|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Diċembru 2012
dwar l-għajnuna mill-istat SA.20829 (C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)) Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI għal bini li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja
(notifikata bid-dokument C(2012) 9461)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/284/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fl-2006, il-Kummissjoni rċeviet bosta lmenti li essenzjalment irrigwardaw żewġ sistemi, li kienu relatati mal-eżenzjoni mit-taxxa muniċipali u mat-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi, jiġifieri:
|
|
(2) |
Wara lmenti li waslu rigward l-eżenzjoni mill-ICI msemmija hawn fuq, fil-5 ta’ Mejju 2006 il-Kummissjoni bagħtet l-ewwel talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Taljani. Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-Italja fis-6 ta’ Ġunju 2006 u wara d-dħul fis-seħħ ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni dwar l-ICI, permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Awwissu 2006 il-Kummissjoni infurmat lill-ilmentaturi li, fuq il-bażi ta’ analiżi preliminari, ma kien hemm ebda raġuni biex tkompli bl-investigazzjoni. |
|
(3) |
Madankollu, b’ittra tal-24 ta’ Ottubru 2006, l-ilmentaturi enfasizzaw għal darb’oħra n-nuqqas ta’ konformità tal-eżenzjoni mill-ICI għall-istituzzjonijiet mhux kummerċjali mal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni tenniet lill-ilmentaturi li, skont l-informazzjoni disponibbli, ma kien hemm ebda raġuni biex twettaq aktar investigazzjonijiet dwar din l-eżenzjoni. |
|
(4) |
F’Jannar u f’Settembru 2007 rispettivament, il-Kummissjoni rċeviet ittri oħra mingħand l-ilmentaturi rigward l-eżenzjoni mill-ICI. Fl-ittra tat-12 ta’ Settembru 2007, l-ilmentaturi ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn l-Artikolu 149 tat-Test Uniku dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “TUTD”), li ġie approvat bid-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 917 tat-22 ta’ Diċembru 1986. Dan l-Artikolu, fil-fehma tagħhom, offra trattament fiskali favorevoli biss lil istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u lil assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali. |
|
(5) |
Fil-5 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani u lill-ilmentaturi biex jippreżentaw aktar informazzjoni dwar l-allegati dispożizzjonijiet preferenzjali li semmew l-ilmentaturi. L-awtoritajiet Taljani pprovdew l-informazzjoni mitluba permezz ta’ ittri tat-3 ta’ Diċembru 2007 u tat-30 ta’ April 2008. L-ilmentaturi ppreżentaw ukoll informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Mejju 2008. |
|
(6) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2008, l-ilmentaturi bagħtu ittra ta’ intimazzjoni (Artikolu 265 tat-Trattat), li fiha talbu lill-Kummissjoni biex tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali u tadotta deċiżjoni formali dwar l-ilmenti tagħhom. |
|
(7) |
Fl-24 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni bagħtet talba ġdida għal informazzjoni lill-awtoritajiet Taljani, li wieġbu b’ittra tat-8 ta’ Diċembru 2008. |
|
(8) |
Permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni għarrfet lill-ilmentaturi li, fuq il-bażi ta’ analiżi preliminari, huma kkunsidraw li l-miżuri kkontestati ma jidhirx li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u li għalhekk ma kienx meħtieġ li titkompla l-investigazzjoni. |
|
(9) |
Fis-26 ta’ Jannar 2009, il-Ministeru tal-Finanzi Taljan ħareġ iċ-ċirkolari 2/DF (minn hawn ’il quddiem imsejħa iċ-“ċirkolari”) li tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-ICI għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali. Fit-2 ta’ Marzu 2009, l-ilmentaturi kitbu lill-Kummissjoni biex jesprimu n-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħhom rigward il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, u biex jikkritikaw l-imsemmija ċirkolari. |
|
(10) |
Fil-11 ta’ Jannar 2010, permezz ta’ ittra elettronika, l-ilmentaturi reġgħu talbu lill-Kummissjoni, anki fid-dawl tal-kontenut taċ-ċirkolari, biex tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Wara li ħadet nota taċ-ċirkolari, fil-15 ta’ Frar 2010 l-Kummissjoni bagħtet ittra lill-ilmentaturi, li fiha tenniet ir-raġunijiet imsemmija fl-ittra tagħha tad-19 ta’ Diċembru 2008. |
|
(11) |
Fis-26 ta’ April 2010, żewġ ilmentaturi ressqu rikorsi separati għal annullament quddiem il-Qorti kontra l-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2010 (2). Fuq talba tal-applikanti, fit-18 ta’ Novembru 2010 il-Qorti ordnat it-tħassir tal-kawża mir-reġistru (3). |
|
(12) |
Permezz tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ottubru 2010 (minn hawn ’il quddiem imsejħa id-“id-deċiżjoni ta’ ftuħ”), il-Kummissjoni bdiet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat, fir-rigward tal-eżenzjoni mill-ICI għal proprjetà immobbli li tintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi u b’referenza għall-Artikolu 149(4) tat-TUTD (4). Id-deċiżjoni ta’ ftuħ, li permezz tagħha l-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) fil-21 ta’ Diċembru 2010. |
|
(13) |
B’ittra tal-10 ta’ Novembru 2010, l-awtoritajiet Taljani talbu lill-Kummissjoni kopji tal-ittri mibgħuta lill-ilmentaturi bejn l-2006 u l-2010. L-ittri kienu ntbagħtu lill-Italja fit-2 ta’ Diċembru 2010. |
|
(14) |
Bejn il-21 ta’ Jannar 2011 u l-4 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ minn 80 parti interessata, li huma mniżżla fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
B’ittra tat-2 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Italja rigward id-deċiżjoni tal-ftuħ. Sussegwentement, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-partijiet terzi lill-awtoritajiet Taljani, li ppreżentaw il-ħsibijiet tagħhom fl-10 ta’ Ġunju 2011. |
|
(16) |
Fid-19 ta’ Lulju 2011 saret laqgħa teknika bejn l-awtoritajiet Taljani u l-Kummissjoni. |
|
(17) |
B’ittra tal-15 ta’ Frar 2012, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta liġi ġdida dwar it-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli u ħabbret li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, l-ICI kienet ġiet sostitwita bit-Taxxa Muniċipali Unika (Imposta Municipale Propria, minn hawn ’il quddiem imsejħa “TMU”). |
|
(18) |
Wara li l-Italja adottat il-Liġi Nru 27 tal-24 ta’ Marzu 2012, li stipulat, fost affarijiet oħra, dispożizzjonijiet ġodda għall-eżenzjoni mit-TMU għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jwettqu attivitajiet speċifiċi, u b’hekk ipposponiet id-definizzjoni ta’ għadd ta’ aspetti għal miżura ta’ implimentazzjoni suċċessiva, fis-16 ta’ Mejju 2012 il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Taljani. |
|
(19) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni addizzjonali mill-ilmentaturi, inkluż kummenti dwar ir-regolamenti l-ġodda dwar it-TMU, li fis-6 ta’ Lulju 2012 ġew mgħoddija lill-Istat Membru, sabiex dan ikun jista’ jesprimi l-opinjoni tiegħu rigward is-suġġett. |
|
(20) |
B’ittra tal-5 ta’ Settembru 2012, l-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba, kif ukoll il-ħsibijiet tagħha dwar il-kummenti minn partijiet interessati li kienu ġew mgħoddija fis-6 ta’ Lulju 2012. |
|
(21) |
Sussegwentement, b’ittra tal-21 ta’ Novembru 2012, l-awtoritajiet Taljani bagħtu lill-Kummissjoni kopja tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tat-TMU, li ġie adottat fid-19 ta’ Novembru 2012. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI
2.1. Eżenzjoni mit-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali
|
(22) |
Fl-1992, l-awtoritajiet Taljani introduċew taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli (ICI). Kif stabbilit mid-Digriet Leġiżlattiv nru 504 tat-30 ta’ Diċembru 1992, l-entitajiet soġġetti għat-taxxa kienu l-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li għandhom proprjetà immobbli (għal raġunijiet ta’ proprjetà, dritt ta’ użufrutt, użu, abitazzjoni jew kiri). It-taxxa kellha titħallas kemm minn min kien resident kif ukoll minn min ma kienx resident, irrispettivament mill-użu li kien isir mill-proprjetà, u din kienet tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-valur stmat tal-bini. |
|
(23) |
Skont l-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92, il-bini li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali maħsub biss għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ għajnuna, sigurtà soċjali, saħħa, edukazzjoni, akkomodazzjoni, kulturali, rikreattivi u sportivi, kif ukoll ta’ reliġjon u qima, kienu eżentati mill-ICI. |
|
(24) |
Skont l-Artikolu 7(2)(a) tad-Digriet-Liġi Nru 203 tat-30 ta’ Settembru 2005 (6), l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92 kienet applikabbli għall-attivitajiet indikati fl-istess ittra, anki jekk dawn kienu ta’ natura kummerċjali. L-Artikolu 39 tad-Digriet-Liġi nru 223 tal-4 ta’ Lulju 2006 (7) jistipula li l-eżenzjoni għandha tiġi applikata biss sakemm l-attivitajiet inkwistjoni ma jkunux ta’ natura kummerċjali biss. |
|
(25) |
L-awtoritajiet Taljani għamluha ċara li l-eżenzjoni mit-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli msemmija fl-Artikolu 7(1)(i) kellha tapplika biss meta jkun hemm żewġ kundizzjonijiet kumulattivi:
|
|
(26) |
Biċ-ċirkolari 2/DF tas-26 ta’ Jannar 2009, l-awtoritajiet Taljani stipulaw liema istituzzjonijiet setgħu jiġu meqjusa bħala li mhumiex ta’ natura kummerċjali, kif ukoll il-karatteristiki li kienu meħtieġa li jkollhom l-attivitajiet ta’ dawn tal-aħħar biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni inkwistjoni. |
|
(27) |
Iċ-ċirkolari fakkret fil-fatt li l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali jistgħu jkunu kemm pubbliċi kif ukoll privati. B’mod aktar preċiż, dawn li ġejjien kienu jitqiesu bħala li huma istituzzjonijiet pubbliċi mhux kummerċjali: l-Istat, ir-reġjuni, il-provinċji, il-muniċipalitajiet, il-kmamar tal-kummerċ, l-impriżi tas-saħħa, l-istituzzjonijiet pubbliċi stabbiliti esklussivament għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sigurtà soċjali, ta’ għajnuna u tas-saħħa, l-istituzzjonijiet pubbliċi mhux ekonomiċi, l-istituti għas-sigurtà soċjali u l-għajnuna, l-universitajiet u l-istituti ta’ riċerka kif ukoll l-impriżi pubbliċi għal servizzi personali (li qabel kienu magħrufa bħala IPAB). Eżempji ta’ istituzzjonijiet privati mhux kummerċjali imsemmija fiċ-ċirkolari jinkludu: l-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet u l-kumitati, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali, l-organizzazzjonijiet ta’ volontarjat, l-istituzzjonijiet li jiksbu l-kwalifika fiskali ta’ organizzazzjoni ta’ karità u l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi tal-Knisja Kattolika u ta’ denominazzjonijiet reliġjużi oħra. |
|
(28) |
Iċ-ċirkolari indikat ukoll li l-attivitajiet imwettqa fi proprjetajiet immobbli eżenti mill-ICI fil-fatt ma kellhomx ikunu disponibbli fis-suq (9) jew li dawn kellhom jitwettqu biex iwieġbu għal ħtiġijiet li huma soċjalment rilevanti u li mhux dejjem kienu jiġu ssodisfati minn entitajiet pubbliċi jew minn negozji privati. |
|
(29) |
Iċ-ċirkolari kienet tinkludi wkoll sensiela ta’ kriterji għall kull waħda mill-attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 7(1) (i), li permezz tagħhom seta’ jiġi stabbilit meta kull waħda minnhom kellha titqies bħala ta’ natura mhux purament kummerċjali (10). |
|
(30) |
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, l-ICI ġiet sostitwita mit-TMU. Fl-2012 ġew mibdula wkoll id-dispożizzjonijiet dwar it-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali, kif deskritt fit-taqsima 5. |
2.2 L-Artikolu 149 tat-Testu Uniku dwar it-Taxxa fuq id-Dħul
|
(31) |
L-Artikolu 149 jinsab fit-Titolu II, Kapitolu III tat-Test Uniku dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (TUTD). It-Titolu II jinkludi dispożizzjonijiet relatati mat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji u l-Kapitolu III jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tat-taxxa applikabbli għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali, bħal regoli għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa u għat-tassazzjoni tagħhom (11). L-Artikolu 149 jiddefinixxi l-kondizzjonijiet li jistgħu jwasslu għat-telf tal-“kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali”. |
|
(32) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 149(1) tat-TUTD jistabbilixi li istituzzjoni mhux kummerċjali titlef dan l-istatus jekk tkun twettaq prinċipalment attivitajiet kummerċjali għal sena fiskali sħiħa. |
|
(33) |
L-Artikolu 149(2) tat-TUTD jiddefinixxi “kwalifika kummerċjali” ta’ istituzzjoni f’termini ta’, pereżempju, prevalenza ta’ dħul minn attivitajiet kummerċjali fir-rigward ta’ dħul istituzzjonali kif ukoll f’termini ta’ prevalenza ta’ assi fissi marbutin mal-attività kummerċjali meta mqabbel mal-attivitajiet l-oħra (12). Il-forma ġuridika magħżula mill-istituzzjonijiet inkwistjoni bl-ebda mod ma taffettwa t-telf ta’ “kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali”. |
|
(34) |
L-Artikolu 149(4) tat-TUTD jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (jiġifieri l-Artikolu 149(1) u (2)) ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ekkleżjastiċi rikonoxxuti bħala persuni ġuridiċi fil-kuntest ċivili u għal assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(35) |
Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli (eżenzjoni mill-ICI) għal proprjetà immobbli li tintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi, billi l-miżura dehret li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Bl-istess mod, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-Artikolu 149(4) tat-TUTD, li jistipula li r-regoli li jirregolaw it-telf tal-kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u għal assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali. |
|
(36) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri inkwistjoni kenux selettivi, skont il-każistika konsolidata (13), il-Kummissjoni l-ewwel identifikat, għal kull miżura, is-sistema fiskali ta’ referenza, u wara wettqet valutazzjoni dwar jekk il-miżura kenitx tikkostitwixxi eżenzjoni minn din is-sistema u, jekk iva, jekk din l-eżenzjoni kenitx ġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema tat-taxxa. |
|
(37) |
Rigward l-eżenzjoni mill-ICI, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-miżura inkwistjoni kienet l-ICI stess. Minħabba li kienet toffri eżenzjoni lil istituzzjonijiet mhux kummerċjali li kienu jużaw proprjetajiet immobbli għal attivitajiet speċifiċi, li wħud minnhom kienu jitqiesu bħala li huma ekonomiċi, il-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi eżenzjoni mis-sistema ta’ referenza (li tistabbilixxi li kull persuna ġuridika fil-pussess ta’ proprjetà immobbli għandha tħallas it-taxxa muniċipali, irrispettivament mill-użu li kient tagħmel minnha). L-għoti ta’ eżenzjoni biss lil entitajiet mhux kummerċjali li kienu jwettqu attivitajiet definiti ta’ valur soċjali ma ġiex meqjus bħala li hu ġustifikat min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema Taljana fir-rigward tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli. |
|
(38) |
Fir-rigward tal-Artikolu 149(4) tat-TUTD, il-Kummissjoni identifikat is-sistema ta’ referenza fit-taxxa fuq id-dħul. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura kienet, prima facie, selettiva, peress li dehret li tagħti l-opportunità, lill-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u lill-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali biss, li jżommu l-istatus ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali, anki jekk dawn ma jkunux għadhom meqjusa bħala istituzzjonijiet mhux kummerċjali. Miżura bħal din ma tistax tiġi ġġustifikata fuq il-bażi tal-prinċipji tas-sistema fiskali Taljana. |
|
(39) |
L-awtoritajiet Taljani ma pprovdewx informazzjoni li turi li l-miżuri inkwistjoni setgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-każistika Altmark (14). Peress li deher li ġew issodisfati l-kriterji l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-miżuri dehru li jinvolvu għajnuna mill-Istat. |
|
(40) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà, ma kienx jidher li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(2) tat-Trattat kienu japplikaw għal dawn il-miżuri. Barra minn hekk, anki l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(3) dehru li ma japplikawx, mingħajr ħsara għall-Artikolu 107(3)(d), dwar il-promozzjoni tal-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt. Fil-fatt, il-Kummissjoni kkunsidrat li, b’referenza għall-eżenzjoni mill-ICI, din l-eċċezzjoni setgħet tapplika għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jwettqu attivitajiet speċifiċi fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-kultura u tad-divertiment biss. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma eskludietx li xi attivitajiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani ma pprovdew l-ebda informazzjoni li setgħet tippermetti li ssir valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri kkonċernati mas-suq intern. |
|
(41) |
Bħala riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern u, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (15), iddeċiediet li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, u titlob lill-Italja u lill-partijiet interessati l-oħra sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom. |
|
(42) |
Skont il-Kummissjoni, kemm l-eżenzjoni mill-ICI, kif ukoll l-Artikolu 149(4) tat-TUTD setgħu jiġu klassifikati bħala għajnuna ġdida. L-ICI, li tiġi imposta fuq bażi annwali, fil-fatt kienet ġiet introdotta fl-1992 u l-eżenzjoni fiskali kkonċernata ma kenitx ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u approvata mill-Kummissjoni. L-eżenzjoni kienet tapplika għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet li ma kenux magħluqa għall-kompetizzjoni meta kienet ġiet introdotta l-ICI. Għalhekk, kwalunkwe eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet normali ta’ din it-taxxa bilfors kellha titqies bħala għajnuna ġdida, sal-punt fejn dehru rilevanti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) 1 tat-Trattat. Bl-istess mod, l-Artikolu 149 tat-TUTD (16) ġie introdott fl-1998 u lanqas dan ma ġie notifikat lill-Kummissjoni jew approvat mill-Kummissjoni. Għal din ir-raġuni, l-eżenzjoni prevista minn din il-miżura għandha tiġi klassifikata bħala għajnuna ġdida, sal-punt sa fejn jidher li qed jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
4. OSSERVAZZJONIJIET TAL-AWTORITAJIET TALJANI U TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(43) |
Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) 659/1999 u bi tweġiba għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (17), il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-awtoritajiet Taljani u minn 80 parti interessata. |
|
(44) |
Fil-qosor, skont l-awtoritajiet Taljani, l-istituzzjonijiet li bbenefikaw mill-ICI ma kenux “impriżi” skont it-tifsira tal-liġi tal-UE. Fi kwalunkwe każ, l-attivitajiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet kellhom rwol pubbliku u soċjali importanti. Għalhekk, kien konformi man-natura u l-loġika tas-sistema fiskali li jiġi previst trattament fiskali differenzjat għal attivitajiet purament ekonomiċi, min-naħa waħda, u għal attivitajiet bħal attivitajiet ta’ assistenza soċjali, karità, solidarjetà u reliġjużi, min-naħa l-oħra. L-awtoritajiet Taljani oġġezzjonaw ukoll għall-klassifikazzjoni tal-ICI bħala għajnuna ġdida, u ddikjaraw li din il-miżura għandha tiġi vvalutata fid-dawl tar-relazzjoni mill-qrib tagħha ta’ kontinwità mat-taxxi ta’ qabel fuq il-proprjetà (li kienu diġà fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat KEE). Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-ittri amministrattivi ta’ rifjut mibgħuta lill-ilmentaturi, il-miżura kellha titqies bħala approvata mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ħolqot aspettattivi leġittimi fost il-benefiċjarji tal-miżura, minħabba risposta tagħha għal mistoqsija bil-miktub tal-Parlament u, kif diġà ġie indikat, billi kkomunikat il-pożizzjoni tagħha lill-ilmentaturi, li dwarha kienu ġew mgħarrfa fuq bażi informali anki l-awtoritajiet Taljani. |
|
(45) |
Fir-rigward tal-Artikolu 149(4) tat-TUTD, minkejja dak li jissuġġerixxu l-kliem tad-dispożizzjoni, l-awtoritajiet Taljani jsostnu li l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali jistgħu jitilfu l-kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali. F’dan il-każ, dawn l-istituzzjonijiet ma jibqgħux jibbenefikaw minn eżenzjonijiet mit-taxxa. |
|
(46) |
Mit-80 parti interessata, 78 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “it-78 parti interessata”) jaqblu mal-pożizzjoni tal-awtoritajiet Taljani filwaqt li tnejn minnhom, li kienu fost l-ilemntaturi oriġinali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “iż-żewġ partijiet interessati” jew “l-ilmentaturi”), jemmnu li l-ICI u l-Artikolu 149(4) tat-TUTD jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija illegali u inkompatibbli mas-suq intern. Għalhekk, l-argumenti tat-78 parti interessata se jiġu ppreżentati flimkien mal-pożizzjoni tal-awtoritajiet Taljani, filwaqt li r-raġunijiet tal-ilmentaturi se jiġu ttrattati b’mod separat. |
4.1. Osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani u tas-78 parti interessata
4.1.1. ICI: l-attivitajiet speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi
|
(47) |
L-awtoritajiet Taljani u s-78 parti interessata l-ewwel nett isostnu li l-attivitajiet speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali li huma eżenti mill-ICI ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi, minħabba li dawn l-attivitajiet, li huma maħsuba prinċipalment għal kategoriji speċifiċi ħafna ta’ utenti, ma jikkostitwixxux offerta ta’ oġġetti jew servizzi fis-suq u għalhekk mhumiex f’kompetizzjoni ma’ attivitajiet imwettqa minn impriżi kummerċjali. Dawn l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali, li joperaw f’setturi ta’ utilità pubblika, b’hekk ma jistgħux jitqiesu bħala impriżi, u dan huwa prerekwiżit għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(48) |
Skont l-awtoritajiet Taljani u wħud mit-78 parti interessata, f’ħafna mill-każijiet dawn l-attivitajiet huma attivitajiet b’karatteristiki speċifiċi, bħalma huma l-attivitajiet ta’ interess soċjali jew ta’ solidarjetà, l-attivitajiet li jsiru mingħajr ħlas u l-attivitajiet li jsiru bi ħlas imnaqqas. Fid-dawl tal-karatteristiki msemmija hawn fuq u tal-għanijiet speċifiċi tal-istituzzjonijiet mhux kummerċjali inkwistjoni, mhuwiex possibbli li istituzzjonijiet bħal dawn jitqiesu bħala negozji. |
4.1.2. ICI: il-miżura hija ġustifikata mil-loġika tas-sistema fiskali Taljana
|
(49) |
L-awtoritajiet Taljani u t-78 parti interessata huma tal-fehma li l-eżenzjoni mill-ICI bl-ebda mod ma tikkostitwixxi eżenzjoni mis-sistema tat-taxxa fl-intier tagħha, u li din tirrappreżenta sempliċiment l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ gwida ta’ din is-sistema. |
|
(50) |
It-trattament fiskali differenzjat bejn l-attivitajiet ekonomiċi u għal skopijiet ta’ qligħ min-naħa waħda, u l-attivitajiet ta’ għajnuna, ta’ karità u reliġjużi mwettqa minn istituzzjonijiet għal skopijiet speċifiċi (18), min-naħa l-oħra, fil-fatt huwa konsistenti mal-loġika tas-sistema fiskali Taljana. It-tieni tip ta’ attivitajiet huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà, li huwa prinċipju fundamentali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni. Billi jimplimenta differenzazzjoni bħal dan, il-leġiżlatur ikun qiegħed biss iqis is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali differenti tal-istituzzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet ta’ utilità pubblika msemmija hawn ta’ valur soċjali għoli. |
|
(51) |
Ikun f’idejn l-Istat Membru li jiddefinixxi l-attivitajiet ta’ utilità pubblika. L-uniku limitu għall-azzjoni tal-Istat Membru huwa rrappreżentat mill-fatt li t-trattament fiskali għandu jkun konsistenti. Fi kliem ieħor, kull trattament fiskali differenzjat għandu jkun konsistenti mal-loġika tas-sistema fiskali kollha kemm hi u għandha tiġi stabbilita wkoll sistema xierqa ta’ kontrolli. Fil-każ tal-eżenzjoni mill-ICI, iż-żewġ kundizzjonijiet qed jiġu ssodisfati. |
|
(52) |
Il-loġika għall-eżenzjoni mill-ICI hija bbażata fuq l-Artikoli 2 u 3 tal-Kostituzzjoni Taljana, li jeħtieġu t-twettiq tad-dmirijiet ta’ solidarjetà politika, ekonomika u soċjali għaċ-ċittadini, u fuq l-Artikolu 38 tagħha, li jistabbilixxi d-dritt li persuni nieqsa mill-mezzi meħtieġa għas-sussistenza jingħataw għajnuna soċjali. Għandu jiġi nnotat ukoll li l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali jaħdmu flimkien mal-Istat biex iwettqu kompiti speċifiċi ta’ rilevanza soċjali. L-Istat minn dejjem irrikonoxxa r-rwol partikolari li jaqdu dawn l-istituzzjonijiet, u minn dejjem kien konxju dwar il-fatt li ma kienx se jkun kapaċi jipprovdi servizzi ta’ għajnuna, tas-saħħa, kulturali, edukattivi u sportivi waħdu. |
|
(53) |
L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw il-kontenut taċ-ċirkolari, jiġifieri li biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ICI kellhom jagħmlu użu miż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi msemmija fil-paragrafu (22) (rekwiżit soġġettiv u oġġettiv). |
|
(54) |
Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ natura soġġettiva (li istituzzjoni tkun istituzzjoni mhux kummerċjali), u b’mod aktar speċifiku l-istituzzjonijiet reliġjużi, l-awtoritajiet Taljani indikaw li l-kategorija tal-istituzzjonijiet mhux kummerċjali tinkludi istituti ekkleżjastiċi rikonoxxuti bħala persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi ċivili, sew jekk huma parti mill-Knisja Kattolika kif ukoll jekk ikunu parti minn denominazzjonijiet reliġjużi oħra (19). |
|
(55) |
Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ natura oġġettiva (it-twettiq ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet mniżżla fir-regolament), l-awtoritajiet Taljani indikaw li l-Qorti Suprema ddeċidiet ripetutament li, għal finijiet ta’ eżenzjoni mill-ICI, huwa essenzjali li tqis l-attività li fil-fatt tkun qed titwettaq fil-proprjetà immobbli. Għandu jiġi żgurat li din l-attività, filwaqt li tkun fost dawk indikati bħala eżenti, fil-prattika ma titwettaqx fl-istess mod ta’ attività kummerċjali (20). Barra minn hekk, kif diġà ġie stabbilit mill-Kunsill tal-Istat (21), fil-każ ta’ proprjetà immobbli sħiħa maħsuba biss b’mod parzjali, għalkemm b’mod prevalenti, għall-iskopijiet previsti mil-liġi, in-natura restrittiva tal-eżenzjoni mit-taxxa xorta tipprevjeni l-attribuzzjoni tal-eżenzjoni għall-proprjetà kollha. |
4.1.3. Kwalifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna eżistenti
|
(56) |
Skont l-awtoritajiet Taljani, l-ICI tirrappreżenta l-evoluzzjoni naturali tal-liġi tat-taxxa ta’ qabel fuq il-proprjetà, li magħhom żammet relazzjoni mill-qrib ta’ kontinwità, formali u sostantiva. L-eżenzjoni ta’ proprjetà immobbli li tintuża għal attivitajiet speċifiċi ta’ valur soċjali għoli dejjem kienet element ċentrali tal-leġiżlazzjoni kollha dwar il-proprjetà immobbli sa mill-1931, ferm qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat KEE. |
|
(57) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani u s-78 parti interessata jqisu li, fuq il-bażi tal-ittri ta’ rifjut mibgħuta lill-ilmentaturi, li dwarhom l-Italja kienet ġiet innotifikata, l-eżenzjoni mill-ICI kienet ġiet approvata mill-Kummissjoni. |
|
(58) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, jekk titqies bħala għajnuna, l-eżenzjoni mill-ICI għandha titqies bħala għajnuna eżistenti. |
4.1.4. Kompatibilità
|
(59) |
L-awtoritajiet Taljani ddeċidew li ma jippreżentaw ebda kummenti dwar il-kompatibilità possibbli tal-miżuri skont l-Artikolu 107(2) u l-Artikolu 107(3) tat-Trattat, u dwar il-klassifikazzjoni possibbli tagħhom bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat u skont il-każistika Altmark. |
|
(60) |
Uħud mis-78 parti interessata isostnu li l-eżenzjoni mill-ICI hija kompatibbli mal-Artikolu 106(2) u mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, peress li l-miżura hija meħtieġa sabiex jitwettqu attivitajiet soċjalment utli bbażati fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà. Barra minn hekk, l-eżenzjoni ma twassalx għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni u ma għandhiex effett sinifikanti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
4.1.5. Aspettattivi leġittimi
|
(61) |
L-awtoritajiet Taljani jsostnu li r-risposti mogħtija mill-Kummissjoni lill-ilmentaturi rigward l-eżenzjoni mill-ICI, u li dwarhom l-Italja kienet mgħarrfa b’mod informali, wasslu biex l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali jkollhom aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-eżenzjoni mill-ICI mal-liġijiet tal-UE. |
|
(62) |
Barra minn hekk, anki t-tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni fl-2009 għal mistoqsija bil-miktub tal-Parlament dwar it-trattament fiskali ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali kienet wasslet għal aspettattivi leġittimi (22). |
|
(63) |
Dan jimplika li, jekk il-Kummissjoni kellha tqis il-miżura bħala għajnuna illegali u mhux kompatibbli, mingħajr ma taċċetta l-kwalifika ta’ għajnuna eżistenti, din ma għandhiex tipprovdi għall-irkupru, skont l-Artikolu 14(1) 1 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
|
(64) |
Skont uħud mill-partijiet interessati, fi kwalunkwe każ l-irkupru ma għandux jiġi pprovdut fir-rigward tal-Artikolu 149(4) tat-TUTD, minħabba li jkun pjuttost diffiċli li ssir kwantifikazzjoni tal-vantaġġ ipotetiku, u din teħtieġ sforz sproporzjonat min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali. |
4.1.6. L-Artikolu 149 tat-TUTD
|
(65) |
Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Taljani pprovdew deskrizzjoni dettaljata tar-regoli speċifiċi dwar it-tassazzjoni applikabbli għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali, inkluż l-istituzzijonijiet ekkleżjastiċi u l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali. L-awtoritajiet Taljani jenfasizzaw li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 149 tat-TUTD jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ parametri li jistgħu jintużaw (23) biex istituzzjoni tikkwalifika bħala istituzzjoni kummerċjali. Is-sodisfazzjoni ta’ wieħed jew aktar minn dawn ir-rekwiżiti ma jfissirx li l-istituzzjoni mhux kummerċjali titlef il-kwalifika tagħha b’mod awtomatiku, minħabba li dawn il-parametri ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala preżunzjonijiet legali. Il-fatt li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfati huwa indikazzjoni sempliċi tan-natura possibbilment primarjament kummerċjali tal-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjoni kkonċernata. |
|
(66) |
Kif indikat fiċ-Ċirkolari Nru 124/E tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni tat-12 ta’ Mejju 1998, l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi rikonoxxuti bħala persuni ġuridiċi rregolati mil-liġi ċivili jistgħu jitqiesu bħala istituzzjonijiet mhux kummerċjali biss jekk l-iskop waħdieni jew prinċipali tax-xogħol tagħhom ikun wieħed ta’ natura mhux kummerċjali. |
|
(67) |
Għalhekk, skont l-Italja, l-Artikolu 149(4) tat-TUTD sempliċiment jeskludi l-applikazzjoni tal-parametri speċifiċi ta’ żmien u kummerċjabilità definiti fl-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 149 (24). L-Artikolu 149(4) tat-TUTD ma jeskludix il-possibbiltà li l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi jitilfu l-kwalifika ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali. Madankollu, skont xi wħud mit-78 parti interessata, miżura bħal din ma tinvolvix trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi u ma tagħti ebda vantaġġ. |
|
(68) |
L-awtoritajiet Taljani spjegaw li l-miżura hija mmirata lejn il-preservazzjoni tal-ġuriżdizzjoni esklussiva tal-CONI (il-Kumitat Olimpiku Nazzjonali Taljan) fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali u tal-Ministeru tal-Intern rigward l-għoti u r-revoka tal-istatus ta’ persuna ġuridika tal-liġi ċivili lil istituzzjonijiet ekkleżjastiċi (25). Huwa mifhum li jekk, waqt verifika, l-awtoritajiet fiskali josservaw li l-attivitajiet li jkunu qed iwettqu dawn l-istituzzjonijiet ikunu l-aktar ta’ natura kummerċjali, dawn għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Ministeru tal-Intern jew lill-CONI. Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirkupraw id-differenza mill-istituzzjoni kkonċernata f’taxxi. |
|
(69) |
L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li saru verifiki kemm fir-rigward tal-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi, kif ukoll fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali. Fir-rigward, b’mod speċifiku, tal-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi, il-Ministeru tal-Intern wettaq ukoll il-kontrolli tal-kompetenza tiegħu, u ma identifika ebda tip ta’ abbuż. |
4.2. Osservazzjonijiet taż-żewġ partijiet interessati
|
(70) |
Fil-kummenti tagħhom, iż-żewġ partijiet interessati (26) jirreferu għad-dokumenti u l-kummenti kollha li diġà kienu ġew mgħoddija lill-Kummissjoni matul il-proċedura amministrattiva qabel id-deċiżjoni ta’ ftuħ. Fil-fehma tagħhom, dawn id-dokumenti juru li fir-realtà l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi jwettqu attivitajiet ekonomiċi. |
|
(71) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mill-ICI, iż-żewġ partijiet interessati juru li l-Italja adottat il-miżura kkontestata fl-2005. Wara d-dħul fis-seħħ tad-Digriet-Liġi Nru 203/2005, l-eżenzjoni mill-ICI kienet tapplika għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali li kienu jwettqu l-attivitajiet speċifikati mil-liġi, anki jekk ta’ natura kummerċjali (27). Wara numru ta’ emendi għal-Liġi dwar l-ICI li saru fl-2006, l-eżenzjoni tal-ICI saret applikabbli għall-istess attivitajiet, bil-kundizzjoni li dawn ma kenux ta’ natura purament kummerċjali (28). L-emenda tal-2006 ma ħassritx in-natura ta’ għajnuna mill-Istat tal-miżura inkwistjoni. |
|
(72) |
Iċ-ċirkolari stess tat vantaġġ selettiv lill-istituzzjonijiet li fil-fatt għandhom jitqiesu bħala impriżi. Fil-fatt, f’ħafna każijiet relatati mal-attivitajiet deskritti fiċ-ċirkolari, il-possibbiltà li tingħata l-eżenzjoni mill-ICI kienet tiddependi biss fuq il-kundizzjoni li l-istituzzjoni ma tagħmilx qligħ. Madankollu, skont il-prinċipji definiti fil-każistika tal-Unjoni, il-fatt li istituzzjoni ma jkollhiex skopijiet ta’ qligħ huwa irrilevanti għall-iskopijiet relatati mal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. B’hekk, iċ-ċirkolari ma solvietx il-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-eżenzjoni mill-ICI, peress li din l-eżenzjoni kompliet tiġi applikata għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jwettqu attività ekonomika, iżda mhux għal istituzzjonijiet li, filwaqt li wettqu l-istess attività, kellhom skop li jagħmlu qligħ. |
|
(73) |
Skont l-ilmentaturi, huwa prattikament impossibbli li tinkiseb informazzjoni speċifika dwar il-proprjetà immobbli tal-istituzzjonijiet inkwistjoni, prinċipalment minħabba li dawn tal-aħħar ma kenux meħtieġa li jiddikjaraw il-proprjetà immobbli li kienet eżenti mill-ICI. |
|
(74) |
Fir-rigward tal-Artikolu 149(4) tat-TUTD, l-ilmentaturi jargumentaw li mhuwiex possibbli li l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi jitilfu l-istatus ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali. |
|
(75) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mill-ICI u l-Artikolu 149(4) tat-TUTD, l-ilmentaturi jaqblu mal-konklużjonijiet preliminari milħuqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ rigward l-eżistenza ta’ riżorsi tal-Istat u l-eżistenza ta’ vantaġġ, kif ukoll rigward is-selettività, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ. |
|
(76) |
Fir-rigward tal-kompatibilità ta’ dawn il-miżuri, l-ilmentaturi jaqblu mal-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 107(2) tat-Trattat u tal-Artikolu 107(3)(a), (b) u (c) tat-Trattat. Madankolu, l-ilmentaturi ma jaqblux rigward il-possibbiltà li d-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat tiġi applikata għal ċerti istituzzjonijiet li jwettqu biss attivitajiet relatati mal-edukazzjoni, mal-kultura u mar-rikreazzjoni. Huma wkoll tal-fehma li f’dan il-każ ma ġewx issodisfati l-kondizzjonijiet tal-każistika Altmark. |
4.3. Osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani dwar il-kummenti tal-partijiet interessati
|
(77) |
L-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kummenti tal-partijiet terzi permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Ġunju 2011. |
|
(78) |
L-ewwel nett, anki jekk wieħed jassumi li ċerti attivitajiet imwettqa minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali koperti mill-eżenzjoni jistgħu jiġu kklassifikati bħala attivitajiet ekonomiċi, il-Kummissjoni xorta waħda trid tistabbilixxi jekk il-benefiċċju mogħti huwiex selettiv, u li dan mhuwiex ġustifikat fid-dawl tal-loġika tas-sistema tat-taxxa Taljana. |
|
(79) |
It-tieni nett, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ġenerali li saru rigward iċ-ċirkolari, l-awtoritajiet Taljani huma tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiġi mitluba biex teżamina miżura li tipprovdi eżenzjoni mit-taxxa. Dan ifisser li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kriterji ta’ interpretazzjoni tar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll xierqa. |
|
(80) |
B’mod partikolari, b’referenza għall-allegati diffikultajiet irrappurtati mill-ilmentaturi dwar il-ġbir ta’ dejta dwar il-proprjetajiet immobbli ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali, l-awtoritajiet Taljani jispeċifikaw li l-obbligu li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-ICI kien ġie abolit b’mod ġenerali fl-2006. L-awtoritajiet Taljani jispeċifikaw ukoll li bħalissa s-sistema katastali u d-databases dwar il-proprjetà immobbli qed jiġu riveduti. |
|
(81) |
Fir-rigward tal-Artikolu 149(4) tat-TUTD, l-awtoritajiet Taljani jfakkru li, kif fil-fatt ġie rikonoxxut mill-ilmentaturi istess, din ir-regola mhix klawżola fiha innifisha u lanqas ma għandha saħħa sostanzjali, iżda hija dispożizzjoni ta’ natura proċedurali u li hija importanti biss mill-perspettiva tal-kontrolli. |
5. IR-REGOLI L-ĠODDA DWAR IT-TAXXA MUNIĊIPALI FUQ IL-PROPRJETÀ IMMOBBLI
5.1. Deskrizzjoni tat-taxxa muniċipali l-ġdida fuq il-proprjetà immobbli: it-TMU
|
(82) |
Fil-qafas tal-hekk imsejħa riforma dwar il-federaliżmu fiskali, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 23 tal-14 ta’ Marzu 2011 stabbilixxa li t-TMU kellha tissostitwixxi l-ICI mill-1 ta’ Jannar 2014. Bid-Digriet-Liġi Nru 201 tas-6 ta’ Diċembru 2011, li ġie traspost f’liġi fit-22 ta’ Diċembru 2011, l-Italja ddeċidiet li twettaq l-adozzjoni tat-TMU qabel, fl-2012. |
|
(83) |
Kull min għandu proprjetà immobbli huwa soġġett għat-TMU. Il-bażi tat-taxxa tiġi kkalkulata billi jitqies il-valur tal-proprjetà. B’mod aktar preċiż, il-valur jiġi kkalkulat billi l-ewwel jitqies id-dħul katastali tal-proprjetà immobbli, u billi jiġu applikati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Digriet tal-ICI (Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92), flimkien mal-kriterji stabbiliti fid-Digriet-Liġi Nru 201/2011. Wara jiġu applikati multiplikaturi proporzjonali skont il-kriterji msemmija hawn fuq, li jvarjaw skont il-kategorija katastali tal-proprjetà. Ir-rata bażika tat-TMU hija ta’ 0.76 %. |
|
(84) |
Għalhekk, is-sistema katastali għandha importanza ewlenija għat-taxxa fuq il-proprjetà. L-unità tal-proprjetà immobbli bażika rilevanti għal finijiet katastali tista’ tkun bini jew parti minnu, jew numru ta’ binjiet jew żona, sakemm dawn ikollhom awtonomija funzjonali u dħul indipendenti. Is-sistema katastali Taljana, li dalwaqt se tiġi riveduta, tidentifika sitt kategoriji ta’ proprjetà immobbli. Il-grupp A jinkludi proprjetà immobbli għal użu residenzjali jew simili; il-grupp B jinkludi proprjetà immobbli għal użu pubbliku bħal kulleġġi, sptarijiet, uffiċċji tal-gvern u skejjel; il-grupp C jinkludi bini għal użu ordinarju kummerċjali bħal ħwienet, imħażen u binjiet għall-eżerċizzju tal-isport; il-grupp D jinkludi proprjetajiet immobbli għal użu speċjali bħal lukandi, teatri, sptarijiet u binjiet għall-eżerċizzju tal-isport; il-grupp E jinkludi proprjetà immobbli maħsuba għal għanijiet speċjali bħalma huma stazzjonijiet għat-trasport bl-art, bil-baħar u bl-ajru, pontijiet soġġetti għal pedaġġ, fanali u binjiet li jintużaw għall-qima fil-pubbliku; u l-grupp F jinkludi proprjetà immobbli mniżżla f’kategoriji fittizji. |
|
(85) |
B’referenza speċifika għat-TMU l-ġdida, l-Artikolu 91a tad-Digriet-Liġi Nru 1 tal-24 ta’ Jannar 2012, li ġie traspost bil-Liġi Nru 27 tal-24 ta’ Marzu 2012, introduċa għadd ta’ bidliet fir-rigward tat-tassazzjoni tal-proprjetà immobbli ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jwettqu attivitajiet speċifiċi. B’mod partikolari, il-liġi l-ġdida ħassret l-emenda tal-2006, li kienet estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ICI biex jinkludi proprjetajiet li fihom jitwettqu attivitajiet “li mhumiex biss ta’ natura kummerċjali” (29) (paragrafu 4), u speċifikat ukoll li l-eżenzjoni mit-TMU hija limitata għall-attivitajiet speċifikati fil-Liġi (30), imwettqa minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali b’metodi li mhumiex kummerċjali (l-ewwel paragrafu). Id-Digriet-Liġi Nru 1/2012 introduċa wkoll regoli speċifiċi li jippermettu ħlas proporzjonali tat-TMU jekk wieħed jassumi li l-istess proprjetà immobbli tintuża kemm għal attivitajiet kummerċjali kif ukoll għal attivitajiet mhux kummerċjali. B’mod partikolari, l-Artikolu 91a, it-tieni paragrafu, jistabbilixxi li jekk l-unità tal-proprjetà tintuża għal attivitajiet differenti, mill-1 ta’ Jannar 2013 l-eżenzjoni tapplika biss għal dik il-parti tal-unità fi fiha titwettaq l-attività ta’ natura mhux kummerċjali, jekk ikun possibbli li dik il-parti tal-unità ta' proprjetà immobbli li tintuża biss għal dik l-attività tiġi identifikata. F’każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġu identifikati dawn il-partijiet individwali ta’ unitajiet ta' proprjetà immobbli, mill-1 ta’ Jannar 2013, l-eżenzjoni għandha tapplika b’mod proporzjonali għall-użu tal-proprjetà immobbli għal skopijiet mhux kummerċjali fuq il-bażi ta' dikjarazzjoni xierqa (Artikolu 91a, it-tielet paragrafu). Id-Digriet-Liġi Nnru 1/2012 jirreferi għad-definizzjoni ta’ għadd ta’ elementi għal regolament ta’ implementazzjoni sussegwenti, li għandu jiġi adottat mill-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi, rigward: it-termini u l-kundizzjonijiet biex issir din id-dikjarazzjoni; il-fatturi rilevanti għall- identifikazzjoni proporzjonali; u, bħala riżultat tal-bidliet li ġew introdotti mid-Digriet-Liġi Nru 174/2012 (31), ir-rekwiżiti ġenerali u settorjali li għandhom jintlaħqu sabiex attività tiġi klassifikata bħala li tkun twettqet b’mod mhux kummerċjali. |
|
(86) |
Wara li sema’ l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Istat u wara li kkunsidra l-kummenti espressi mill-istess Kunsill (32), bid-Digriet Nnru 200 tad-19 ta’ Novembru 2012, il-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi ppromulga r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tat-TMU (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament”) (33). Dan ir-Regolament jistabbilixxi meta l-attivitajiet speċifiċi li għalihom tapplika l-eżenzjoni mit-TMU, kif definiti mill-imsemmi Regolament, għandhom jitqiesu bħala li jitwettqu “b’mod mhux kummerċjali”. L-ewwel nett, bħala rekwiżit ġenerali, dawn l-attivitajiet m’għandhomx ikollhom għanijiet ta’ qligħ, u, barra minn hekk, skont il-liġi tal-Unjoni, min-natura tagħhom stess, dawn ma għandhomx ikunu f’kompetizzjoni ma’ operaturi oħra fis-suq li joperaw bi skopijiet ta’ qligħ u jikkostitwixxu espressjoni tal-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ sussidjarjetà (34). Barra minn hekk, għandhom jiġu ssodisfati żewġ settijiet ta’ kriterji kumulattivi li jirrigwardaw istituzzjonijiet mhux kummerċjali (rekwiżiti soġġettivi), min-naħa waħda, u l-attivitajiet speċifiċi li dawn iwettqu (rekwiżiti oġġettivi), mill-oħra. Fir-rigward tar-rekwiżiti soġġettivi, ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali sabiex jikkwalifikaw għall-eżenzjoni mit-TMU (35). B’mod speċifiku, ir-Regolament jistabbilixxi li l-att ta’ kostituzzjoni jew l-istatut tal-istituzzjoni mhux kummerċjali għandu jinkludi projbizzjoni ġenerali kontra t-tqassim ta’ kwalunkwe tip ta’ qligħ, profitti żejda, fondi u riżervi. Barra minn hekk, hemm obbligu li kull qligħ jerġa’ jiġi investit biss għall-iżvilupp tal-attività funzjonali għall-ksib tal-għan istituzzjonali tas-solidarjetà soċjali. Fil-każ ta’ xoljiment tal-istituzzjoni mhux kummerċjali, hemm l-obbligu li l-assi jiġu ttrasferiti lil istituzzjoni mhux kummerċjali oħra li twettaq attivitajiet simili. Fir-rigward tar-rekwiżiti oġġettivi (36), huma definiti speċifiċitajiet għat-tipi differenti ta’ attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (37). Għall-attivitajiet ta’ għajnuna u tas-saħħa, għandhom jiġu ssodisfati żewġ rekwiżiti oħra: a) il-benefiċjarju jrid ikun iċċertifikat mill-Istat u jrid ikun għamel kuntratt jew ftehim mal-awtoritajiet pubbliċi; l-attivitajiet ikunu jridu jitwettqu b’mod supplimentari jew kumplimentari għas-servizz pubbliku, u jipprovdu lill-utenti b’servizz b’xejn jew kontra ħlas ta’ ammont li jirrappreżenta kontribuzzjoni sempliċi biex tiġi koperta parti mill-ispejjeż għas-servizz kollu; b) fejn l-istituzzjoni ma tkunx iċċertifikata jew irregolata bi ftehim kuntrattwali, is-servizzi għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas jew kontra ħlas nominali tal-ammont tal-ispejjeż, u li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun ta’ aktar minn nofs tal-ispejjeż medji għal attivitajiet simili li jitwettqu fl-istess żona ġeografika b’mod kompetittiv, filwaqt li jitqies ukoll in-nuqqas ta’ relazzjoni mal-ispejjeż proprji tas-servizz. Għal attivitajiet edukattivi għandhom jiġu ssodisfati tliet rekwiżiti kumulattivi: a) l-attività għandha tkun tal-istess livell tal-edukazzjoni pubblika u l-iskola għandha tiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fl-istadju ta’ aċċettazzjoni tal-istudenti; b) l-iskola għandha wkoll tilqa’ studenti b’diżabilità, għandha tapplika n-negozjar kollettiv, għandu jkollha faċilitajiet xierqa għall-istandards stabbiliti u għandha tippubblika l-baġit; c) l-attività għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas jew kontra ħlas ta’ ammont nominali li jkopri biss parti mill-ispejjeż proprji tas-servizz, filwaqt li jitqies ukoll in-nuqqas ta’ relazzjoni mal-ispejjeż proprji tas-servizz. Fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ akkomodazzjoni, kulturali, rikreattivi u sportivi, il-benefiċjarju għandu jipprovdi servizzi mingħajr ħlas jew kontra ħlas nominali tal-ammont tal-ispejjeż, u li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun ta’ aktar minn nofs l-ispejjeż medji għal attivitajiet simili li jitwettqu fl-istess żona ġeografika b’mod kompetittiv, filwaqt li jitqies ukoll in-nuqqas ta’ relazzjoni mal-ispejjeż proprji tas-servizz. |
5.2. Osservazzjonijiet taż-żewġ partijiet interessati rigward il-leġiżlazzjoni tat-TMU
|
(87) |
Skont iż-żewġ partijiet, l-Artikolu 91a(2) u (3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 1/2012 jidderogaw il-liġijiet ordinarji dwar it-taxxa fuq il-proprjetà immobbli. |
|
(88) |
L-ewwel nett, iż-żewġ ilmentaturi jippreżentaw il-kummenti tagħhom rigward l-Artikolu 91a(2). Dan il-paragrafu jistipula li jekk l-unità tal-proprjetà immobbli tintuża għal attivitajiet differenti, l-ezenzjoni mit-TMU għandha tapplika biss għall-parti li fiha titwettaq l-attività mhux kummerċjali, jekk tkun tista’ tiġi identifikata permezz tal-individwazzjoni tal-parti tal-proprjetà immobbli li tkun qed tintuża biss għal dik l-attività. Għall-bqija tal-unità tal-proprjetà immobbli, sakemm tkun mgħammra b’awtonomija funzjonali permanenti u jkollha qligħ permanenti, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(41), (42) u (44) tad-Digriet-Liġi Nru 262 tat-3 ta’ Ottubru 2006, li ġie traspost b’emendi bil-Liġi Nru 286 tal-24 ta’ Novembru 2006. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jirregolaw il-proċedura applikabbli għall-proprjetajiet immobbli li huma parti mill-grupp katastali E, li għalihom għandhom isiru kwalifikazzjoni u evalwazzjoni mill-ġdid tad-dħul katastali. Skont din il-liġi, fil-fatt, fost il-proprjetajiet klassifikati fil-Grupp E (proprjetajiet immobbli għal użu partikolari) (38), ma jistax jiġi inkluż bini jew partijiet ta’ bini għal użu kummerċjali jew industrijali, jew għal skopijiet differenti, sakemm ma jkollhomx awtonomija funzjonali u dħul indipendenti. |
|
(89) |
Iż-żewġ partijiet interessati jinnotaw li r-referenza għad-Digriet-Liġi Nru 262/2006, li jinsab fl-Artikolu 91a(2) għandha tinqara bħala referenza ġenerali għall-proċedura ta’ riklassifikazzjoni katastali. Skont iż-żewġ partijiet, fil-fatt, jekk il-proċedura stabbilita bid-Digriet-Liġi Nru 262/2006 kienet applikabbli biss għall-proprjetà immobbli tal-grupp katastali E, l-obbligu li proprjetà immobbli maħsuba għal użu varjat tiġi “maqsuma” għandu jkun applikabbli biss għal numru limitat ħafna ta’ bini, jiġifieri bini tal-kategoriji E7 u E9 |
|
(90) |
Iż-żewġ partijiet jinnotaw ukoll li d-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 91a(3) tista’ toħloq problemi ta’ evitar u li l-liġi l-ġdida tħalli wisq diskrezzjoni lill-amministrazzjonijiet pubbliċi. Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda se japplikaw biss mill-1 ta’ Jannar 2013 u b’hekk, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-irkupru tal-għajnuna mogħtija b’mod illegali mill-2006 sal-2012 fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-ICI. |
5.3. Osservazzjonijiet mill-awtoritajiet Taljani dwar il-kummenti taż-żewġ partijiet interessati
|
(91) |
L-awtoritajiet Taljani spjegaw li r-referenza għall-Artikolu 2(41), (42) u (44) tad-Digriet-Liġi Nru. 262/2006, li tinsab fl-Artikolu 91a, hija maħsuba bħala referenza ġenerali għat-tip ta’ proċedura li għandha tiġi applikata biex jitwettaq il-qsim ta’ proprjetà immobbli li tintuża għal attivitajiet differenti. Din il-proċedura għandha tapplika irrispettivament mill-fatt li proprjetà immobbli tkun parti minn grupp speċifiku. |
|
(92) |
L-Italja nnotat ukoll li, b’mod ġenerali, is-sistema fiskali Taljana hija bbażata fuq l-obbligu ta’ dikjarazzjoni min-naħa tal-kontribwenti, u li hija prattika leġiżlattiva pjuttost komuni li r-regolamentazzjoni ta’ aspetti speċifiċi tiġi devoluta f’miżuri ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, peress li l-Liġi li ġiet adottata f’Marzu 2012 tintroduċi sistema dikjarativa ġdida għall-proprjetajiet immobbli li jintużaw minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali, kien meħtieġ li d-data tad-dħul fis-seħħ tas-sistema l-ġdida għall-dawn l-istituzzjonijiet tiġi posposta. |
|
(93) |
Rigward l-irkupru, l-awtoritajiet Taljani indikaw li mhuwiex possibbli li jiġu identifikati b’mod retrospettiv liema huma l-proprjetajiet immobbli li jappartjenu lil istituzzjonijiet mhux kummerċjali li fihom twettqu attivitajiet esklussivament mhux kummerċjali (u li għalhekk ibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ICI). Id-dejta katastali fil-fatt ma tipprovdiex informazzjoni dwar it-tip ta’ attività li titwettaq fi proprjetà immobbli (39). Lanqas id-databases l-oħra tat-taxxa ma jippermettu li jiġu individwati l-proprjetajiet immobbli li jkunu wżaw istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal attivitajiet istituzzjonali mwettqa b’mod mhux purament kummerċjali. |
6. VALUTAZZJONI
|
(94) |
Sabiex jiġi żgurtat jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżura kkonċernata tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, li jistabblixxi dak li ġej: “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni se teżamina: i) jekk il-miżura hijiex iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, ii) jekk il-miżura tagħtix vantaġġ selettiv, iii) jekk il-miżura taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew twassalx għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(95) |
Qabel xejn, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk mill-inqas uħud mill-istituzzjonijiet mhux kummerċjali kkonċernati humiex fil-fatt impriżi skont il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-kuntest tal-kompetizzjoni. |
6.1. Il-kwalifika ta' istituzzjonijiet mhux kummerċjali bħala impriżi
|
(96) |
Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni nnutat li l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali milquta minn dawn il-miżuri kienu qed iwettqu, għall-inqas b’mod parzjali, attivitajiet ekonomiċi u b’hekk ġew klassifikati bħala impriżi sal-punt fejn kienu qed iwettqu dawn l-attivitajiet. |
|
(97) |
L-awtoritajiet Taljani u t-78 parti interessata jqisu li l-attivitajiet speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi, u jsostnu, b’mod partikolari, li, skont il-miżura ICI, l-għoti ta’ appoġġ lil ommijiet żgħażagħ li jinsabu f’diffikultà jew il-ġestjoni ta’ bini fil-muntanji fejn iqattgħu l-vaganzi tat-tfal ta’ parroċċa fis-sajf ma jikkostitwixxux attività ekonomika. Fil-fatt, dawn l-attivitajiet, li huma mmirati lejn kategoriji preċiżi ta’ riċevituri, ma jikkwalifikawx bħala għoti ta’ oġġetti u servizzi li l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali joffru fuq is-suq, u mhumiex f’kompetizzjoni ma’ attivitajiet li jwettqu impriżi kummerċjali. Dawn l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali, li joperaw fl-interess pubbliku, b’hekk m’għandhomx jitqiesu bħala impriżi; għaldaqstant ma japplikax il-prerekwiżit għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Taljani u wħud mit-78 parti interessata, f’ħafna każijiet ma hemm ebda suq reali għal attivitajiet bħal dawn. Dawn l-attivitajiet kważi kollha għandhom karatteristiki speċifiċi li jistgħu jiġu mqassra kif ġej:
|
|
(98) |
Fid-dawl tal-karatteristiki msemmija hawn fuq u tal-għanijiet speċifiċi tal-istituzzjonijiet mhux kummerċjali inkwistjoni, mhuwiex possibbli li istituzzjonijiet bħal dawn jitqiesu bħala impriżi. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni tinnota li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ impriża jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tal-entità u tal-metodi tagħha ta’ finanzjament (40). Il-klassifikazzjoni ta’ entità partikolari bħala impriża b’hekk tiddependi bis-sħiħ fuq in-natura tal-attivitajiet li twettaq. Dan il-prinċipju ġenerali għandu tliet konsegwenzi importanti, kif deskritt hawn taħt. |
|
(100) |
L-ewwel nett, l-istatus li liġi nazzjonali speċifika tikkonferixxi lil entità partikolari m’għandux effett. Dan ifisser li l-forma ġuridika u organizzattiva huma irrilevanti. Għalhekk, anki entità li hija klassifikata bħala assoċjazzjoni jew klabb sportiv skont il-leġislazzjoni nazzjonali tista’ madankollu tiġi kkunsidrata bħala impriża skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-uniku kriterju rilevanti f’dan ir-rigward huwa jekk l-entità kkonċernata twettaqx attività ekonomika jew le. |
|
(101) |
It-tieni, l-applikazzjoni tar-regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat ma tiddependix fuq jekk entità tkunx ġiet stabbilita sabiex tagħmel qligħ, minħabba li anki organizzazzjoni li topera mingħajr skop ta’ qligħ tista’ toffri prodotti u servizzi fis-suq (41). |
|
(102) |
It-tielet, entità tiġi klassifikata bħala impriża dejjem fir-rigward ta’ attività speċifika. Entità li twettaq attivitajiet kemm ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi titqies bħala impriża biss fir-rigward tal-ewwel tip ta’ attività. |
|
(103) |
Attività ekonomika tfisser kull attività li tinvolvi l-offerta ta’ prodotti u servizzi fis-suq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-karatteristiki u l-elementi msemmija fil-punt 6.1, li ġew indikati mill-Italja u mit-78 parti interessati, li, madankollu, kif ammettew huma stess mhumiex preżenti fil-każijiet kollha, mhumiex fihom infushom biżżejjed biex tiġi eskluża n-natura ekonomika tal-attivitajiet ikkonċernati. |
|
(104) |
Kif imsemmi hawn fuq, skont l-Artikolu 7(2a) tal-Digriet-Liġi Nru 203/2005, kif emendat bid-Digriet-Liġi Nru 223/2006 (issa mħassar), l-attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 7(1)(i) tal-Liġi dwar l-ICI seta’ kienu ta’ natura kummerċjali, sakemm dawn ma kenux ta’ natura purament kummerċjali. Iċ-Ċirkolari tad-29 ta’ Jannar 2009 kienet tinkludi għadd ta’ kriterji għall kull waħda mill-attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 7(1)(i), li permezz tagħhom seta’ jiġi stabbilit meta kull waħda minnhom kellha titqies bħala ta’ natura mhux purament kummerċjali. Jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċirkolari, l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali kienu eżenti mill-ICI, anki meta l-attivitajiet li jwettqu kienu jinvolvu elementi ta’ natura ekonomika. Fil-fatt, kif diġà ġie spjegat fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, fil-qasam ta’ attivitajiet tas-saħħa kien essenzjalment meħtieġ li l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali jkunu kkonkludew ftehim jew kuntratt mal-awtoritajiet pubbliċi. Huwa ċar li din il-kundizzjoni minnha nnifisha mhijiex biżżejjed sabiex tiġi eskluża n-natura ekonomika tal-attivitajiet inkwistjoni. Bl-istess mod, fir-rigward tal-attivitajiet relatati mat-tagħlim, l-iskola kellha tissodisfa l-istandards ta’ tagħlim, tilqa’ studenti b’diżabilità, tapplika n-negozjar kollettiv u tiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fil-fażi ta’ aċċettazzjoni tal-istudenti. Barra minn hekk, kwalunkwe ammonti żejda kellhom jerġgħu jiġu investiti mill-ġdid fl-edukazzjoni. Lanqas dawn ir-rekwiżiti ma jeskludu n-natura ekonomika tal-attivitajiet ta’ tagħlim imwettqa skont il-modi deskritti. Fir-rigward tas-swali taċ-ċinema, dawn kellhom juru films ta’ interess kulturali, films li jkun inħarġilhom iċ-ċertifikat ta’ kwalità jew films għat-tfal. Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni kien mitlub li dawn ma jkunux immirati lejn udjenza ġenerali, iżda lejn kategoriji definiti minn qabel, u li s-servizz ma jkunx ipprovdut għas-sena kalendarja kollha. Il-fornitur tas-servizz kien ukoll marbut li japplika rati mnaqqsa meta mqabbla mal-prezzijiet tas-suq u l-istruttura ma kellhiex topera bħala lukanda normali. Anki f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma jeskludux in-natura ekonomika tal-attivitajiet ikkonċernati. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li għalkemm, f’ħafna mill-każijiet, l-attivitajiet inkwistjoni huma pprovduti għal finijiet ta’ utilità soċjali, dan l-element waħdu mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi eskluża n-natura ekonomika tagħhom. Fi kwalunkwe każ, anki meta attività jkollha għan soċjali, dan waħdu mhuwiex biżżejjed biex tiġi eskluża l-klassifikazzjoni bħala attività ekonomika. Barra minn hekk, anki jekk wieħed jassumi li l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali għandhom kapaċità mnaqqsa biex iħallsu, dan ma jimplikax in-nuqqas ta’ attività ekonomika u mhuwiex ta’ rilevanza għall-finijiet ta’ taxxa fuq il-proprjetà immobbli bbażata fuq is-sjieda ta’ proprjetà immobbli, li ma tqisx fatturi oħrajn ta’ kapaċità ta’ ħlas. |
|
(106) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, meta wieħed iqis li l-istess Liġi tal-2005 kienet tippermetti l-eżenzjoni mill-ICI anki għal attivitajiet kummerċjali u minħabba li l-kriterji stabbiliti fiċ-ċirkolari, bħall-elementi indikati mill-Italja, mhumiex fihom infushom suffiċjenti biex jeskludu n-natura ekonomika tal-attivitajiet imwettqa, il-Kummissjoni tqis li l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali inkwistjoni għandhom jiġu klassifikati bħala impriżi fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet. L-istess japplika għall-istituzzjonijiet mhux kummerċjali koperti mill-Artikolu 149(4) tat-TUTD, li huma awtorizzati biex iwettqu attivitajiet ekonomiċi. Din il-konklużjoni mhijiex ikkontestata mill-awtoritajiet Taljani. |
|
(107) |
Fi kwalunkwe każ, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (42), sabiex sistema tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li jintwera li l-miżuri individwali mogħtija bħala parti mill-iskema għandhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għal dan il-għan, sabiex jiġi konkluż li sistema tinkludi elementi ta’ għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, huwa biżżejjed li fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha jkun hemm sitwazzjonijiet li jitqiesu bħala għajnuna. Mutatis mutandis, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, mhuwiex meħtieġ li tiġi eżaminata n-natura tal-attivitajiet individwali elenkati fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92. Kif diġà ntqal fil-punt (102), il-Kummissjoni kienet ikkonfermat li wħud mill-applikazzjonijiet individwali tal-iskema ta’ għajnuna kkontestata kienu jikkonċernaw l-impriżi. |
|
(108) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx għalfejn tirrevedi l-pożizzjoni espressa fid-deċiżjoni ta’ ftuħ: is-sistema inkwistjoni tinkludi wkoll attivitajiet ekonomiċi. Skont il-karatteristiki speċifiċi ta’ mill-inqas uħud mill-attivitajiet involuti, il-Kummissjoni tista’ tikklassifikahom bħala attivitajiet ekonomiċi. Peress li l-benefiċjarji ta’ dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ekonomiċi, huwa possibbli li jiġu kklassifikati bħala impriżi, sal-punt sa fejn iwettqu dawk l-attivitajiet. |
6.2. L-eżenzjoni mill-ICI
|
(109) |
F’din it-taqsima, il-Kummissjoni se tinvestiga jekk l-eżenzjoni mill-ICI mogħtija lil istituzzjonijiet mhux kummerċjali, imsemmija fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92, fil-verżjoni fis-seħħ qabel l-emendi li ġew introdotti bid-Digriet-Liġi Nru 1/2012, kenitx iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, jekk tatx xi vantaġġ selettiv, jekk kenitx iġġustifikata mil-loġika tas-sistema fiskali Taljana, jekk kellhiex effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jekk ikkawżatx distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
6.2.1. Riżorsi tal-Istat
|
(110) |
Il-miżura kienet tinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat u r-rinunzja ta’ dħul fiskali għall-ammont tat-tnaqqis fit-taxxa. |
|
(111) |
Telf ta’ dħul mit-taxxa huwa ekwivalenti għall-użu ta’ riżorsi tal-Istat fil-forma ta’ nefqa fiskali. Billi ppermettew lil istituzzjonijiet, li setgħu jiġu klassifikati bħala impriżi, li jnaqqsu l-piżijiet tagħhom tat-taxxa permezz ta’ eżenzjonijiet, l-awtoritajiet Taljani irrinunzjaw għal dħul li kieku kien jasal għandhom li kieku ma kienx hemm din l-eżenzjoni. |
|
(112) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-miżura inkwistjoni hija l-kawża ta’ telf ta’ riżorsi tal-Istat sal-punt fejn kienet tiggarantixxi eżenzjoni mit-taxxa. |
6.2.2. Vantaġġ
|
(113) |
Skont il-każistika, il-kunċett ta’ għajnuna jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, iżda wkoll miżuri li f’forom diversi jtaffu l-piżijiet li normalment ikunu inklużi fil-baġit ta’ impriża (43). |
|
(114) |
Billi naqqset l-ispejjeż li normalment ikunu inklużi fl-ispejjeż operattivi tal-kumpaniji fil-pussess ta’ proprjetajiet immobbli fl-Italja, l-eżenzjoni mill-ICI tat vantaġġ ekonomiku lill-istituzzjonijiet ikkonċernati fuq kumpaniji oħra li ma setgħux jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis fit-taxxa. |
6.2.3. Selettività
|
(115) |
Biex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura għandha tkun selettiva (44), fis-sens li għandha tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti. Skont il-każistika konsolidata (45), biex miżura fiskali nazzjonali titqies bħala “selettiva”, din għandha timplika, b’mod ġenerali, l-identifikazzjoni u l-analiżi tas-sistema tat-taxxa ordinarja jew “normali” applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat. Huwa fir-rigward ta’ din is-sistema tat-taxxa li huwa meħtieġ, fit-tieni lok, li jiġi stabbilit jekk il-vantaġġi fiskali li ġġib magħha l-miżura inkwistjoni jistgħux ikunu selettivi. Biex isir hekk irid jintwera li d-dispożizzjoni tagħti eżenzjoni fis-sistema ordinarja sa fejn tagħmel distinzjoni bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-għan li jrid jintlaħaq mis-sistema, jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili. It-tielet, jekk ikun hemm eżenzjoni ta’ dan it-tip, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk din hijiex riżultat tan-natura jew tal-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali li hija parti minnha u jekk b’hekk tistax tiġi ġġustifikata min-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema. F’dan il-kuntest, huwa l-Istat Membru li għandu juri li t-trattament fiskali differenzjat jirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi u ta’ gwida tas-sistema fiskali tiegħu (46). |
a)
|
(116) |
L-ICI kienet taxxa indipendenti, li kellha tiġi mħallsa lill-muniċipalitajiet fuq bażi annwali. Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-eżenzjoni mill-ICI kellha tkun l-istess taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli. Din il-konklużjoni ma kenitx ġiet ikkontestata, la mill-Italja u lanqas mill-partijiet interessati l-oħra parteċipanti. |
|
(117) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx għalfejn tirrevedi l-pożizzjoni espressa fid-deċiżjoni ta’ ftuħ: f’dan il-każ is-sistema ta’ referenza hija l-ICI stess. |
b)
|
(118) |
Skont ir-regolament dwar l-ICI (47), il-persuni ġuridiċi kollha fil-pussess ta’ proprjetà immobbli, irrispettivament mill-użu li jagħmlu minnha, kellhom iħallsu t-taxxa tal-ICI. L-Artikolu 7 kien jindika liema kategoriji ta’ proprjetà immobbli kienu eżenti mit-taxxa. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92 kien jagħti deroga mis-sistema ta’ referenza, u fuq il-bażi tiegħu, kull min kien sid ta’ proprjetà immobbli kien obbligat li jħallas l-ICI irrispettivament mill-użu li jagħmel minnha. Kif deskritt hawn fuq, l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali inkwistjoni setgħu jwettqu attivitajiet ta’ natura kummerċjali, bħal kull impriża oħra li kienet twettaq attivitajiet ekonomiċi simili. Meta mqabbla ma’ kumpaniji soġġetti għall-ħlas tal-ICI, l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali b’hekk kienu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali komparabbli, fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tat-taxxa tal-ICI, jiġifieri t-tassazzjoni fuq is-sjieda ta’ proprjetà immobbli min-naħa tal-muniċipalitajiet. |
|
(120) |
Pereżempju, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċirkolari, is-swali taċ-ċinema li kienu mmexxija minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali b’modi mhux purament kummerċjali kienu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ICI. Dawn is-servizzi, jekk jiġu offruti fis-suq b’mod organizzat u bi ħlas, xorta jikkostitwixxu attività ekonomika. Huwa fatt mhux ikkontestat li fil-każijiet fejn l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(1)(i) kienu twettqu minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali, dawn tal-aħħar ibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ICI għall-proprjetà immobbli li fiha jkunu twettqu l-attivitajiet, sakemm ikunu ġew osservati r-rekwiżiti minimi taċ-ċirkolari. L-istituzzjonijiet kummerċjali ma kenux eliġibbli għal din l-eżenzjoni mit-taxxa, anki jekk kienu jwettqu l-istess attivitajiett u kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċirkolari rigward in-natura tal-films. |
|
(121) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li l-eżenzjoni mill-ICI prevista fl-Artikolu 7(1)(i), fl-ewwel verżjoni fis-seħħ qabel ġew introdotti l-emendi bid-Digriet-Liġi Nru 1/2012, kienet eżenzjoni mis-sistema ta’ referenza u kienet miżura selettiva skont il-każistika. |
c)
|
(122) |
Peress li l-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni fiskali inkwistjoni hija selettiva, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jekk din l-eżenzjoni hijiex ġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema li hija parti minnha. Miżura li tidderoga mill-applikazzjoni tas-sistema fiskali ġenerali tista’ tiġi ġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun jista’ juri li din il-miżura tirriżulta b’mod dirett mill-prinċipji bażiċi jew ta’ gwida tas-sistema fiskali tiegħu. |
|
(123) |
L-awtoritajiet Taljani u t-78 parti interessata huma tal-fehma li l-eżenzjoni mill-ICI tikkostitwixxi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ gwida tas-sistema fiskali Taljana. Fil-fehma tagħhom, it-trattament differenzjat ta’ attivitajiet li għandhom valur soċjali għoli u li jiġu pprovduti f’kuntest ta’ interess soċjali jsib post fi ħdan il-loġika tas-sistema fiskali. Dawn l-attivitajiet huma ispirati mill-prinċipju ta’ solidarjetà, li huwa prinċipju fundamentali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE. L-istituzzjonijiet mhux kummerċjali kkonċernati jaqsmu wkoll ċerti kompiti ta’ rilevanza soċjali mal-Istat. Il-loġika għall-eżenzjoni mill-ICI hija bbażata fuq l-Artikoli 2 u 3 tal-Kostituzzjoni Taljana, li jeħtieġu t-twettiq tad-dmirijiet ta’ solidarjetà politika, ekonomika u soċjali għaċ-ċittadini, u fuq l-Artikolu 38 tagħha, li jistabbilixxi d-dritt għal persuni nieqsa mill-mezzi meħtieġa għas-sussistenza għal għajnuna soċjali. |
|
(124) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Taljani ma wrewx li l-miżura inkwistjoni tirriżulta b’mod dirett mill-prinċipji bażiċi jew ta’ gwida tas-sistema fiskali tagħhom. L-artikoli tal-Kostituzzjoni Taljana li tirreferi għalihom l-Italja fil-fatt ma jirreferu għal ebda prinċipju gwida tas-sistema fiskali Taljana, iżda biss għall-prinċipji ġenerali tas-solidarjetà soċjali. |
|
(125) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li l-għan li jrid jinkiseb mill-miżuri statali mhuwiex biżżejjed biex tiġi eskluża, għal dawn il-miżuri, il-kwalifika ta’ “għajnuna” skont l-Artikolu 107 tat-Trattat (48). Il-Qorti sostniet ukoll diversi drabi li l-Artikolu 107(1) tat-Trattat ma jagħmel ebda distinzjoni bejn il-kawżi jew l-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat, iżda jiddefinixxihom skont l-effetti tagħhom (49). Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tinnota wkoll li dawn mhumiex biżżejjed sabiex jeskludu l-kwalifika ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat inkwistjoni u lanqas l-għan soċjali, jew it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ interess soċjali. |
|
(126) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, kif diġà ġie msemmi, miżura li tidderoga mill-applikazzjoni tas-sistema fiskali ordinarja tista’ tiġi ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali (ta’ referenza), f’dan il-każ l-ICI. F’dan il-kuntest, kif indikat ukoll fil-punt 26 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta tan-negozju (50), jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn żewġ kategoriji ta’ għanijiet, jiġifieri l-għanijiet mogħtija għal skema fiskali partikolari barra minnha (b’mod partikolari, għanijiet soċjali jew reġjonali) u għanijiet li huma parti mis-sistema fiskali nfisha. Bħala riżultat, l-eżenzjonijiet mit-taxxa li jirriżultaw mill-għanijiet esterni għat-tassazzjoni ta’ referenza ma jistgħux jevitaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (51). L-iskop tat-taxxa inkwistjoni huwa li tiġbor introjtu sabiex jiġi ffinanzjat l-infiq tal-tal-Istat (52) permezz ta’ taxxi fuq is-sjieda ta’ proprjetà immobbli. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-għanijiet soċjali li jridu jiksbu l-istituzzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-ICI huma esterni għal-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-ICI u għaldaqstant ma jistgħux jiġu invokati biex jiġġustifikaw is-selettività tal-miżura prima facie. |
|
(127) |
Ir-raba’ nett, b’konformità mal-każistika (53), sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura tistax tiġi ġustifikata min-natura jew mill-istruttura ġenerali tas-sistema li hija parti minnha, jeħtieġ li jiġi ddeterminat mhux biss jekk il-miżura hijiex parti sħiħa mill-prinċipji essenzjali tas-sistema fiskali applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, iżda anki jekk hijiex konformi mal-prinċipji ta’ koerenza u ta’ proporzjonalità. Madankollu, minħabba li l-miżura inkwistjoni ma tirriżultax direttament mill-prinċipji bażiċi tas-sistema fiskali ta’ referenza, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex meħtieġ li tiġi analizzata s-sistema ta’ kontrolli implimentati mill-Italja sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-ICI għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali, kif deskritt mill-awtoritajiet Taljani. Fi kwalunkwe każ, it-trattament fiskali differenzjat tal-istituzzjonijiet mhux kummerċjali, li ġie introdott mill-miżura inkwistjoni, la huwa meħtieġ u lanqas mhu proporzjonali fir-rigward tal-loġika tas-sistema fiskali. |
|
(128) |
Fid-dawl tal-punti c) (122) sa (127), il-Kummissjoni tikkonkludi li n-natura selettiva tal-miżura fiskali inkwistjoni mhijiex iġġustifikata mil-loġika tas-sistema fiskali. Għaldaqstant għandu jiġi konkluż li l-miżura kkontestata tagħti vantaġġ selettiv lill-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jwettqu ċertu tipi ta’ attivitajiet. |
6.2.4. Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
(129) |
L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jipprojbixxi għajnuna li għandha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (54), biex miżura nazzjonali tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat mhuwiex neċessarju li jintwera effett konkret tal-għajnuna fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni konkreta tal-kompetizzjoni, izda jkun biżżejjed li jiġi eżaminat jekk l-għajnuna tistax taffettwa l-kummerċ u tfixkel il-kompetizzjoni. Kif spjegat fil-punt (104), għandu jiġi osservat ukoll li sabiex tintlaħaq konklużjoni dwar il-kwalifika ta’ sistema bħala għajnuna mill-Istat, mhuwiex meħtieġ li jintwera li l-miżuri individwali kollha mogħtija bħala parti mill-iskema jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għal dan il-għan, sabiex jiġi konkluż li sistema tinkludi elementi ta’ għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, huwa biżżejjed li fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha jkun hemm sitwazzjonijiet li jitqiesu bħala għajnuna. |
|
(130) |
Fir-rigward, b’mod aktar speċifiku, tar-rekwiżit ta’ effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-każistika turi li l-għoti ta’ għajnuna minn Stat Membru fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa lil ċerti entitajiet taxxabbli għandhu jitqies bħala li jaffettwa l-kummerċ u, bħala konsegwenza, li jissodisfa r-rekwiżit inkwistjoni, meta l-entitajiet taxxabbli jeżerċitaw l-istess attività ekonomika li hija s-suġġett ta’ dan il-kummerċ jew ma jistax jiġi eskluż li huma f’kompetizzjoni ma’ operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra (55). Barra minn hekk, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbel ma’ impriżi oħra li jkunu f’kompetizzjoni magħha fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna. Mhuwiex neċessarju li l-impriża benefiċjarja stess tkun qed tipparteċipa fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. Fil-fatt, fejn Stat Membru jagħti għajnuna lil impriża, l-attività kummerċjali tas-suq intern tista’ tibqa’ kif inhi jew tiżdied, bil-konsegwenza li l-opportunitajiet għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li jippenetraw is-suq ta’ dak l-Istat Membru jonqsu. |
|
(131) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni tad-distorsjoni għall-kompetizzjoni, għandu jiġi osservat li l-għajnuna diretta li tippermetti lil impriża biex din ma tħallasx l-ispejjeż kollha li normalment kien ikollha tħallas għall-ġestjoni tagħha ta’ kuljum jew għall-attivitajiet normali tagħha, fil-prinċipju toħloq distorsjoni għall-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni (56). |
|
(132) |
L-awtoritajiet Taljani ma ppreżentawx kummenti f’dan ir-rigward. Uħud mit-78 parti interessata huma tal-fehma li l-eżenzjoni mill-ICI ma setgħetx twassal għal effetti sinifikanti fuq il-kummerċ jew għal distorsjonijiet sinifikanti għall-kompetizzjoni, minħabba l-karatteristiki partikolari tal-benefiċjarji tal-miżura u l-mod li bih dawn wettqu l-attivitajiet meta ddaħħlet l-eżenzjoni. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-allegazzjonijiet magħmula minn dawn il-partijiet terzi, li jallegaw li l-eżenzjoni inkwistjoni, mogħtija lil istituzzjonijiet mhux kummerċjali li joperaw f’livell lokali, ma kellha l-ebda effett sinifikanti fuq il-kummerċ, u ma kkawżat ebda distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni. Skont każistika stabbilita, fil-fatt, biex jiġu kkawżati effetti kummerċjali negattivi fuq il-kummerċ huwa biżżejjed li l-impriża benefiċjarja tkun topera f’suq miftuħ għall-kompetizzjoni (importazzjoni jew esportazzjoni ta’ merkanzija jew il-forniment ta’ servizzi transkonfinali) (57). Ma jimpurtax jekk is-swieq ikkonċernati huma lokali, reġjonali, nazzjonali jew f’livell tal-UE. Il-fattur deċiżiv mhuwiex id-definizzjoni fil-livell sostantiv u ġeografiku tas-swieq rilevanti iżda pjuttost l-effett negattiv possibbli fuq il-kummerċ fl-Unjoni. L-ammont relattivament żgħir ta’ għajnuna jew id-daqs relattivament żgħir tal-benefiċjarju ma jeskludix il-possibbiltà li jista’ jiġi influwenzat il-kummerċ fl-UE (58). Id-daqs żgħir tal-għajnuna jew id-daqs żgħir tal-impriżi benefiċjarji ma jeskludix il-preżenza tal-għajnuna (59). |
|
(134) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li mill-inqas uħud mis-setturi li bbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ICI, bħal servizzi ta’ akkomodazzjoni u tas-saħħa, kienu u huma tabilħaqq miftuħa għall-kompetizzjoni u għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. Fir-rigward tal-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet stipulati mil-liġi ġew issodisfatti. Il-miżura fil-fatt tagħti vantaġġ f’termini ta’ finanzjament tal-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjonijiet ikkonċernati, u tnaqqsilhom l-ispejjeż li suppost għandhom iħallsu. Għalhekk, il-miżura tista’ tfixkel il-kompetizzjoni. |
|
(135) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
6.2.5. Konklużjoni dwar il-kwalifika tal-miżura kkontestata
|
(136) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat. |
6.2.6. Kwalifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna ġdida
|
(137) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-eżenzjoni mill-ICI prevista fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92 għandha titqies bħala għajnuna ġdida. L-ICI, taxxa li titħallas fuq bażi annwali lill-muniċipalitajiet u li ġiet introdotta fl-1992, ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni, u din qatt ma approvatha. Fiż-żmien meta ġiet introdotta, l-eżenzjoni msemmija kienet tapplika għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet miftuħa għall-kompetizzjoni. |
|
(138) |
L-Italja hija tal-fehma li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ hija żbaljata, għaliex temmen li jekk l-eżenzjoni mill-ICI għandha titqies bħala għajnuna, din l-għajnuna għandha titqies bħala għajnuna eżistenti. Fil-fatt, l-ICI tirrappreżenta l-evoluzzjoni leġiżlattiva loġika tat-taxxi tal-proprjetà fuq il-proprjetà immobbli, u li għandha relazzjoni mill-qrib ta’ kontinwità formali u sostantiva mat-taxxi ta’ qabel. L-għoti ta’ eżenzjoni għall-proprjetà immobbli li tintuża biex jitwettqu attivitajiet speċifiċi ta’ valur soċjali għoli huwa komponent ewlieni tat-taxxi kollha fuq il-proprjetà immobbli li ġew introdotti fl-1931 u wara l-1931, jiġifieri ħafna qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat KEE. |
|
(139) |
L-awtoritajiet Taljani jsostnu wkoll li r-risposti mogħtija mill-Kummissjoni lill-ilmentaturi rigward l-eżenzjoni mill-ICI, li dwarhom l-Italja kienet mgħarrfa b’mod informali, wasslu biex l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali jkollhom aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-eżenzjoni mal-liġijiet tal-UE. |
|
(140) |
L-Italja ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tat-taxxi fuq il-proprjetà immobbli li kienu fis-seħħ qabel l-ICI. Fl-1931, bil-Liġi Konsolidata dwar il-Finanzi Lokali, l-Italja introduċiet imposti ta’ titjib speċifiku u ġeneriku. Sussegwentement, fl-1963, il-Liġi Nru 246 tal-5 ta’ Marzu 1963 stabbilixxiet taxxa fuq iż-żieda fil-valur ta’ plottijiet għall-bini. Fl-aħħarnett, id-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 643 tas-26 Ottubru 1972 introduċa t-taxxa fuq iż-żieda fil-valur tal-proprjetà immobbli (l-hekk imsejħa INVIM). Għall-kalkolu ta’ taxxi ta’ titjib speċifiku u ġeneriku, kellha titqies iż-żieda fil-valur tal-proprjetà immobbli. Bl-istess mod, anki t-taxxa tal-1963 kienet tolqot il-valur miżjud ta’ plottijiet għall-bini. Dan il-valur żejjed madankollu kien jiġi ntaxxat fil-mument tat-trasferiment ta’ proprjetà permezz ta’ atti inter vivos u, b’mod ġenerali, wara kull għaxar snin ta’ sjieda tal-proprjetà immobbli. L’INVIM, li kienet ġiet introdotta fl-1972, ħadet post kemm it-taxxa tal-1931 kif ukoll dik tal-1963. Skont il-liġi dwar l-INVIM, l-entitajiet taxxabbli kienu min qed jagħmel it-trasferiment, bi ħlas, jew ix-xerrej, mingħajr ħlas u, fi kwalunkwe każ, it-taxxa kienet dovuta fi tmiem kull għaxar snin ta’ sjieda. L-INVIM kienet ġiet abolita meta ġiet introdotta l-ICI. Skont l-Italja, din l-analiżi turi r-relazzjoni mill-qrib ta’ kontinwità bejn id-diversi strumenti ta’ tassazzjoni fuq il-proprjetà immobbli li ntużaw mill-1931 ’il quddiem. L-Italja tinnota wkoll li r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-eżenzjoni mit-taxxi fuq il-proprjetà dejjem qiesu t-tip ta’ attività mwettqa mill-istituzzjoni li tibbenefika mill-eżenzjoni. Il-fatt li l-kategoriji tal-benefiċjarji tal-eżenzjoni żdiedu matul is-snin seħħ sempliċiment għaliex in-numru tal-istituzzjonijiet li jwettqu attivitajiet soċjalment rilevanti żdied biż-żmien. |
|
(141) |
Il-Kummissjoni ma tqisx li l-argumenti tal-awtoritajiet Taljani huma korretti. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li t-taxxa tal-ICI hija taxxa ta’ natura kompletament differenti mit-taxxi ta’ qabel fuq il-proprjetà immobbli li hija ssostitwiet. Fi kwalunkwe każ, hemm ħafna differenzi bejn l-ICI u l-taxxi ta’ qabel fuq il-proprjetà immobbli, fil-livell tal-entitajiet taxxabbli, tal-ammonti taxxabbli u tal-avvenimenti li taw lok għall-obbligu tal-ħlas tat-taxxi. Fil-fatt, saż-żmien meta ġiet introdotta l-ICI, it-taxxi fuq il-proprjetà immobbli kienu jiġu kkalkulati mill-bażi tal-valur żejjed tal-proprjetà immobbli. Minflok, l-ICI kienet tiġi kkalkulata fuq il-bażi tad-dħul katastali tal-proprjetà. Barra minn hekk, filwaqt li l-INVIM kienet tidentifika bħala entitajiet taxxabbli liċ-ċedent, bil-ħlas, jew lix-xerrej, mingħajr ħlas, l-ICI kellha titħallas minn kull persuna fiżika jew ġuridika li kellha proprjetà immobbli. Fl-aħħarnett, filwaqt li l-INVIM kienet essenzjalment titħallas kull għaxar snin, l-ICI kienet dovuta kull sena. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-bidliet introdotti maż-żmien u, b’mod partikolari, bil-liġi dwar l-ICI, għandhom effett fuq is-sustanza tas-sistema oriġinali u ma jistgħux jiġu separati minnha, bir-riżultat li l-iskema oriġinali ġiet trasformata f’sistema ġdida ta’ għajnuna (60). Il-Kummissjoni m’għandha l-ebda raġuni biex tirrevedi dak li ġie espress fid-deċiżjoni ta’ ftuħ u tikkonferma li l-eżenzjoni mill-ICI kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida. |
|
(142) |
Fir-rigward tal-allegata awtorizzazzjoni tal-miżura dwar l-ICI, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna inkwistjoni qatt ma ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill. Li kieku ġiet approvata, l-għajnuna titqies bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, iżda l-ittri li jkun fihom il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni tibgħat lill-ilmentaturi fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva li sseħħ qabel id-deċiżjoni ta’ ftuħ, ma jistgħux jiġu inklużi ma’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Fil-fatt, jistgħu jitqiesu bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b) (ii) dawk it-tipi ta’ għajnuna li jkunu ġew awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill b’deċiżjoni espliċita biss. Fi kwalunkwe każ, tnejn mill-ilmentaturi li ntbagħtitilom ittra fil-15 ta’ Frar 2010 ippreżentaw rikors quddiem il-Qorti, u għalhekk din l-ittra ma saritx finali. Ir-rikorsi ġew irtirati biss wara d-deċiżjoni ta’ ftuħ. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill l-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 ma japplikax. Għaldaqstant, l-għajnuna inkwistjoni ma tistax titqies bħala għajnuna eżistenti. Għall-kuntrarju, din hija għajnuna ġdida. |
6.2.7. Kompatibilità
|
(143) |
Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni qieset li s-sistema ta’ għajnuna inkwistjoni ma kenitx taqa’ taħt ebda waħda mill-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(2) u (3) tat-Trattat, u li l-awtoritajiet Taljani ma wrewx il-kompatibilità tal-għajnuna skont l-Artikolu 106(2). |
|
(144) |
Matul il-proċeduri, l-awtoritajiet Taljani ma ppreżentawx argumenti li juru li għas-sistema inkwistjoni jistgħu jiġu applikati l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 107(2) u (3) u fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat. Skont uħud mit-78 parti interessata, is-sistema hija konformi mal-Artikolu 106(2) u mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Fil-fehma tagħhom, l-eżenzjoni fil-fatt kienet meħtieġa għal attivitajiet ta’ interess soċjali bbażati fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà. Iż-żewġ ilmentaturi huma tal-fehma li ebda waħda mill-eżenzjonijiet previsti mit-Trattat ma hija applikabbli. |
|
(145) |
Skont il-Kummissjoni, f’dan il-każ ma japplikawx l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat, li jirrigwardaw għajnuna ta’ natura soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn avvenimenti eċċezzjonali, u għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
|
(146) |
L-istess japplika għall-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 107(3)(a) li tipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni fejn il-livell ta’ għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm sitwazzjoni serja ta’ qgħad, u tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom. Il-miżura inkwistjoni lanqas ma tista’ titqies bħala li hi xierqa biex tippromwovi t-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija tal-Italja, kif stipulat fl-Artikolu 107(3)(b). |
|
(147) |
Skont l-Artikolu 107(3)(c), għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi tista’ titqies bħala li hi kompatibbli bil-kundizzjoni li ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Il-Kummissjoni, madankollu, ma ġietx ipprovduta b’elementi konkreti biex tiddetermina jekk l-eżenzjoni fiskali mogħtija mill-miżura inkwistjoni kenitx relatata ma’ investimenti speċifiċi jew ma’ proġetti awtorizzati biex jirċievu għajnuna skont ir-regoli u linji gwida tal-Unjoni jew li huma direttament kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c). Għalhekk, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-pożizzjoni tal-partijiet interessati li jinvokaw il-kompatibilità tal-miżura skont l-Artikolu 107(3)(c), u li jirreferu għall-bżonn li istituzzjonijiet mhux kummerċjali jwettqu attivitajiet li huma bbażati fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà u li għandhom funzjoni soċjali importanti. B’mod partikolari, fid-dawl tan-natura tal-benefiċċju, li huwa sempliċement relatat mat-tneħħija tat-taxxa fuq is-sjieda tal-proprjetà, mhuwiex possibbli li jiġu ddeterminat l-ħtieġa u l-proporzjonalità fir-rigward tal-kisba ta’ għan ta’ interess komuni għall-każijiet individwali. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-miżura inkwistjoni ma tistax titqies bħala li hi kompatibbli fuq il-bażi ta’ kwalunkwe linji gwida bbażati fuq l-Artikolu 107(3)(c). |
|
(148) |
Skont l-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat, għajnuna għall-promozzjoni tal-kultura u tal-konservazzjoni tal-wirt tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, meta din ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ il-Kummissjoni ma qisitx li kien possibbli li teskludi a priori li ċerti istituzzjonijiet, bħal pereżempju istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jwettqu biss attivitajiet edukattivi, kulturali u rikreattivi, kellhom l-għan li jippromwovu l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt, u li għalhekk dawn setgħu jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(d) tat-Trattat. Madankollu, la l-Italja u lanqas il-partijiet interessati ma ppreżentaw evidenza lill-Kummissjoni li setgħet turi l-kompatibilità tal-miżura inkwistjoni għal ċerti istituzzjonijiet skont l-Artikolu 107(3) (d) tat-Trattat (61). Anki f’dan il-kuntest, minħabba n-natura tal-benefiċċju mhuwiex possibbli li l-għajnuna titqies bħala neċessarja u proporzjonata fil-każijiet individwali kollha. |
|
(149) |
Fl-aħħar nett, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni ma eskludietx li xi wħud mill-attivitajiet li jibbenefikaw mill-miżuri inkwistjoni jistgħu jiġu klassifikati bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont il-liġi Taljana, b’konformità mal-Artikolu 106( 2) tat-Trattat u mal-każistika Altmark. Uħud mill-partijiet interessati jsostnu li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżura fil-kuntest tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat, mingħajr ma tiġi pprovduta ebda evidenza utli għall-analiżi. Iż-żewġ partijiet interessati huma tal-fehma li l-miżura ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-każistika Altmark. Fid-dawl ta’ dan, u meta wieħed jikkunsidra li la l-Italja u lanqas il-partijiet interessati ma pprovdew informazzjoni li setgħet tippermetti lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-miżura fid-dawl tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet inkwistjoni jistgħux jiġu klassifikati bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont l-imsemmi Artikolu. Bl-istess mod, mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk, f’kull każ individwali, l-għajnuna hijiex neċessarja u proporzjonata biex jiġu koperti l-ispejjeż iġġenerati mill-obbligi tas-servizz pubbliku jew biex jiġu pprovduti servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
(150) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema ta’ għajnuna inkwistjoni mhijiex kompatibbli mas-suq intern. |
6.3. L-Artikolu 149(4) tat-TUTD
|
(151) |
Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni qieset li l-miżura inkwistjoni tidher li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fit-taqsima li ġejja, il-Kummissjoni se tiddetermina jekk l-Artikolu 149(4) tat-TUTD tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(152) |
L-awtoritajiet Taljani spjegaw li l-Artikolu 149(2) tat-TUTD jinkludi lista mhux eżawrjenti ta’ parametri li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi vvalutata n-natura kummerċjali ta’ istituzzjoni (62). L-okkorrenza ta’ wieħed jew aktar minn dawn il-parametri ma tfissirx it-telf b’mod awtomatiku tal-kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali (li ma jkollhiex l-istess livell ta’ preżunzjonijiet legali) iżda minflok hija ħjiel tan-natura kummerċjali proprja tal-istituzzjoni. Fir-rigward tal-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi rikonoxxuti b’mod legali, l-Italja tinnota li ċ-Ċirkolari tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni Nru 124/E tat-12 ta’ Mejju 1998 stipulat b’mod ċar li l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi jistgħu jibbenefikaw mit-trattament fiskali li jingħata lil istituzzjonijiet mhux kummerċjali biss jekk dawn ma jkollhomx bħala l-għan ewlieni tagħhom l-eżerċizzju ta’ attivitajiet kummerċjali. Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi rikonoxxuti b’mod legali għandhom iżommu l-prevalenza tal-attività istituzzjonali ispirata minn prinċipji idealisti. Għalhekk, l-Artikolu 149(4) tat-TUTD jeskludi l-applikazzjoni ta’ parametri ta’ żmien u kummerċjabilità speċifiċi msemmija fl-Artikolu 149(1) u (2), għall-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u għall-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali, iżda ma jeskludix li dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jitilfu l-kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali. |
|
(153) |
L-awtoritajiet Taljani indikaw li l-miżura hija mmirata lejn il-preservazzjoni tal-kompetenza esklużiva miżmuma mill-CONI għall-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali u mill-Ministeru tal-Intern għall-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi. |
|
(154) |
B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi, il-Liġi Nru 222/1985 għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali bejn l-Italja u s-Santa Sede tirregola, fost oħrajn, is-setgħat tal-Ministeru tal-Intern. L-Italja saħqet li l-Ministeru tal-Intern għandu kompetenza esklussiva kemm fir-rigward tar-rikonoxximent tal-personalità ġuridika fil-liġi ċivili tal-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi kif ukoll fir-rigward tal-irtirar ta’ dan ir-rikonoxximent (63). L-Artikolu 149(4) tat-TUTD jikkonferma l-għoti ta’ din il-kompetenza esklussiva u jipprevjeni r-revoka impliċita tal-personalità ġuridika fil-liġi ċivili tal-istituzzjonijiett ekklesjastiċi mill-awtoritajiet tat-taxxa. Li kieku l-Ministeru tal-Intern kellu jirrevoka l-personalità ġuridika fil-liġi ċivili ta’ istituzzjoni ekkleżjastika, din tal-aħħar titlef il-kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali u ma tkunx tista’ tibqa tibbenefika mit-trattament fiskali applikabbli għall-istituzzjonijiet mhux kummerċjali. Skont id-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 361/2000, il-Ministeru tal-Intern, permezz tal-prefetti, jivverifika wkoll li l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti għaż-żamma tal-personalità ġuridika fil-liġi ċivili. |
|
(155) |
B’referenza għall-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali, l-Italja kkonfermat li l-CONI huwa l-uniku korp li jista’ jivverifika t-twettiq kif suppost tal-attività sportiva mwettqa mill-assoċjazzjonijiet. L-awtoritajiet Taljani ċċaraw ukoll li l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali jistgħu jitilfu l-kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali jekk il-CONI jikkonkludi li dawn ma jwettqux attivitajiet sportivi mhux professjonali. L-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali għandhom jiżvelaw l-informazzjoni dwar it-taxxa rilevanti li tirrigwardahom permezz tal-mudell EAS xieraq (64). Madankollu, l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali li ma jwettqux attivitajiet kummerċjali mhumiex meħtieġa li jippreżentaw dan il-mudell. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jirriżulta li l-awtoritajiet Taljani ppjanaw u implimentaw strumenti xierqa li jippermettu li l-attivitajiet ta’ assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali jiġu verifikati anki minn perspettiva fiskali. |
|
(156) |
Barra minn hekk, l-Italja spjegat li jekk l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu kkonfermaw li l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali fil-biċċa l-kbira jwettqu attivitajiet kummerċjali, dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Ministeru tal-Intern u lill-CONI. Il-Ministeru tal-Intern u l-CONI għandhom ukoll iwettqu kontrolli b’mod indipendenti, b’konformità mas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet fiskali jistgħu jwettqu korrezzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-istituzzjoni mhux kummerċjali kkonċernata u jirkupraw id-differenza fl-ammonti tat-taxxa. |
|
(157) |
L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li twettqu kontrolli fuq istituzzjonijiet mhux kummerċjali (65).F’dan ir-rigward, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni dan l-aħħar ħareġ struzzjonijiet operattivi speċifiċi dwar istituzzjonijiet mhux kummerċjali maħsuba għall-uffiċċji territorjali (66). Fir-rigward tal-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi, il-Ministeru tal-Intern wettaq ukoll sensiela ta’ spezzjonijiet fuq dawn l-istituzzjonijiet, u ma identifika ebda każ ta’ abbuż. |
|
(158) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li jeżistu strumenti legali li jiżguraw il-prevenzjoni u t-trażżin effettiv tal-abbużi tal-kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali mill-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u mill-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali. L-awtoritajiet Taljani wrew ukoll li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-obbligi ta’ spezzjoni u li, fir-realtà, kemm l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi kif ukoll l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali jistgħu jitilfu l-kwalifika ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali jekk iwettqu attivitajiet li huma primarjament ta’ natura ekonomika. Għalhekk, anki l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali jistgħu jitilfu l-benefiċċju tat-trattament fiskali li jingħata lil istituzzjonijiet mhux kummerċjali b’mod ġenerali. Għalhekk ma jidhirx li teżisti dik is-sistema ta’ “kwalifika permanenti ta’ istituzzjoni mhux kummerċjali” li jsemmu l-ilmentaturi. Is-sempliċi fatt li jiġu applikati proċeduri speċifiċi għall-kontrolli fuq istituzzjonijiet b’personalità ġuridika fil-liġi ċivili u fuq l-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali inkwistjoni ma jikkostitwixxix vantaġġ. |
|
(159) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Artikolu 149(4) tat-TUTD ma jagħti ebda vantaġġ selettiv lill-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi jew lill-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali. Għaldaqstant, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
6.4. L-eżenzjoni mit-TMU
|
(160) |
Wara li ddaħħlet it-TMU, it-taxxa muniċipali l-ġdida fuq il-proprjetà immobbli li ħadet post l-ICI, fuq talba tal-awtoritajiet Taljani u fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-ilmentaturi dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida, il-Kummissjoni qablet li tivverifika jekk l-eżenzjoni l-ġdida mit-TMU għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jwettqu attivitajiet speċifiċi hijiex konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-eżenzjoni mit-TMU inkwistjoni hijiex għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(161) |
Il-Kummissjoni tinnota li, mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Digriet-Liġi Nru 1/2002, li ġie traspost bil-Liġi Nru 27/2012, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92 tapplika għal proprjetà immobbli ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali biss jekk l-attivitajiet elenkati fih jitwettqu b’mod mhux kummerċjali. Id-dispożizzjonijiet dwar “użu varjat” tal-proprjetajiet immobbli, kemm fil-każ fejn il-partijiet ta’ proprjetajiet immobbli jkollhom awtonomija funzjonali u dħul indipendenti, kif ukoll fil-każ li tkun meħtieġa d-dikjarazzjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(162) |
Skont il-Kummissjoni, ir-regoli l-ġodda jesprimu b’mod ċar li l-eżenzjoni tista’ tkun iggarantita biss jekk ma jitwettqux attivitajiet kummerċjali. Għalhekk m’għadux possibbli li jkun hemm sitwazzjonijiet imħallta maħluqa mil-leġiżlazzjoni dwar l-ICI, skont liema, f’ċerti proprjetajiet immobbli li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet fiskali, kienu jitwettqu attivitajiet kummerċjali. |
|
(163) |
B’mod ġenerali, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ attività ekonomika tiddependi, fost affarijiet oħra, fuq iċ-ċirkostanzi partikolari, mill-mod li bih l-attività tiġi organizzata mill-Istat u mill-kuntest li fih tiġi organizzata. Biex tiġi ddetminata n-natura mhux ekonomika ta’ attività skont il-każistika tal-UE, jeħtieġ li jiġu eżaminati n-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u r-regoli li jirregolaw dawn l-attivitajiet. Il-fatt li xi attivitajiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala “soċjali” mhuwiex biżżejjed biex tiġi eskluża n-natura ekonomika tagħhom. Madankollu, anki l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għarfet li xi attivitajiet li jaqdu funzjoni purament soċjali jistgħu jitqiesu bħala li mhumiex ekonomiċi, speċjalment fl-oqsma relatati mad-dmirijiet u mar-responsabbiltajiet bażiċi tal-Istat. |
|
(164) |
B’hekk, fir-rigward tat-TMU, il-Kummissjoni tqis li huwa essenzjali li jiġi ddeterminat minn qabel jekk il-kriterji msemmija mis-sistema ġuridika Taljana għall-esklużjoni tan-natura kummerċjali tal-attivitajiet koperti mill-eżenzjoni mit-TMU humiex konformi mal-kunċett ta’ attività mhux ekonomika previst mil-liġi tal-Unjoni. |
|
(165) |
F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-paragrafu 5 u fil-paragrafi ta’ wara, l-awtoritajiet Taljani dan l-aħħar approvaw ir-regoli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 91a(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 1/2012. Ir-Regolament tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi tad-19 ta’ Novembru 2012 jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, ir-rekwiżiti ġenerali u settorjali li jiddeterminaw meta l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92 jitwettqu b’mod mhux kummerċjali. |
|
(166) |
L-ewwel nett, l-Artikolu 1(1)(p) tar-Regolament Ministerjali tad-19 ta’ Novembru 2012 jiddefinixxi l-kunċett ta’ “mod mhux kummerċjali”. L-attivitajiet istituzzjonali jitqiesu bħala li twettqu b’mod mhux kummerċjali meta a) ma jkollhomx skop ta’ qligħ, b) b’konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, min-natura tagħhom stess, ma jkunux f’kompetizzjoni ma’ operaturi oħra fis-suq li jkollhom skop ta’ qligħ u c) jikkostitwixxu espressjoni tal-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ sussidjarjetà. F’dan ir-rigward, ir-rekwiżit imsemmi fl-ittra (b) huwa protezzjoni importanti minħabba li, billi jirreferi b’mod espliċitu għal-liġi tal-Unjoni, jiżgura b’mod ġenerali li l-attività mhijiex qed tikkompeti ma’ operaturi oħra fis-suq li għandhom skop ta’ qligħ; din hija karatteristika importanti ħafna għall-attivitajiet ta’ natura mhux ekonomika (67). |
|
(167) |
It-tieni nett, l-Artikolu 3 tar-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali ta’ natura soġġettiva li għandhom jiġu ddikjarati fl-att ta’ kostituzzjoni jew fl-istatut tal-istituzzjoni mhux kummerċjali sabiex l-attivitajiet previsti jitwettqu b’mod mhux kummerċjali. Il-kriterji huma dawn li ġejjin: a) il-projbizzjoni li jiġu mqassma, anki b’mod indirett, profitti, ammonti żejda, fondi, riżervi jew kapital waqt iż-żmien ta’ operat tal-istituzzjoni, sakemm it-tqassim ma jkunx meħtieġ bil-liġi jew ikun sar favur istituzzjonijiet li huma parti mill-istess struttura u jwettqu l-istess attivitajiet, b) l-obbligu li kull qligħ jerġa’ jiġi investit biss għall-iżvilupp tal-attivitajiet funzjonali għall-ksib tal-għan istituzzjonali tas-solidarjetà soċjali, c) fil-każ ta’ xoljiment tal-istituzzjoni mhux kummerċjali, l-obbligu li l-assi jiġu ttrasferiti lil istituzzjoni mhux kummerċjali oħra li twettaq attivitajiet simili. |
|
(168) |
It-tielet nett, l-Artikolu 4 tar-Regolament jidentifika rekwiżiti oħra li għandhom jiġu ssodisfati, flimkien mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1 u 3, sabiex l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) (i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92 jitqiesu bħala li twettqu b’mod mhux kummerċjali. |
|
(169) |
B’mod partikolari, fir-rigward tat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ karità u tas-saħħa, ir-Regolament jistabbilixxi li dawn ikunu twettqu b’mod mhux kummerċjali jekk tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: a) l-attivitajiet iridu jkunu ċċertifikat mill-Istat u għandhom jiġu pprovduti bħala parti minn kuntratt jew ftehim mal-Istat, mar-reġjuni jew mal-awtoritajiet pubbliċi; l-attivitajiet iridu jkunu jitwettqu b’mod supplimentari jew kumplimentari għas-servizz pubbliku, u jipprovdu lill-utenti b’servizz b’xejn jew kontra ħlas ta’ ammont li jirrappreżenta kontribuzzjoni sempliċi biex tiġi koperta parti mill-ispejjeż għas-servizz kollu; b) fejn ma jkunux iċċertifikati jew irregolati bi ftehim kuntrattwali, l-attivitajiet għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas jew kontra ħlas nominali tal-ammont tal-ispejjeż, u li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun ta’ aktar minn nofs tal-ispejjeż medji għal attivitajiet simili li jitwettqu fl-istess żona ġeografika b’mod kompetittiv, filwaqt li jitqies ukoll in-nuqqas ta’ relazzjoni mal-ispejjeż proprji tas-servizz. |
|
(170) |
Rigward l-ewwel kundizzjoni, il-Kummissjoni tinnota li, kif ġie spjegat mill-awtoritajiet Taljani, sabiex jikkwalifikaw għal eżenzjoni, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom ikunu parti mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, li tipprovdi kopertura sħiħa u hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà. Bħala parti minn din is-sistema, l-isptarijiet pubbliċi jiġu ffinanzjati b’mod dirett permezz tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u permezz ta’ riżorsi oħra tal-Istat. Dawn l-isptarijiet jipprovdu s-servizz mingħajr ħlas fuq il-bażi ta’ kopertura sħiħa jew kontra ħlas ta’ ammont imraħħas li jkopri biss parti żgħira mill-ispejjeż proprji tas-servizz. L-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jaqgħu fl-istess kategorija u li jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet jitqiesu wkoll parti integrali mis-sistema nazzjonali tas-saħħa (68). Fid-dawl tal-karatteristiċi bażiċi tal-każ u skont il-prinċipji stabbiliti mill-każistika tal-Unjoni (69), peress li s-sistema nazzjonali Taljana tipprovdi sistema ta’ kopertura universali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-istituzzjonijiet inkwistjoni li jwettqu l-attivitajiet deskritti hawn fuq u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi ma jistgħux jitqiesu bħala impriżi. |
|
(171) |
Rigward it-tieni kundizzjoni, ir-Regolament jistabbilixxi li l-attivitajiet għandhom jitwettqu mingħajr ħlas jew kontra ħlas ta’ ammont nominali. Is-servizzi pprovduti bla ħlas ġeneralment ma jikkostitwixxux attività ekonomika. B’mod partikolari, dan ikun il-każ jekk, kif stipulat fl-Artikolu 1, is-servizzi ma jiġux offruti f’kompetizzjoni ma’ operaturi oħra fis-suq. L-istess japplika għas-servizzi pprovduti bi ħlas ta’ ammont nominali. F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat, minn naħa, li skont ir-Regolament, biex ħlas jitqies bħala ta’ natura nominali, dan ma jridx ikun l-istess bħall-ispiża tas-servizz, u min-naħa l-oħra, li l-limitu ta’ nofs il-prezz medju għal attivitajiet simili li jitwettqu fl-istess żona ġeografika b’mod kompetittiv jista’ jintuża biss biex jiġi eskluż id-dritt ta’ eżenzjoni (kif indikat bil-kliem “fi kwalunkwe każ”) u, ma jfissirx, b’mod kuntrarju, li l-fornituri tas-servizzi li japplikaw prezz li jkun ta’ inqas minn dak il-limitu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-limitu. Għalhekk, meta jitqies li l-attivitajiet ta’ għajnuna u tas-saħħa jissodisfaw anki r-rekwiżiti ġenerali u soġġettivi msemmija fl-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-attivitajiet, li twettqu skont il-prinċipji stabbiliti mil-liġijiet fis-seħħ, ma jikkostitwixxix attività ekonomika. |
|
(172) |
Fir-rigward ta’ attivitajiet edukattivi, dawn l-attivitajiet jitqiesu bħala li twettqu b’mod mhux kummerċjali jekk jiġu ssodisfati xi kundizzjonijiet speċifiċi. B’mod partikolari, l-attività għandha tkun tal-istess livell tal-edukazzjoni pubblika u l-iskola għandha tiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fl-istadju ta’ aċċettazzjoni tal-istudenti; l-iskola għandha wkoll tilqa’ studenti b’diżabilità, għandha tapplika n-negozjar kollettiv, għandu jkollha faċilitajiet xierqa għall-istandards stabbiliti u għandha tippubblika l-baġit. Barra minn hekk, l-attività għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas jew kontra ħlas ta’ ammont nominali li jkopri biss parti mill-ispejjeż proprji tas-servizz, filwaqt li jitqies ukoll in-nuqqas ta’ relazzjoni mal-ispejjeż proprji tas-servizz. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, skont il-każistika (70), korsijiet offruti minn stabbilimenti speċifiċi li jagħmlu parti mis-sistema edukattiva pubblika u li huma ffinanzjati bis-sħiħ jew prinċipalment minn fondi pubbliċi ma jikkostitwixxux attività ekonomika. In-natura mhux ekonomika tal-edukazzjoni pubblika, fil-prinċipju ma tmurx kontra l-fatt li ġieli l-istudenti jew il-ġenituri tagħhom ikollhom iħallsu miżati tal-iskola jew ta’ reġistrazzjoni, li jikkontribwixxu lejn il-ħlas għall-ispejjeż operattivi tas-sistema skolastika, bil-kundizzjoni li dawn il-ħlasijiet ikopru biss parti mill-ispejjeż proprji tas-servizz u b’hekk ma jistgħux jitqiesu bħala ħlas għas-servizz ipprovdut. Kif irrikonoxxiet anki l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (71), dawn il-prinċipji jinkludu t-taħriġ vokazzjonali, l-iskola primarja u l-kindergartens privati u pubbliċi, l-attivitajiet ta’ tagħlim imwettqa fuq bażi anċillari fl-universitajiet, u l-għoti tal-edukazzjoni universitarja. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-ħlasijiet tal-ammonti nominali msemmija fid-digriet ma jistgħux jitqiesu bħala ħlas għas-servizz ipprovdut. Għalhekk, f’dan il-każ, minħabba r-rekwiżiti ġenerali u soġġettivi msemmija fl-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament u l-ħtiġijiet oġġettivi speċifikati fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni tqis li s-servizz edukattiv ipprovdut mill-istituzzjonijiet inkwistjoni ma jistax jitqies bħala attività ekonomika. |
|
(173) |
Fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ akkomodazzjoni, kulturali, rikreattivi u sportivi, l-Artikolu 4 tar-Regolament jistipula li dawn għandhom jiġu offruti mingħajr ħlas jew kontra ħlas nominali tal-ammont tal-ispejjeż, u li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun ta’ aktar minn nofs l-ispejjeż medji għal attivitajiet simili li jitwettqu fl-istess żona ġeografika b’mod kompetittiv, filwaqt li jitqies ukoll in-nuqqas ta’ relazzjoni mal-ispejjeż proprji tas-servizz. Dan ir-rekwiżit huwa identiku għat-tieni kundizzjoni għall-attivitajiet ta’ għajnuna u tas-saħħa li ġew eżaminati fil-paragrafu (169), u għaldaqstant jgħoddu l-istess kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Is-servizzi pprovduti bla ħlas ġeneralment ma jikkostitwixxix attività ekonomika. L-istess japplika għas-servizzi pprovduti bi ħlas ta’ ammont nominali. F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat, minn naħa, li skont ir-Regolament, biex ħlas jitqies bħala ta’ natura nominali, dan ma jridx ikun l-istess bħall-ispiża tas-servizz, u min-naħa l-oħra, li l-limitu ta’ nofs il-prezz medju għal attivitajiet simili li jitwettqu fl-istess żona ġeografika b’mod kummerċjali jista’ jintuża biss biex jiġi eskluż id-dritt ta’ eżenzjoni (kif indikat bil-kliem “fi kwalunkwe każ”) u, ma jfissirx, b’mod kuntrarju, li l-fornituri tas-servizzi li japplikaw prezz li jkun ta’ inqas minn dak il-limitu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-limitu. |
|
(174) |
Barra minn hekk, għall-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u sportivi, il-Kummissjoni tqis ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali li jinħolqu mid-definizzjonijiet ta’ dawn l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) (j) u (m) tar-Regolament. B’mod partikolari, fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ akkomodazzjoni, ir-regolament jillimita l-eżenzjoni għal attivitajiet imwettqa minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jipprovdu aċċess għal ċerti kategoriji ta’ riċevituri u diskontinwità fil-ftuħ. B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-“akkomodazzjoni soċjali”, ir-Regolament jistipula li l-attivitajiet għandhom ikunu mmirati lejn persuni bi bżonnijiet speċjali temporanji jew permanenti, jew lejn persuni żvantaġġati minħabba raġunijiet fiżiċi, psikoloġiċi, ekonomiċi, soċjali jew relatati mal-familja. L-istituzzjoni tista’ titlob biss li jsir ħlas ta’ ammont nominali u li fi kwalunkwe każ mhuwiex ta’ aktar minn nofs il-prezz medju li jitħallas għal attivitajiet simili li jitwettqu minn istituzzjonijiet kummerċjali fil-istess żona ġeografika, filwaqt li jitqies ukoll in-nuqqas ta’ relazzjoni mal-ispejjeż proprji tas-servizz. Ir-regolament jikkjarifika wkoll li, fi kwalunkwe każ, l-eżenzjoni ma tapplikax għal attivitajiet imwettqa f’lukandi jew fi strutturi li joperaw bħala lukandi, skont l-Artikolu 9 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 79 tat-23 ta’ Mejju 2011 (72). L-eżenzjoni għalhekk ma tapplikax fir-rigward ta’ attivitajiet li jitwettqu fil-lukandi, f’motels u f’bed and breakfasts. Minħabba li l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li joffru faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali soġġettivi u oġġettivi msemmija fl-Artikoli 1, 3 u 4 tar-Regolament, il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, l-attivitajiet inkwistjoni li jkollhom il-karatteristiki msemmija hawn fuq mhumiex attivitajiet ekonomiċi skont il-liġijiet tal-UE. |
|
(175) |
Għalhekk, minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ u l-fatt li dawn l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jwettqu attivitajiet ta’ akkomodazzjoni, kulturali, rikreattivi u sportivi għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn l-attivitajiet, li huma mwettqa skont il-prinċipji stabbiliti mil-liġi, mhumiex meqjusa bħala attivitajiet ekonomiċi. |
|
(176) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani, fid-dawl tal-karatteristiki speċifiċi u partikolari għall-każ inkwistjoni, l-attivitajiet li ġew eżaminati fil-paragrafi ta’ qabel, li jitwettqu minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali b’konformità sħiħa mal-kriterji ġenerali soġġettivi u oġġettivi msemmija fl-Artikoli 1, 3 u 4 tar-Regolament, mhumiex ta’ natura ekonomika. Għalhekk, meta l-istituzzjonijiet mhux kummerċjali inkwistjoni jwettqu l-attivitajiet imsemmija hawn fuq b’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Taljana, dawn ma jkunux qed joperaw bħala impriżi skont il-liġijiet tal-UE. Peress li l-Artikolu 107(1) tat-Trattat japplika biss għall-impriżi, f’dan il-każ il-miżura ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li, mill-1 ta’ Jannar 2013, fil-każ ta’ użu varjat ta’ proprjetà immobbli, il-liġi Taljana se tippermetti li tiġi kkalkulata l-parti tal-proprjetà immobbli li tintuża għal skopijiet kummerċjali, u li t-TMU tiġi applikata biss għal attivitajiet ekonomiċi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, f’każijiet li fihom istituzzjoni twettaq attivitajiet kemm ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi, l-eżenzjoni parzjali li minnha tibbenefika l-parti tal-proprjetà immobbli li tintuża għal attivitajiet mhux ekonomiċi mhijiex ta’ vantaġġ għal dik l-istituzzjoni meta twettaq attività ekonomika bħala impriża. Għaldaqstant, f’sitwazzjoni bħal din, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
6.5. Irkupru
|
(178) |
Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jekk tikkonferma li l-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni għandha l-awtorità li tiddeċiedi jekk l-Istat interessat għandux jabolixxi jew ibiddel l-għajnuna (73). Skont l-istess każistika stabbilita tal-Qorti, l-obbligu ta’ Stat li jħassar għajnuna li l-Kummissjoni tqis bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mmirat lejn ir-restawr tas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (74). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja iddeċidiet li dan l-għan jitqies bħala milħuq meta l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, biex b’hekk jintilef il-vantaġġ li bbenefika minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u meta tkun ġiet restawrata s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel l-għoti tal-għajnuna (75). |
|
(179) |
Fuq il-bażi ta’ din il-każistika, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) nru 659/99 (76) jistabbilixxi li “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (minn hawn ’l quddiem imsejħa ‘deċiżjoni ta' rkupru’). Il-Kummissjoni m'għandhiex teħtieġ ir-rkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità.”. |
|
(180) |
Għalhekk, peress li l-miżura tal-eżenzjoni mill-ICI għandha titqies bħala għajnuna illegali u mhux kompatibbli, fil-prinċipju, l-ammont tal-għajnuna għandu jingħata lura biex is-sitwazzjoni tas-suq tiġi rrestawrata għal dik li kienet qabel l-għoti tal-għajnuna. |
|
(181) |
Madankollu, ir-Regolament (KE) nru 659/99 jimponi limiti għad-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 14(1), “il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ ir-rkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità”, bħall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppermettiet ukoll eċċezzjoni għal dan l-obbligu li Stat Membru jimplimenta deċiżjoni ta’ rkupru indirizzata lilu, jiġifieri l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li jwasslu biex ikun assolutament impossibbli li l-Istat Membru jimplimenta d-deċiżjoni b’mod xieraq (77). |
|
(182) |
Minħabba li dawn l-eċċezzjonijiet ġew invokati mill-awtoritajiet Taljani fil-kuntest tal-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk humiex applikabbli għal dan il-każ, sabiex tiddetermina jekk huwiex meħtieġ li jsir l-irkupru. |
6.5.1. Aspettattivi leġittimi
|
(183) |
Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni, ordni ta’ rkupru tal-għajnuna tinvolvi ksur tal-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni jekk, bħala riżultat ta’ azzjoni tal-Kummissjoni, jinħolqu aspettattivi leġittimi fil-benefiċjarju li l-għajnuna ngħatat skont il-liġi tal-Unjoni. |
|
(184) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ħafna drabi li d-dritt li wieħed jibbaża ruħu fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi japplika għal kull entità li fil-konfront tagħha istituzzjoni tal-Unjoni tkun wasslet biex toħloq aspettattivi leġittimi. Madankollu, persuna ma tistax tinvoka l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jekk l-awtoritajiet amministrattivi ma jkunux ipprovdewha b’garanziji speċifiċi (78). |
|
(185) |
F’dan il-każ, l-awtoritajiet Taljani u t-78 parti interessata bażikament invokaw il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi fuq il-bażi ta’ risposta bil-miktub għal mistoqsija tal-Parlament tal-2009 (79). Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, il-Kummissjoni ppreċiżat li hija “wettqet valutazzjoni preliminari u sabet li ma kienx jeħtieġ li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri, peress li mhuwiex probabbli li s-sistema tal-ICI tqiegħed lill-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi f’pożizzjoni ta’ vantaġġ f’termini ta’ kompetizzjoni.” |
|
(186) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li din it-tweġiba ma tat lok għal ebda aspettattiva leġittima, għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(187) |
L-ewwel nett, id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata sempliċiment fuq “valutazzjoni preliminari”; il-Kummissjoni ma qalitx li kienet ħadet deċiżjoni, iżda stabbiliet biss li ma kienx hemm raġunijiet biex isiru investigazzjonijiet ulterjuri. It-tieni nett, il-Kummissjoni esprimiet ruħha b’mod li kien jesprimi dubju, u ddikjarat li ma kienx probabbli li l-eżenzjoni mill-ICI tagħti vantaġġ lill-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi. It-tielet nett, il-mistoqsija u t-tweġiba jirreferu biss għall-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi, li huma sottokategorija tal-istituzzjonijiet mhux kummerċjali affettwati mill-eżenzjoni mill-ICI. |
|
(188) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ma tatx garanziji speċifiċi, solidi u konsistenti li setgħu wasslu biex jinħolqu fil-benefiċjarji tal-miżura inkwistjoni aspettattivi raġjonevoli dwar il-fatt li s-sistema setgħet kienet leġittima, fis-sens li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u li għaldaqstant il-benefiċċji possibbli ta’ din il-miżura ma setgħux ikunu soġġetti għal proċedimenti ta’ rkupru. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ma għamlet ebda dikjarazzjoni preċiża u solida li setgħet tiżgura li l-eżenzjoni mill-ICI inkwistjoni ma kellhiex titqies bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(189) |
L-Italja tenniet ukoll li t-tweġibiet tal-Kummissjoni lill-ilmentaturi rigward l-eżenzjoni mill-ICI, li l-awtoritajiet Taljani ġew innotifikati dwarhom b’mod informali, ħolqu aspettattiva leġittima fl-istituzzjonijiet mhux kummerċjali fir-rigward tal-kompatibbiltà ta’ din l-eżenzjoni mal-liġijiet tal-UE. Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-osservazzjonijiet tal-Italja. Fil-fatt, l-ittri li jinkludu valutazzjoni preliminari li l-Kummissjoni bagħtet lill-ilmentaturi, li l-Istat Membru jiġi notifikat dwarhom biss b’mod informali, ma jirrappreżentawx il-pożizzjoni finali tal-Kummissjoni. Filwaqt li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jiġu magħmula pubbliċi u jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali, dan ma jsirx fil-każ ta’ proċedura amministrattiva sempliċi li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni, fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, ma jkollhiex dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri li qed jiġu kkunsidrati. Barra minn hekk, tnejn mill-ilmentaturi ppreżentaw rikors quddiem il-Qorti rigward l-ittra li ntbagħtitilhom fil-15 ta’ Frar 2010, u għalhekk din l-ittra ma saritx finali. Ir-rikorsi ġew irtirati biss wara d-deċiżjoni ta’ ftuħ. |
|
(190) |
Għaldaqstant, f’dan il-każ il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja u t-78 parti interessata ma ngħataw ebda garanzija minn istituzzjoni tal-Unjoni li setgħet tiġġustifika l-aspettattivi leġittimi, u li b’hekk, tista’ tipprevjeni lill-Kummissjoni milli twettaq irkupru. |
6.5.2. Ċirkostanzi eċċezzjonali: impossibbiltà assoluta li jitwettaq l-irkupru.
|
(191) |
Skont l-Artikolu 288 tat-Trattat, l-Istat Membru li fir-rigward tiegħu issir deċiżjoni ta’ rkupru huwa obbligat li jwettaqha. Kif indikat hawn fuq, hemm eċċezzjoni għal dan l-obbligu, li hija rrappreżentata mill-każ li fih l-Istat Membru juri li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jwasslu biex ikun impossibbli li d-deċiżjoni tiġi implimentata b’mod korrett. |
|
(192) |
Normalment, l-Istati Membri jinvokaw din il-possibbiltà fil-kuntest tad-diskussjonijiet mal-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni (80). F’dan il-każ, madankollu, qabel ġiet adottata d-deċiżjoni, l-Italja sostniet li l-irkupru ma kellux isir, għaliex kien se jkun assolutament impossibbli li dan jiġi implimentat. Peress li l-Italja qajmet din il-kwistjoni matul investigazzjoni formali u peress li, skont prinċipju ġenerali tal-liġi, ħadd ma jista’ jiġi sfurzat biex jagħmel l-impossibbli, il-Kummissjoni tqis li l-kwistjoni tiġi ttrattata f’din id-deċiżjoni. |
|
(193) |
Qabel kollox, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja tat, fuq bażi konsistenti, interpretazzjoni restrittiva ħafna tal-kunċett ta’ “impossibbiltà assoluta”. Il-kundizzjoni ta’ impossibbiltà assoluta li jsir rkupru ma titqiesx bħala li tkun ġiet issodisfata meta l-Istat Membru sempliċiment ikun għarraf lill-Kummissjoni dwar id-diffikultajiet legali, politiċi jew prattiċi li tinvolvi l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni (81). L-uniku każ li fih tista’ tiġi aċċettata l-impossibbiltà assoluta huwa dak fejn ikun impossibbli li l-irkupru jsir sa mill-bidu, u b’mod oġġettiv u assolut (82). |
|
(194) |
F’dan il-każ, l-awtoritajiet Taljani sostnew li jkun assolutament impossibbli li jiġi definit liema proprjetajiet immobbli ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali kienu maħsuba għat-twettiq ta’ attivitajiet mhux ta’ natura kummerċjali biss, u li tinġabar l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi kkalkulat l-ammont tat-taxxa li suppost kellu jitħallas. |
|
(195) |
Fil-fatt, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li minħabba l-istruttura tar-Reġistru tal-Artijiet, huwa impossibbli li d-dejta tad-databases dwar proprjetajiet immobbli ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jintużaw għal attivitajiet li mhumiex biss ta’ natura mhux kummerċjali tat-tip indikat fid-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni mill-ICI fir-Reġistru tal-Artijiet tiġi estrapolata b’effett retroattiv. L-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru tal-Artijiet ma tidentifikax l-attivitajiet imwettqa fil-proprjetajiet immobbli. Fi kliem ieħor, fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fir-Reġistru tal-Artijiet, mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni tkunx wettqet attivitajiet kummerċjali jew mhux kummerċjali fi proprjetà immobbli partikolari. Fil-fatt, kull proprjetà immobbli (inkluż il-partijiet ta’ proprjetajiet immobbli li jaqgħu taħt klassifikazzjoni separata) tiġi rreġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet biss fuq il-bażi tal-karatteristiki oġġettivi tagħha, li jirriflettu l-karatteristiki fiżiċi u strutturali li jindikaw l-użu maħsub tagħha. |
|
(196) |
B’referenza għad-databases tat-taxxa u, b’mod partikolari, għall-arkivji tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ppreżentati minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali, l-Italja ddikjarat b’mod ċar li dawn jippermettu biss li jiġu identifikati l-proprjetajiet immobbli li jintużaw b’mod mhux kummerċjali. F’dan il-każ, il-bini li jiġġenera dħul għandu jiġi indikat fil-Mudell Uniku tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fil-Parti RB dwar id-dħul tal-bini, filwaqt li ma hemmx għalfejn timtela’ l-Parti RS dwar l-ispejjeż varji u d-dħul varju. Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn istituzzjoni mhux kummerċjali jkollha proprjetajiet immobbli li fihom jitwettqu wkoll attivitajiet kummerċjali, għandhom jimtlew kemm il-Parti RB kif ukoll il-Parti RS. Madankollu, jekk fil-Parti RB jiġi ddikjarat aktar minn bini wieħed, ma jkunx possibbli li jiġi identifikat il-bini li fih tkun twettqet l-attività li tkun iġġenerat id-dħul indikat fid-dikjarazzjoni. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat li l-Parti RS tal-Mudell Uniku tinkludi dejta aggregata dwar l-ispejjeż u d-dħul fir-rigward ta’ oġġetti u servizzi wżati fuq bażi kummerċjali u mhux kummerċjali (prodotti u servizzi wżati b’mod varjat għat-twettiq ta’ attivitajiet kummerċjali u ta’ attivitajiet oħra). B’hekk, anki meta fil-Parti RB jiġi indikat biss bini wieħed, minħabba l-karatteristiki strutturali tas-sistema tar-Reġistru tal-Artijiet (li ma tippermettix tqassim proporzjonali bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali tal-bini), mhuwiex possibbli li jiġi identifikat f’liema parti tal-proprjetà immobbli jkunu twettqu l-attivitajiet ekonomiċi li jkunu ġġeneraw id-dħul irrappurtat fid-dikjarazzjoni. |
|
(197) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Taljani wrew li l-benefiċjarji tal-għajnuna inkwistjoni ma jistgħux jiġu identifikati, u li l-għajnuna ma tistax tiġi kkalkulata b’mod affidabbli minħabba n-nuqqas ta’ dejta disponibbli. Fil-fatt, id-databases tat-taxxa u tar-Reġistru tal-Artijiet ma jippermettux li jiġu identifikati l-proprjetajiet immobbli li huma proprjetà ta’ istituzzjonijiet mhux kummerċjali, li jkunu ntużaw għal skopijiet mhux kummerċjali tat-tip speċifikat fir-regolamenti dwar l-eżenżjoni mill-ICI, u b’hekk lanqas ma jippermettu li tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkulat l-ammont tat-taxxa li għandu jiġi rkuprat. Għalhekk, l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe ordni ta’ rkupru tkun impossibbli f’termini oġġettivi u assoluti. |
|
(198) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkunsidra li, fid-dawl tal-każ inkwistjoni, ikun assolutament impossibbli li l-Italja tirkupra għajnuna illegali mogħtija fil-qafas tad-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni mill-ICI. Għaldaqstant, l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli relatata mal-eżenzjoni mit-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli mhuwiex se jsir. |
7. KONKLUŻJONI
|
(199) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja implimentat l-eżenzjoni mit-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli msemmija fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92 b’mod illegali, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
|
(200) |
Minħabba li ma tista’ tiġi identifikata ebda raġuni ta’ kompatibilità għas-sistema inkwistjoni, din tirriżulta bħala inkompatibbli mas-suq intern. Madankollu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali invokati mill-Italja, m’għandux jiġi ordnat li jsir l-irkupru tal-għajnuna, peress li l-Italja wriet l-impossibbiltà assoluta li dan jiġi implementat. |
|
(201) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Artikolu 149(4) tat-TUTD ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(202) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-karatteristiki speċifiċi tal-eżenzjoni mit-TMU għal istituzzjonijiet mhux kummerċjali, li jwettqu biss attivitajiet speċifiċi mhux kummerċjali b’osservanza tal-kundizzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn l-attivitajiet ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u li għalhekk, il-miżura ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ eżenzjoni mill-ICI, mogħtija lil istituzzjonijiet mhux kummerċjali li fil-binjiet wettqu biss l-attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92, li ġiet introdotta mill-Italja b’mod illegali bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, mhijiex kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
L-Artikolu 149(4) tat-TUTD ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
Artikolu 3
L-eżenzjoni mit-TMU, mogħtija lil istituzzjonijiet mhux kummerċjali li fil-binjiet iwettqu biss l-attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Italja.
Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) ĠU C 348 tal-21.12.2010, paġ. 17.
(2) Ara l-Kawża T-192/10, Ferracci vs Il-Kummissjoni (ĠU C 179 tat-3.7.2010 paġ. 45) u l-Kawża T-193/10, Scuola Elementare Maria Montessori vs. Il-Kummissjoni (ĠU C 179 tat-3.7.2010 paġ. 46).
(3) ĠU C 30 tad-29.1.2011, paġ. 57.
(4) Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-tnaqqis ta’ 50% tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 6 tad-Digriet Presidenzjali Nru 601/73 jista’ jikkostitwixxi għajnuna eżistenti (punt 18) filwaqt li speċifikat li din il-miżura kienet se tiġi ttrattata fi proċedura separata dwar għajnuna eżistenti li nbdiet aktar tard fi Frar 2011. L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Digriet Presidenzjali Nru 601/73 huma: a) istituzzjonijiet u istituti ta’ assistenza soċjali, għaqdiet ta’ għajnuna reċiproka, sptarijiet, istituzzjonijiet ta’ għajnuna u ta’ karità; b) istituti edukattivi u istituti ta’ studju u esperimentazzjoni ta’ interess ġenerali li joperaw mingħajr skop ta’ qligħ, korpi xjentifiċi; akkademji, fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet dwar l-istorja, letterarji, xjentifiċi li għandhom biss finijiet relatati mal-kultura; c) istituzzjonijiet li, bil-liġi, l-għanijiet tagħhom jitqiesu bħala li huma l-istess bħal dawk ta’ karità jew edukattivi; ca) istituti indipendenti għall-akkomodazzjoni u l-konsorzji tagħhom.
(5) Ara n-nota nru 1.
(6) Traspost bil-Liġi Nru 248 tat-2 ta’ Diċembru 2005.
(7) Traspost bil-Liġi Nru 248 tal-4 ta’ Awwissu 2006.
(8) Aktar preċiżament, l-Artikolu 7(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/92 jirreferi għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 87 [li sar l-Artikolu 73](1) (c), tad-Digriet Presidenzjali Nru 917/86. Id-definizzjoni ta’ entitajiet mhux kummerċjali tinsab f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar.
(9) Ara ċ-ċirkolari, punt 5.
(10) Pereżempju, kif diġà indikat fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, fis-setturi tal-attivitajiet tas-saħħa u dawk soċjali, iċ-ċirkolari teħtieġ ftehim mal-awtoritajiet pubbliċi. Rigward attivitajiet edukattivi, iċ-ċirkolari min-naħa waħda jidher li titlob li jkun hemm konformità mal-prinċipji bażiċi obbligatorji sabiex jiġi żgurat li l-attività li titwettaq tkun ugwali fir-rigward ta’ dik tal-Istat, u min-naħa l-oħra teħtieġ li kull ammont żejjed jerġa’ jiġi investit mill-ġdid fl-attività ta’ tagħlim stess. Fir-rigward tas-swali taċ-ċinema, iċ-ċirkolari tidher li teħtieġ li l-operaturi li jixtiequ jibbenefikaw mill-eżenzjoni għandhom joperaw biss f’setturi tas-suq partikolari (films magħrufa ta’ interess kulturali, films li jkun inħarġilhom iċ-ċertifikat ta’ kwalità, films għat-tfal). Bl-istess mod, fir-rigward tal-faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni b’mod ġenerali, il-faċilitajiet li jixtiequ li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għandhom japplikaw prezzijiet iktar baxxi minn dawk tas-suq, u ma għandhomx joperaw bħala lukandi normali.
(11) Ara l-Artikolu 143 u l-artikoli ta’ wara tat-TUTD. F’termini ġenerali, id-dħul totali tal-istituzzjonijiet mhux kummerċjali huwa magħmul minn dħul mill-artijiet, minn kapital ta’ negozju u oħrajn (Artikolu 143 tat-TUTD). L-istituzzjonijiet mhux kummerċjali jistgħu jagħżlu sistemi simplifikati biex jiddeterminaw id-dħul, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet (Artikolu 145 tat-TUTD).
(12) L-elementi li jistgħu jintużaw għall-finijiet tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 149(2) tat-TUTD huma: il-prevalenza ta’ assi fissi marbuta mal-attivitajiet kummerċjali meta mqabbla mal-attivitajiet l-oħra, il-prevalenza tad-dħul minn attivitajiet kummerċjali meta mqabbel mal-valur normali tal-kapital jew tal-benefiċċji relatati mal-attivitajiet istituzzjonali, il-prevalenza ta’ dħul minn attivitajiet kummerċjali meta mqabbel mad-dħul istituzzjonali (jiġifieri għotjiet, sussidji, donazzjonijiet u miżati ta’ sħubija).
(13) Ara l-Kawża C-88/03, Il-Portugall vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2006, paġ. I-7115, punt 56, u l-Kawża C-487/06 P British Aggregates (Ġabra 2008, paġ. I-10505, punti 81 sa 83).
(14) Ara l-Kawża C-280/00, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (Ġabra 2003, paġ. I-7747).
(15) ĠU C 83 tas-27.03.2011, paġ. 1.
(16) L-Artikolu 111a ta’ qabel tat-TUTD.
(17) Ara n-nota nru 1.
(18) Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet inkwistjoni joperaw prinċipalment f’kamp ta’ applikazzjoni territorjali limitat (f’livell lokali) u l-attivitajiet huma maħsuba għal kategoriji speċifiċi ta’ utenti/benefiċjarji.
(19) Għall-kulti kollha ammessi fl-Istat, inkluż il-Knisja Kattolika, il-liġi tgħid li, għall-finijiet ta’ taxxa, l-għan ta’ qima huwa ekwivalenti għal dak tal-karità u tal-edukazzjoni.
(20) Ara s-sentenzi nru 20776 tas-26 ta’ Ottubru 2005, nru 23703 tal-15 ta’ Novembru 2007, nru 5485 tad-29 ta’ Frar 2008 u nru 19731 tas-17 ta’ Settembru 2010. Ara wkoll is-sentenza nru 8495 tad-9 ta’ April 2010.
(21) Ara l-Opinjoni Nru 266 tat-18 ta’ Ġunju 1996.
(22) Mistoqsija bil-miktub E-177/2009 (ĠU C 189 tat-13.7.2010).
(23) Ara n-Nota Nru 12.
(24) Ara l-punt ta’ qabel 2.2, u dawk ta’ wara.
(25) Dan jiżgura wkoll li jiġu rrispettati l-ftehimiet internazzjonali li ġew konklużi bejn l-Italja u s-Santa Sede rigward l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi.
(26) Mill-ilmentaturi oriġinali, Pietro Ferracci u l-iScuola Elementare Maria Montessori s.r.l. biss ippreżentaw kummenti dwar il-deċiżjoni ta’ ftuħ.
(27) Digriet-Liġi Nru 203/2005 traspost bil-Liġi Nru 248 tat-2 ta’ Diċembru 2005.
(28) Digriet-Liġi Nru 223/2006 traspost bil-Liġi Nru 248 tal-4 ta’ Awwissu 2006.
(29) Artikolu 7(2a) tad-Digriet-Liġi Nru 203 tat-30 ta’ Settembru 2005, Artikolu 91a(4) tad-Digriet-Liġi Nru 1/2012.
(30) Ara l-Artikolu 13(13) tad-Digriet-Liġi Nru 201/2011 kif ukoll l-Artikolu 9(8) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 23/2011, li jirreferi għall-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar l-ICI. Għal deskrizzjoni tal-Artikolu 7(1)(i) tal-Liġi dwar l-ICI, ara l-punt 23.
(31) Ara l-Artikolu 9(6) tad-Digriet-Liġi Nru 174 tal-10 ta’ Ottubru 2012, li ġie traspost b’emendi bil-Liġi Nru 213 tas-7 ta’ Diċembru 2012 (ĠU nru 286 tas-7 ta’ Diċembru 2012).
(32) Ara l-opinjoni Nru 4802/2012, li ġiet ippreżentata fit-13 ta’ Novembru 2012 (Kwistjoni Nru 10380/2012).
(33) Decreto 19 novembre 2012, n. 200, pubblicato nella GU n. 274 del 23 novembre 2012.
(34) Ara l-Artikolu 1(1)(p) tar-Regolament tal-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi tad-19 ta' Novembru 2012.
(35) Artikolu 3 tar-Regolament tal-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi tad-19 ta' Novembru 2012.
(36) Artikolu 4 tar-Regolament tal-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi tad-19 ta' Novembru 2012.
(37) Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tar-Regolament fihom rekwiżiti oħra.
B’mod partikolari, fir-rigward ta’ faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni, l-Artikolu 1(1)(j) tar-Regolament jistipula li l-aċċess għandu jingħata biss lil ċerti kategoriji ta’ riċevituri u li hemm nuqqas ta’ kontinwità fil-ftuħ. B’mod aktar speċifiku, rigward l-“akkomodazzjoni soċjali”, ir-Regolament jistipula li l-attivitajiet għandhom ikunu mmirati lejn persuni bi bżonnijiet speċjali temporanji jew permanenti jew lejn persuni żvantaġġjati minħabba raġunijiet fiżiċi, psikoloġiċi, ekonomiċi, soċjali jew relatati mal-familja. Fi kwalunkwe każ, l-eżenzjoni ma għandhiex tingħata għal attivitajiet li jitwettqu fil-lukandi jew fi strutturi oħra li joffru akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 79 tat-23 ta’ Mejju 2011. Rigward “attivitajiet sportivi”, l-Artikolu 1(1)(m) jistipula li r-riċevituri għandhom ikunu assoċjazzjonijiet sportivi mingħajr skop ta’ qligħ affiljati mal-federazzjonijiet sportivi nazzjonali jew ma’ istituzzjonijiet li jippromwovu l-isport u li huma rikonoxxuti mill-Artikolu 90 tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta’ Diċembru 2002.
(38) Ara l-punt ta’ qabel (84).
(39) Ara wkoll iċ-Ċirkolari nru 4/2006 tar-Reġistru tal-Artijiet tas-16 ta’ Mejju 2006.
(40) Ara wkoll il-Kawża C-41/90, Höfner (Ġabra 1991, paġ. I-1979, punt 21) u l-Kawża C-222/04, Cassa di Risparmio di Firenze, (Ġabra 2006, paġ. I-289, punti 107 u ta’ wara).
(41) Kawżi konġunti minn 209/78 sa 215/78 u 218/78, Van Landewyck (Ġabra 1980, paġ. 3125, punt 21), Kawża C-244/94, FFSA u oħrajn, (Ġabra 1995, paġ. I-4013); Kawża C-49/07, MOTOE (Ġabra 2008, paġ. I-4863, punti 27 u 28).
(42) Ara l-kawżi C-471/09 P a C 473/09 P, Diputación Foral de Álava et al. vs. Il-Kummissjoni (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 98). Ara wkoll il-kawżi konġunti C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P Kumitat “Venezia vuole vivere” vs. Il-Kummissjoni (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 130 u l-każistika kkwotata).
(43) Kawża C-143/99, Adria-Wien Pipeline, (Ġabra 2001, paġ. I-8365, punt 38).
(44) Ara l-Kawża C-66/02, L-Italja vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2005, paġ. I-10901, punt 94).
(45) Ara l-Kawża C-88/03, Il-Portugall vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2006, paġ. I-7115, punt 56) u l-kawżi konġunti minn C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos (għadha mhux ippubblikata, punt 49).
(46) Kawża C-143/99, Adria-Wien Pipeline GmbH u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke, (Ġabra 2001, paġ. I-8365, punt 42).
(47) Ara l-Artikoli 1 u 3 tad-Digriet Leġiżlattiv 504/92.
(48) Kawżi konġunti minn C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, punt 67. Ara wkoll il-Kawża C-487/06 P British Aggregates vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2008, paġ. I-10505, punt 84) u l-każistika kkwotata fiha.
(49) Kawża C-487/06, British Aggregates vs. Il-Kummissjoni, (Ġabra 2001, paġ. I-10505, punt 85).
(50) ĠU C 384 tal-10.12.1998, paġ. 3.
(51) Kawżi konġunti minn C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, punt 70.
(52) Ara l-punt 26 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l- għajnuna mill-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta tan-negozju.
(53) Kawżi konġunti minn C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, punt 73 u ta’ wara.
(54) Kawża C-372/97, L-Italja vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2004, paġ. I-3679, punt 44), il-Kawża C-148/04, Unicredito Italiano, (Ġabra 2005, paġ. I-11137, punt 54) u l-Kawża C-222/04, Cassa di Risparmio di Firenze, (Ġabra 2006, paġ. I-289, punt 140), il-kawżi konġunti minn C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, punt 78 (għadha mhux ippubblikata, punt 78) u l-Kawża T-303/10, Wam Industriale Spa vs. Il-Kummissjoni, punt 25 u ta’ wara (għadha mhux ippubblikata).
(55) Ara l-Kawża C-88/03, Il-Portugall vs. il-Kummissjoni, punt 91, u l-Kawża C-172/03 P Heiser (Ġabra 2005, paġ. I-1627, punt 35); Kawża C-494/06 P, Il-Kummissjoni vs. Wam (Ġabra 2009, paġ. I-3639, punt 51).
(56) Ara l-kawża C-156/98, Il-Ġermanja vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2000, paġ. I-6857, punt 30) u Heiser, punt 55.
(57) Ara l-kawża T-298/97, Alzetta (Ġabra 2000, paġ. II-2319, punti 93 u ta’ wara).
(58) Ara l-Kawża C-142/87, Il-Belġju vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 1990, paġ. I-959, punt 43), il-Kawżi konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 1994, paġ. I-4103, punt 42), u l-kawża C-280/00, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (Ġabra 2003, paġ. I-7747, punt 81).
(59) Kawża T-171/02, Sardegna vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2005, paġ. II-2123, punt 86 u ta’ wara), il-Kawża C-113/00, Spanja vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2002, paġ. I-7601, punt 30); Kawża T-288/97, Van den Bergh Foods vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2001, paġ. II-1169, punti 44 u 46).
(60) Ara l-kawżi konġunti T-195/01 u T-207/01, Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2002, paġ. II-2309, punt 111).
(61) Fl-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kummenti mressqa mill-partijiet interessati, l-awtoritajiet Taljani argumentaw li l-Artikolu 107(3) (d) tat-Trattat seta’ kien applikabbli, fil-prinċipju, għal ċerti attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 7(1)(i) biss. Madankollu, ma ġew ippreżentati ebda argumenti oħra f’dan ir-rigward.
(62) Ara n-Nota Nru 12.
(63) B’mod partikolari, fir-rigward tar-revoka ara l-Artikolu 19 tal-Liġi Nru 222 tal-20 ta’ Mejju 1985.
(64) Ara l-Artikolu 30 tal-Liġi Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008. Ara wkoll iċ-Ċirkolari Nru 12 tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni tad-9 ta’ April 2009 u d-Deċiżjoni tad-Direttur tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni tat-2 ta’ Settembru 2009.
(65) Rigward il-perjodu 2012-2011, l-Italja wettqet 2 030 kontroll fuq istituzzjonijiet mhux kummerċjali, u ħarġet 5 086 avviż ta’ ċertifikazzjoni.
(66) Ara ċ-Ċirkolari Nru 20/E tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni tas-16 ta’ April 2010.
(67) Ara l-Kawża C-222/04, Cassa di Risparmio di Firenze, (Ġabra 2006, paġ. I-289, punti 121 sa 123).
(68) B’mod partikolari, ara l-Artikolu 1(18) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 502 tat-30 ta’ Diċembru 1992.
(69) Ara l-kawża T-319/99, FENIN vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2003, paġ. II-357, punt 39, ikkonfermata mill-Kawża C-205/03 P, FENIN vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2006, paġ. I-6295; il-Kawżi konġunti C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01, AOK Bundesverband et al. (Raccolta 2004, pag. I-2493, punti 45 sa 55); ara wkoll il-Kawża T-137/10, CBI vs. Il-Kummissjoni, li għadha mhux ippubblikata.
(70) Kawża 263/86, Humbel and Edel (Ġabra 1988, paġ. 5365, punti 17 u 18); Kawża C-109/92, Wirth (Ġabra 1993, pag. 5365, punti 15 u 16); Kawża C-76/92, Wirth (Ġabra 1993, pag. I-6849, punt 39). Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-ESA tal-21 ta’ Frar 2008 fil-Kawża E-5/07, Private Barnehagers Landsforbund vs. l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, punti 80 sa 83.
(71) ĠU C 8 tal-11.1.2012, paġ. 4.
(72) Digriet Leġiżlattiv Nru 79 tat-23 ta’ Mejju 2011, Kodiċi tal-Liġi tal-Istat dwar l-istruttura u s-suq tat-turiżmu skont l-Artikolu 14 tal-Liġi Nru 246 tat-28 ta' Novembru 2005, u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU nru 129 tas-6.6.2011 – Suppliment Ordinarju Nru 139). L-Artikolu 9 tad-Digriet Leġiżlattiv jiddefinixxi bħala lukandi u strutturi li joperaw bħala lukandi l-istrutturi li ġejjin: a) lukandi), b) motels, c) villaġġi-lukandi, d) residenzi li jintużaw bħala lukandi mit-turisti, e) lukandi ta’ akkomodazzjoni integrata, f) djar antiki li jintużaw bħala lukandi, g) bed and breakfasts li joperaw bħala kumpaniji, h) ir-residenzi tas-saħħa - beauty farms, i) kull faċilità turistika oħra ta’ akkomodazzjoni li jkollha elementi li jistgħu jiġu konnessi ma’ waħda jew aktar mill-kategoriji msemmija hawn fuq.
(73) Kawża C-70/72, Il-Kummissjoni vs. Il-Ġermanja (Ġabra 1973, paġ. 813, punt 13).
(74) Kawżi konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 1994, paġ. I-4103, punt 75).
(75) Kawża C-75/97, Il-Belġju vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 1999, paġ. I-030671, punti 64 sa 65).
(76) ĠU C 83 tas-27.03.2011, paġ. 17.
(77) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi, ĠU C 272 tal-15.11.2007, pag. 4, punt 18.
(78) Kawżi C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs. Il-Kummissjoni (Ġabra 2006, paġ. I-5479, punt 147).
(79) Mistoqsija bil-miktub E-177/2009 (ĠU C 189 tat-13.7.2010).
(80) Kawża C 214/07, Il-Kummissjoni vs. Spanja (Ġabra 2008, paġ. I-08357, punti 13 u 22).
(81) Kawża C-404/00, Il-Kummissjoni vs. Spanja (Ġabra 2003, paġ. I-6695, punt 47).
(82) Kawża C-75/97, Il-Belġju vs. Il-Kummissjoni (“Maribel I”) (Ġabra 1999, paġ. I-3671, punt 86), Kawża C-214/07, Il-Kummissjoni vs. Franza (Ġabra 2008, paġ. I - 08357, punti 13, 22 u 48).
ANNESS 1
LISTA TAL-PARTIJIET INTERESSATI LI PPREŻENTAW L-OSSERVAZZJONIJIET TAGĦHOM DWAR ID-DEĊIŻJONI TA’ FTUĦ
Isem/indirizz
|
1. |
Santa Maria Annunciata in Chiesa Rossa, 24, Via Neera, Milan, l-Italja |
|
2. |
Fondazzjoni Pro-Familia, 2, Piazza Fontana, Milan, l-Italja |
|
3. |
Pietro Farracci, San Cesareo, l-Italja |
|
4. |
Scuola Elementare Maria Montessori s.r.l., Ruma, l-Italja |
|
5. |
Parroċċa , 14, Via Negarville, Turin, l-Italja |
|
6. |
Parroċċa S. Nicolò di Bari, 3, Piazza Principe Napoli, Tortorici (Messina), l-Italja |
|
7. |
Parroċċa S. Nicolò di Bari, 30, Via Libertà, Caronia (Messina), l-Italja |
|
8. |
Parroċċa S. Nicolò di Bari, Piazza Matrice, S. Stefano di Camastra (Messina), l-Italja |
|
9. |
Parroċċa ta’ S. Orsola, Contrada S. Orsola, S. Angelo di Brolo (Messina), l-Italja |
|
10. |
Parroċċa Sacro Cuore di Gesù, Frazione Galbato, Gioiosa Marea (Messina), l-Italja |
|
11. |
Parroċċa Sacro Cuore di Gesù, 51, Corso Matteotti, Patti (Messina), l-Italja |
|
12. |
Parroċċa Sacro Cuore di Gesù, 411, Via Medici, S. Agata Militello (Messina), l-Italja |
|
13. |
Istitut Sacro Cuore di Gesù, 411, Via Medici, S. Agata Militello (Messina), l-Italja |
|
14. |
Parroċċa Santi Nicolò e Giacomo, Discesa Sepolcri, Capizzi (Messina), l-Italja |
|
15. |
Istituto Diocesano Sostentamento Clero, 7, Via Cattedrale, Patti (Messina), l-Italja |
|
16. |
Parroċċa Madonna del Buon Consiglio e S. Barbara, Con. Cresta, Naso (Messina), l-Italja |
|
17. |
Parroċċa Maria SS. Annunziata, Frazione Marina, Marina di Caronia (Messina), l-Italja |
|
18. |
Parroċċa Maria SS. Assunta, Via Battisti, Militello Rosmarino (Messina), l-Italja |
|
19. |
Parroċċa Maria SS. Assunta, 131, Via Monte di Pietà, Cesaro (Messina), l-Italja |
|
20. |
Parroċċa Maria SS. Assunta, Piazza S. Pantaleone, Alcara Li Fusi (Messina), l-Italja |
|
21. |
Parroċċa Maria SS. Assunta, 6, Via Oberdan 6, Castell'Umberto (Messina), l-Italja |
|
22. |
Parroċċa Maria SS. Assunta, Piazza Duomo, Tortorici (Messina), l-Italja |
|
23. |
Parroċċa Maria SS. Assunta, 33, Via Roma, Mirto (Messina), l-Italja |
|
24. |
Parroċċa Maria SS. Del Rosario, Contrada Scala, Patti (Messina), l-Italja |
|
25. |
Parroċċa Maria SS. Della Scala, Contrada Sceti, Tortorici (Messina), l-Italja |
|
26. |
Parroċċa Maria SS. Della Visitazione, Contrada Casale, Gioiosa Marea (Messina), l-Italja |
|
27. |
Parroċċa Maria SS. Delle Grazie, 3, Via Campanile, Montagnareale (Messina), l-Italja |
|
28. |
Parroċċa Maria SS. Delle Grazie, 2, Via Cappellini, Castel di Lucio (Messina), l-Italja |
|
29. |
Parroċċa Maria SS. Annunziata, 1, Piazza Regina Adelasia, Frazzanò (Messina), l-Italja |
|
30. |
Parroċċa Maria SS. Annunziata, Contrada Sfaranda, Castell'Umberto (Messina), l-Italja |
|
31. |
Parroċċa Maria SS. Di Lourdes, Frazione Gliaca, Piraino (Messina), l-Italja |
|
32. |
Parroċċa S. Giuseppe, Contrada Malvicino, Capo d'Orlando (Messina), l-Italja |
|
33. |
Parroċċa s. Maria del Carmelo, 20, Piazza Duomo, S. Agata Militello (Messina), l-Italja |
|
34. |
Parroċċa S. Maria di Gesù, 43, Via Giovanni XXIII, Raccuja (Messina), l-Italja |
|
35. |
Parroċċa S. Maria Maddalena, Contrada Maddalena, Gioiosa Marea (Messina), l-Italja |
|
36. |
Parroċċa S. Maria, Via S. Maria, San Angelo di Brolo (Messina), l-Italja |
|
37. |
Parroċċa S. Michele Arcangelo, 5, Via San Michele, Patti (Messina), l-Italja |
|
38. |
Parroċċa S. Michele Arcangelo, Via Roma, Sinagra (Messina), l-Italja |
|
39. |
Parroċċa S. Antonio, Via Forno Basso, Capo d'Orlando (Messina), l-Italja |
|
40. |
Parroċċa S. Caterina, Frazione Marina, Marina di Patti (Messina), l-Italja |
|
41. |
Parroċċa Cattedrale S. Bartolomeo, Via Cattedrale, Patti (Messina), l-Italja |
|
42. |
Parroċċa Maria SS. Addolorata, Contrada Torre, Tortorici (Messina), l-Italja |
|
43. |
Parroċċa S. Nicolò di Bari, Via Risorgimento, San Marco d'Alunzio (Messina), l-Italja |
|
44. |
Parroċċa Immacolata Concezione, Frazione Landro, Gioiosa Marea (Messina), l-Italja |
|
45. |
Parroċċa Maria SS Assunta, 11, Piazza Mazzini, Tusa (Messina), l-Italja |
|
46. |
Parroċċa Maria SS Assunta, Frazione Torremuzza, Motta d'Affermo (Messina), l-Italja |
|
47. |
Parroċċa Maria SS Assunta, Salita Madre Chiesa, Ficarra (Messina), l-Italja |
|
48. |
Parroċċa Maria SS. Della Catena, 10, Via Madonna d. Catena, Castel di Tusa (Messina), l-Italja |
|
49. |
Parroċċa Maria SS. Delle Grazie, 2, Via N. Donna, Pettineo (Messina), l-Italja |
|
50. |
Parroċċa Ognissanti, Frazione Mongiove, Mongiove di Patti (Messina), l-Italja |
|
51. |
Parroċċa S. Anna, 155, Via Umberto, Floresta (Messina), l-Italja |
|
52. |
Parroċċa S. Caterina, Vico S. Caterina 2, Mistretta (Messina), l-Italja |
|
53. |
Parroċċa S. Giorgio Martire, Frazione S. Giorgio, San Giorgio di Gioiosa M. (Messina), l-Italja |
|
54. |
Parroċċa S. Giovanni Battista, Frazione Martini, Sinagra (Messina), l-Italja |
|
55. |
Parroċċa S. Lucia, Via G. Rossini, S. Agata Militello (Messina), l-Italja |
|
56. |
Parroċċa S. Maria delle Grazie, Via Normanni, S. Fratello (Messina), l-Italja |
|
57. |
Parroċċa S. Maria, 8, Piazzetta Matrice, Piraino (Messina), l-Italja |
|
58. |
Parroċċa S. Michele Arcangelo, Piazza Chiesa Madre, Librizzi (Messina), l-Italja |
|
59. |
Parroċċa S. Michele Arcangelo, Via Umberto I, Longi (Messina), l-Italja |
|
60. |
Parroċċa S. Nicolò di Bari, Piazza S. Nicola, Patti (Messina), l-Italja |
|
61. |
Parroċċa S. Nicolò di Bari, 10, Via Ruggero Settimo, Gioiosa Marea (Messina), l-Italja |
|
62. |
Parroċċa S. Nicolò di Bari, Via S. Nicolò, S. Fratello (Messina), l-Italja |
|
63. |
Parroċċa Santa Maria e San Pancrazio, Via Gorgone, S. Piero Patti (Messina), l-Italja |
|
64. |
Parroċċa Maria SS Assunta, Piazza Convento, S. Fratello (Messina), l-Italja |
|
65. |
Parroċċa Maria SS. Del Rosario, 7, Via Provinciale, Caprileone (Messina), l-Italja |
|
66. |
Parroċċa Maria SS Assunta, 10, Via Monachelle, Caprileone (Messina), l-Italja |
|
67. |
Parroċċa Maria SS del Tindari, Via Nazionale, Caprileone (Messina), l-Italja |
|
68. |
Parroċċa S. Febronia, Contrada Case Nuove, Patti (Messina), l-Italja |
|
69. |
Parroċċa Maria SS. della Stella, Contrada S. Maria Lo Piano, S. Angelo di Brolo (Messina), l-Italja |
|
70. |
Parroċċa S. Erasmo, Piazza del Popolo, Reitano (Messina), l-Italja |
|
71. |
Parroċċa Maria SS. della Catena, Via Roma, Naso (Messina), l-Italja |
|
72. |
Parroċċa S. Benedetto il Moro, Piazza Libertà, Acquedolci (Messina), l-Italja |
|
73. |
Parroċċa S. Giuseppe, Frazione Tindari, Tindari (Messina), l-Italja |
|
74. |
Parroċċa Santi Filippo e Giacomo, 2, Via D. Oliveri, Naso (Messina), l-Italja |
|
75. |
Parroċċa SS. Salvatore, 7, Via Cavour, Naso (Messina), l-Italja |
|
76. |
Santuario Maria SS del Tindari, Via Mons. Pullano, Tindari (Messina), l-Italja |
|
77. |
Parroċċa S. Maria Assunta, Via Roma, Galati Mamertino (Messina), l-Italja |
|
78. |
Fondazione Opera Immacolata Concezione O.N.L.U.S., Padova, l-Italja |
|
79. |
Parroċċa San Giuseppe, 11, Piazza Dante, Oliveri (Messina), l-Italja |
|
80. |
Parroċċa S. Leonardo, Frazione San Leonardo, Gioiosa Marea (Messina), l-Italja |