|
8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/50 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10664 — XLCEE / DEROT / BLACK RED WHITE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 223/05)
1.
Fil-25 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
XLCEE-Holding GmbH (“XLCEE”, l-Awstrija), li tappartjeni għal XXXLutz Group (“XXXLutz”, l-Awstrija), |
|
— |
Derot Fund S.À R.L. (“Derot”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn ċertu Formela, |
|
— |
BLACK RED WHITE S.A. (“BRW”, il-Polonja), ikkontrollata minn Derot. |
XLCEE u Derot jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ BRW kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
XLCEE hija kumpanija azzjonista ta’ investiment fl-XXXLutz Group. XXXLutz huwa primarjament attiv fl-operat ta’ ħwienet tradizzjonali u online ta’ għamara, tagħmir u oġġetti tad-dar fl-Ewropa. |
|
— |
Derot hija kumpanija azzjonista ta’ investiment, ikkontrollata minn ċertu Formela. Formela jikkontrolla wkoll lil BRW Trading Company (il-Belarussja) li tħaddem erba’ ħwienet bl-imnut ta’ għamara, tagħmir u oġġetti tad-dar fil-Bjelorussja, |
|
— |
BRW hija kumpanija li timmanifattura u tbigħ l-għamara li hija attiva fil-manifattura tal-għamara u fl-operat tal-ħwienet li jbigħu bl-imnut tal-għamara, it-tagħmir u l-oġġetti tad-dar prinċipalment fil-Polonja u - sa ċertu punt - fis-Slovakkja u l-Belarussja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10664 — XLCEE / DEROT / BLACK RED WHITE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).