31994R0500



Official Journal L 064 , 08/03/1994 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0108
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0108


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 500/94

tal-21 ta' Frar 1994

li jirrigwardja l-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 f'għaqda ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza u (3) l-ewwel sotto-paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-konklużjoni tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea tgħin, sakemm isir id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u Teknoloġija ffirmat fis-27 ta' Novembru 1992, biex jinkisbu l-għanijiet tal-Komunità;

Billi t-Trattat ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, poteri oħra għajr dawk fl-Artikolu 235,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim li jistabbilixxi Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija huwa hawnhekk approvat f' isem il-Komunità Ewropea.

It-test ta' dan il-Protokoll huma mehmuż ma' dan ir-Regolament

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jibgħat in-notifika pprovduta fl-Artikolu 1 tal-Ftehim.

Artikolu 3

L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3955/92 [2] għandhom japplikaw.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Frar 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

[1] ĠU C 61, tat-28.2.1994.

[2] ĠU L 409, tal-31.12.1992, p. 1.

--------------------------------------------------