaljat li l-Kummissjoni kienet wettqet eżami bir-reqqa, imparzjali u awtonomu, għaliha nnifisha, tal-fatti invokati fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-atti kontenzjużi kif ukoll il-provi li jiskaġunaw u l-osservazzjonijiet li huma kienu pproduċew. F’dan ir-rigward, huma jenfasizzaw, li l-Qorti Ġenerali ma tidhirx li ħadet inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet bil-miktub u orali li kienu ppreżentaw matul il-proċedura, peress li ma wieġbet għal ebda wieħed mill-argumenti li huma kienu ressqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Huma jqisu li, fid-data tal-adozzjoni tal-atti kontenzjużi, il-Kummissjoni sempliċiment tat l-apparenza li kienet qed tivverifika l-proċess. Hija, essenzjalment ma osservatx ħlief b’ mod purament formali d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, mingħajr ma kkunsidrat li tikkontesta l-evalwazzjonijiet tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet fid-dawl tal-osservazzjonijiet tagħhom, aġir li l-Qorti Ġenerali diġà kellha l-opportunità li tiċċensura fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Kadi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑85/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:418">EU:T:2010:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), imbagħad fis-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140321">21 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Yusef vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑306/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:141">EU:T:2014:141</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ayadi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑527/09</NO.CASE> RENV, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:205">EU:T:2015:205</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-fatt li l-Kummissjoni ma stabbilixxiet ebda kuntatt mar-Renju Unit, li kien l-Istat Membru li kien fl-oriġini tal-inklużjoni tagħhom fil-listi ta’ persuni koperti mill-iffriżar tal-fondi u li ma kienx iktar favur l-inklużjoni mill-ġdid tagħhom fil-mument tal-adozzjoni tal-atti kontenzjużi, jistabbilixxi r-realtà ta’ dan l-aġir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti Ġenerali sempliċiment ikkonstatat, fil-punti 66 u 67 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>eżaminat mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> ir-raġunijiet tal-inklużjonijiet tas-<DATE ISO="20100416">16 ta’ April 2010</DATE> u kellha diskussjonijiet mal-Kumitat tas-Sanzjonijiet fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju</DATE>, <DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru</DATE> u <DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>. Madankollu, l-ebda prova ma tippermetti li tistabbilixxi li l-Kummissjoni effettivament evalwat il-provi li jiskaġunaw u l-fondatezza tar-raġunijiet allegati. Il-fatt li hija sempliċiment ikkomunikat l-osservazzjonijiet tal-appellanti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE> u li talbitu spjegazzjonijiet fuq ir-raġunijiet li għalihom l-appellanti ma ġewx irtirati mil-lista kontenzjuża ma jippermettix li jiġi stabbilit li l-Kummissjoni kienet evalwat għaliha nnifisha l-provi fil-pussess tal-awtoritajiet tar-Renju Unit. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 66 sa 70 tas-sentenza appellata, ivvalidat evalwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>mhux raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Il-Kunsill iqis li t-tielet aggravju tal-appellanti jkopri konstatazzjonijiet fattwali tal-Qorti Ġenerali u għalhekk għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. Huwa jsostni li, abbażi tal-proċess ta’ eżami mill-ġdid imwettaq mill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma żnaturat ebda wieħed mill-fatti ppreżenati fil-kuntest tal-ewwel u t-tieni motivi mqajma mill-appellanti fl-ewwel istanza. Fil-kuntest tal-appell, dawn tal-aħħar ma ressqux provi suffiċjenti sabiex juru li l-Qorti Ġenerali manifestament żnaturat il-provi li jikkonċernaw il-fatti relatati mal-proċedura segwita mill-Kummissjoni li kienu osservaw il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-appellanti, li kienu talbu essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja li teżamina mill-ġdid il-provi u l-fatti li fuqhom hija msejsa l-inklużjoni tagħhom fil-lista kontenzjuża, ma għamlu riferiment għal ebda dokument preċiż li jipprova li l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma materjalment mhux eżatti jew juru li hija żnaturat il-provi li ġew sottomessi lilha, b’tali mod li t-tielet aggravju tagħhom għandu jiġi ddikjarat bħala inammissibbli fl-appell tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Hija tqis ukoll li t-tliet argumenti ġeneriċi ħafna mressqa mill-appellanti insostenn tal-ilment tagħhom li bih il-Qorti Ġenerali kienet evalwat b’mod mhux raġonevoli l-fatti huma infondati. Qabel kollox, l-affermazzjoni li biha r-raġuni msemmija fil-punt 70 tas-sentenza appellata ma kinitx issostanzjata ma tistax tirnexxi, peress li l-Qorti Ġenerali kienet ġustament ikkonstatat li, minn naħa, il-Kummissjoni kienet ipproċediet b’eżami bir-reqqa, awtonomu u kritiku tal-osservazzjonijiet tal-appellanti u tal-inklużjoni tagħhom fuq il-lista tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi deċiżi mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u, min-naħa l-oħra, hija ma kinitx ittranskriviet mill-ġdid it-talbiet ta’ din tal-aħħar b’mod awtomatiku. Sussegwentement, l-argumenti tal-appellanti, li r-raġunijiet inklużi fil-punti 66 sa 70 tas-sentenza appellata huma inkompatibbli mas-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140321">21 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Yusef vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑306/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:141">EU:T:2014:141</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ayadi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑527/09</NO.CASE> RENV, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:205">EU:T:2015:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huma infondati peress li l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandhom jiġu evalwati skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ. Fl-aħħar nett, l-argument li l-punti 66 u 70 tas-sentenza appellata huma vvizzjati minn żball ta’ liġi, peres li ma ġie stabbilit l-ebda kuntatt mar-Renju Unit fi kwalunkwe mument huwa infondat. Fil-fatt, din il-ġurisprudenza ma tobbligax lill-Kummissjoni li tagħmel kuntatt mar-Renju Unit. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kkonsultat mal-kumitat ta’ ġestjoni tal-Unjoni, li fi ħdanu huma rrappreżentati l-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali, wara li eżaminat, fil-punti 59 sa 70 tas-sentenza appellata, l-ewwel motiv mqajjem mill-appellanti, dwar l-irregolarità tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid imwettaq mill-Kummissjoni, ċaħditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, hija fakkret, fil-punti 59 sa 65 tas-sentenza appellata, il-kliem li bihom il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C-593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iddefinixxiet l-obbligi imposti fuq l-istituzzjonijiet, dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, meta huma jadottaw deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ isem ta’ persuna f’lista ta’ persuni koperti minn miżuri restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija eżaminat, fil-punti 66 sa 70 tas-sentenza appellata, l-istadji differenti tal-proċedura segwita mill-Kummissjoni sabiex tadotta r-Regolament Nru 1139/2010 li inkluda mill-ġdid l-ismijiet tal-appellanti fil-lista kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Hija ddeduċiet li l-Kummissjoni kienet osservat it-tliet garanziji proċedurali rrilevati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), billi pproċediet b’eżami bir-reqqa, awtonomu u kritiku tal-osservazzjonijiet tal-partijiet kif ukoll tal-inklużjoni deċiża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u billi wettqet eżami profond u personali tal-konklużjonijiet ta’ dan tal-aħħar. Għaldaqstant, hija ddeċidiet, fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, li l-ewwel motiv tal-appellanti kellu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Issa, fil-kuntest tat-tielet aggravju tal-appell tagħhom, l-appellanti ma ressqu l-ebda prova ta’ natura li tistabbilixxi li l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma bbażati fuq provi materjalment mhux eżatti jew jirriżultaw minn żnaturament tal-provi li kienu sottomessi lilha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt, huma sempliċiment isostnu li l-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni kienet ipproċediet b’eżami bir-reqqa, imparzjali u awtonomu tal-kawża tagħhom. F’dan ir-rigward, huma jibbażaw ruħhom fuq iċ-ċirkustanza li r-Renju Unit, li kien fl-oriġini tal-inklużjoni tagħhom fil-lista tan-Nazzjonijiet Uniti, kien biddel il-pożizzjoni tiegħu radikalment fir-rigward tagħhom fix-xahar ta’ Novembru 2009, kif ukoll fuq l-iskambju ta’ korrispondenza li seħħ bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet li beda f’Settembru 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, jekk tali ċirkustanza setgħet tiġġustifika t-tħassir tagħhom minn fuq il-lista kontenzjuża, li huwa dak li finalment twettaq bl-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 640/2011, din ma kinitx, min-naħa l-oħra, tan-natura li twassal, fiha nnifisha, lill-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi li l-Kummissjoni naqset mill-obbligi tagħha u kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti billi adottat ir-Regolament Nru 1139/2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabel kollox, għandu jitfakkar li l-appellanti kienu ġew inklużi fil-lista kontenzjuża għall-ewwel darba permezz tar-Regolament Nru 246/2006, wara deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tas-<DATE ISO="20060207">7 ta’ Frar 2006</DATE>, li inkludiethom fil-lista tal-persuni u entitajiet koperti mill-miżuri restrittivi, stabbilita bl-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1390 (2002). Sussegwentement, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 881/2002 ġie annullat sa fejn jirrigwarda lill-appellanti, permezz ta’ sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100929">29 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Al‑Faqih <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/06 sa T-138/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:412">EU:T:2010:412</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), imsemmija fil-punt 6 ta’ din is-sentenza. Imbagħad, dawn tal-aħħar kienu ġew inklużi mill-ġdid fil-lista kontenzjuża permezz tar-Regolament Nru 1139/2010, suġġett ta’ rikors għal annullament miċħud mill-Qorti Ġenerali permezz tas-sentenza appellata. Fl-aħħar nett, huma ġew imħassra mil-lista kontenzjuża permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 640/2011, adottat wara deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tat-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE> li ħassarhom minn fuq il-lista tan-Nazzjonijiet Uniti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-premessi 2 sa 6 tar-Regolament Nru 1139/2010 dan kien ta’ natura retroattiva, peress li l-għan prinċipali tiegħu kien li jissostitwixxi r-Regolament Nru 881/2002, kif emendat bir-Regolament Nru 246/2006, sa fejn jirrigwarda lill-appellanti. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1139/2010 kien jindika espressament li dan tal-aħħar kien japplika mill-<DATE ISO="20060211">11 ta’ Frar 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-argument tal-appellanti għandu jiġi kkunsidrat bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tielet aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn tal-aħħar, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill u l-Kummissjoni talbu l-kundanna tal-appellanti u dawn tal-aħħar kellhom l-aggravji tagħhom miċħuda, hemm lok li Al—Bashir Mohammed Al‑Faqih, Ghunia Abdrabbar u Taher Nasuf jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Al‑Bashir Mohammed Al‑Faqih, Ghunia Abdrabbah u Taher Nasuf huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="14"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>