5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/357

tal-4 ta’ Marzu 2020

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/395 fir-rigward tal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23, 27 u 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni trid tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni neċessarji biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja (balloon pilot licences, “BPLs”) f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Fid-dawl tan-natura speċifika tal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-blalen tal-arja, huma neċessarji rekwiżiti ta’ liċenzjar speċifiċi li jiġu stabbiliti f’regolamenti awtonomi. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jkunu bbażati fuq ir-regoli ġenerali għal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2). Madankollu, jenħtieġ li jiġu ristrutturati u ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li jkunu proporzjonati u msejsa fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskji, filwaqt li jiġi żgurat li l-bdoti tal-blalen tal-arja jkunu u jibqgħu kompetenti biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom u sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom.

(3)

Skont l-Artikolu 12(2a)(3) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar li jipprovdu aċċess għall-privileġġi bażiċi tal-bdoti sat-8 ta’ April 2020. Xi Stati Membri rrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Union Aviation Safety Agency, “EASA”) li, f’dak il-kuntest, it-tkomplija ta’ dawk ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar, li permezz tagħhom il-bdoti studenti jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni u jiksbu privileġġi bażiċi fuq bażi pass pass, tappoġġa l-promozzjoni tal-isport tal-ajru u tal-attivitajiet rikreattivi minħabba l-aċċess iffaċilitat u aktar affordabbli għat-titjir. Il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-avjazzjoni ġenerali huwa konformi mal-objettivi tal-Pjan Direzzjonali tal-Avjazzjoni Ġenerali tal-EASA li għandu l-għan li joħloq sistema regolatorja aktar proporzjonali, flessibbli u proattiva (3). Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw id-diskrezzjoni li jkomplu jsegwu dawk ir-regoli nazzjonali ta’ liċenzjar f’konformità mal-prinċipji introdotti fir-Regolament (UE) 2019/430 (4) biex joħorġu l-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja (“BPL”). Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-EASA kull meta jużaw it-tali awtorizzazzjonijiet. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-użu tat-tali awtorizzazzjonijiet sabiex iżommu livell aċċettabbli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni.

(4)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel, kwalunkwe ċertifikat, awtorizzazzjoni u approvazzjoni maħruġa lill-bdoti tal-blalen tal-arja f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jkunu validi. Il-liċenzji nazzjonali tal-bdoti tal-blalen tal-arja maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu konvertiti f’liċenzji maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, permezz ta’ rapporti dwar il-konverżjoni stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konsultazzjoni mal-EASA.

(5)

It-taħriġ tal-bdoti tal-blalen tal-arja li beda f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġi kkreditat b’mod sħiħ minħabba li jipprovdi ambitu tar-rekwiżiti ta’ taħriġ ugwali jew anki usa’ minn dak introdott permezz ta’ dan ir-Regolament. It-taħriġ li beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jenħtieġ li jiġi kkreditat fuq il-bażi ta’ rapporti ta’ kreditu stabbiliti mill-Istati Membri.

(6)

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ eżistenti jingħataw iż-żmien xieraq biex jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom, fejn ikun meħtieġ, fil-kuntest tar-rekwiżiti tat-taħriġ issimplifikati.

(7)

Jenħtieġ li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 (5) ukoll fir-rigward tal-operazzjonijiet bil-blalen tal-arja, sabiex iqisu t-tagħlimiet meħuda mill-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament u biex jiġu ċċarati ċerti aspetti, bħal pereżempju s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet għall-attivitajiet kummerċjali.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2019 (6) tal-EASA f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2018/395 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja kif ukoll għall-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-blalen tal-arja skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operazzjonijiet tal-ajru bil-blalen tal-arja kif ukoll għall-ħruġ u għaż-żamma tal-liċenzji tal-bdoti u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi u ċ-ċertifikati assoċjati għall-blalen tal-arja, meta inġenji tal-ajru bħal dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu (2)(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;"

(3)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin u, sakemm it-termini ma jiġux definiti mod ieħor f’dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (*2):

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).”;"

(b)

jiddaħħal il-punt (7a) li ġej:

“(7a)

‘operazzjoni kummerċjali’ tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ ballun tal-arja, bi ħlas jew xi kunsiderazzjoni oħra ta’ valur, li tkun disponibbli għall-pubbliku jew, meta ma tkunx disponibbli għall-pubbliku, li tkun imwettqa b’kuntratt bejn operatur u klijent, meta dan tal-aħħar ma għandu l-ebda kontroll fuq l-operatur;”;

(c)

il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(10)

‘titjira introduttorja’ tfisser kwalunkwe operazzjoni tal-ajru bi ħlas jew konsiderazzjoni ta’ valur oħra li tikkonsisti f’mawra bl-ajru b’tul ta’ żmien qasir, bl-għan li jiġu attirati trainees jew membri ġodda, imwettqa minn organizzazzjoni ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 jew minn organizzazzjoni stabbilita bl-għan li jiġu promossi l-isport tal-ajru jew l-avjazzjoni ta’ divertiment;”;

(d)

il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(12)

‘ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ’ tfisser ftehim bejn impriżi li permezz tiegħu l-ballun tal-arja jiġi operat taħt ir-responsabbiltà tal-lokatarju;”;

(e)

jiżdiedu l-punti (13) sa (15) li ġejjin:

“(13)

‘liċenzja nazzjonali’ tfisser liċenzja tal-bdoti maħruġa minn Stat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament jew tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011;

(14)

‘liċenzja skont il-Parti-BFCL’ tfisser liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament;

(15)

‘rapport dwar il-konverżjoni’ tfisser rapport li abbażi tiegħu liċenzja tista’ tiġi kkonvertita f’liċenzja skont il-Parti-BFCL.”;

(4)

il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-operaturi tal-blalen tal-arja għandhom jinvolvu ruħhom f’operazzjonijiet kummerċjali biss wara li jkunu ddikjaraw lill-awtorità kompetenti li għandhom l-kapaċità u l-mezzi sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operat tal-ballun tal-arja.”;

(b)

it-tieni subparagrafu jitħassar;

(c)

it-tielet subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal operazzjonijiet bil-blalen tal-arja li ġejjin:”;

(ii)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

titjiriet introduttorji b’erba’ individwi jew inqas, inkluż il-bdot, u titjiriet għall-finijiet ta’ qbiż bil-paraxut, imwettqa jew minn organizzazzjoni ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 bil-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru, jew minn organizzazzjoni maħluqa bl-għan li jiġi promoss l-isport tal-ajru jew l-avjazzjoni ta’ divertiment, diment li l-organizzazzjoni topera l-ballun tal-arja abbażi ta’ sjieda jew ta’ ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ u dment li t-titjira ma tiġġenerax profitti distribwiti barra mill-organizzazzjoni u li titjiriet bħal dawn ikunu jirrappreżentaw biss attività marġinali tal-organizzazzjoni;

(d)

titjiriet ta’ taħriġ, imwettqa minn organizzazzjoni ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 bil-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru.”;

(5)

wara l-Artikolu 3, jiddaħħlu l-Artikoli 3a u 3d li ġejjin:

“Artikolu 3a

Liċenzji u ċertifikazzjoni medika tal-bdoti

1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) (*3), il-bdoti tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

2.   Bħala eċċezzjoni għall-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzji kif definit fl-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament, id-detenturi ta’ liċenzji bħal dawn jistgħu jwettqu t-titjiriet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a) sa (d) mingħajr ma jikkonformaw mal-punt BFCL.215 tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Stat Membru jista’ jawtorizza lill-bdoti studenti li jkunu qed isegwu kors ta’ taħriġ għal-liċenzja tal-bdoti tal-blalen tal-arja (‘BPL’) biex jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel ma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li huma meħtieġa għall-ħruġ ta’ BPL f’konformità mal-Anness III (Parti-BFCL), soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-ambitu tal-privileġġi mogħtija għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza mwettqa mill-Istat Membru, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ taħriġ meħtieġ għall-livell maħsub ta’ kompetenza ta’ bdot li għandu jintlaħaq;

(b)

il-privileġġi għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(i)

it-territorju nazzjonali kollu, jew parti minnu, tal-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni;

(ii)

il-blalen tal-arja li huma rreġistrati fl-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni;

(c)

id-detentur ta’ awtorizzazzjoni bħal din li japplika għall-ħruġ ta’ BPL għandu jirċievi krediti għat-taħriġ li jkun sar taħt l-awtorizzazzjoni fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (approved training organisation, ‘ATO’) jew organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (declared training organisation, ‘DTO’);

(d)

l-Istat Membru għandu jissottometti r-rapporti u l-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sikurezza lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni kull tliet snin;

(e)

l-Istat Membru għandu jimmonitorja l-użu tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa skont dan il-paragrafu sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni, u għandu jieħu azzjoni xierqa f’każ li jidentifika riskju miżjud għas-sikurezza jew xi tħassib tas-sikurezza.

Artikolu 3b

Liċenzji u ċertifikati mediċi nazzjonali tal-bdoti eżistenti

1.   Il-liċenzji skont il-Parti-FCL għall-blalen tal-arja u l-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jissostitwixxu dawk il-liċenzji li jikkonformaw mal-format stabbilit fl-Anness VI (Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 meta joħorġu l-liċenzji mill-ġdid għal raġunijiet amministrattivi jew fuq talba tad-detenturi tal-liċenzji.

2.   Meta Stat Membru joħroġ mill-ġdid liċenzji u privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu, skont kif ikun applikabbli:

(a)

jittrasferixxi l-privileġġi kollha li diġà jkunu approvati fil-liċenzji skont il-Parti-FCL għall-format il-ġdid tal-liċenzji;

(b)

jikkonverti l-privileġġi għal titjira marbuta jew għal operazzjoni kummerċjali assoċjati ma’ liċenzja skont il-Parti-FCL fi klassifikazzjoni ta’ titjira marbuta jew fi klassifikazzjoni ta’ operazzjoni kummerċjali f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Punt BFCL.200 u BFCL.215 tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

japprova d-data ta’ skadenza ta’ ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir assoċjat ma’ liċenzja skont il-Parti-FCL fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot jew joħroġ dokument ekwivalenti. Wara dik id-data, dawk il-bdoti għandhom jeżerċitaw il-privileġġi ta’ għalliem biss jekk jikkonformaw mal-punt BFCL.360 tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Id-detenturi tal-liċenzji nazzjonali għall-blalen tal-arja maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallew ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji tagħhom sat-8 ta’ April 2021. Sa dik id-data, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu dawk il-liċenzji f’liċenzji skont il-Parti-BFCL u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi u ċ-ċertifikati assoċjati f’konformità mal-elementi stipulati f’rapport dwar il-konverżjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

4.   Iċ-ċertifikati mediċi nazzjonali tal-bdoti assoċjati ma’ liċenzja kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u maħruġa minn Stat Membru qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tal-validazzjoni mill-ġdid li jmiss tagħhom jew sat-8 ta’ April 2021, skont liema tkun id-data l-aktar bikrija. Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ dawk iċ-ċertifikati mediċi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

Artikolu 3c

Kreditu għal taħriġ mibdi qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

1.   Fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-BFCL u ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati f’konformità mal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament, it-taħriġ li jkun beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-BPL tinħareġ mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021. F’dak il-każ għandu japplika dan li ġej:

(a)

It-taħriġ tal-BPL li jkun beda fuq il-blalen tal-arja li jirrappreżentaw il-klassi tal-iġfna tal-ajru li jaħdmu bl-arja sħuna, inkluż l-ittestjar relatat, jista’ jitlesta fuq dawk il-blalen tal-arja;

(b)

is-sigħat ta’ taħriġ li jkunu tlestew fil-klassi tal-blalen tal-arja sħuna fil-blalen tal-arja għajr dawk tal-grupp A ta’ dik il-klassi ta’ blalen tal-arja għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ għall-finijiet tar-rekwiżit fil-punt BFCL.130(b) tal-Anness III.

2.   It-taħriġ li jkun beda qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandu jiġi kkreditat għall-finijiet li jinħarġu liċenzji skont il-Parti-BFCL fuq il-bażi ta’ rapport ta’ kreditu stabbilit mill-Istat Membru f’konsultazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

3.   Ir-rapport ta’ kreditu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiddeskrivi l-ambitu tat-taħriġ, jindika għal liema rekwiżiti tal-liċenzji skont il-Parti-BFCL ikun qiegħed jingħata kreditu u, jekk ikun applikabbli, ma’ liema rekwiżiti l-applikanti għandhom jikkonformaw sabiex tingħatalhom il-liċenzja skont il-Parti-BFCL. Dan għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji li jattestaw l-ambitu tat-taħriġ kif ukoll kopji tar-regolamenti u l-proċeduri nazzjonali li skonthom ikun inbeda t-taħriġ.

Artikolu 3d

Organizzazzjonijiet tat-taħriġ

1.   L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għal-liċenzji tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

2.   L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li għandhom approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Anness VII (Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew li jkunu ssottomettew dikjarazzjoni f’konformità mal-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jadattaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom, fejn ikun meħtieġ, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021.”;

(*3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2020 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)."

(6)

L-Anness I (Parti-DEF) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(7)

L-Anness II (Parti-BOP) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(8)

L-Anness III (Parti-BFCL) jiżdied kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta’ April 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(3)  https://www.easa.europa.eu/easa-and-you/general-aviation/general-aviation-road-map

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430 tat-18 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru ħfief (ĠU L 75 19.3.2019 p. 66).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10).

(6)  Easier access for GA pilots to IFR flying & Revision of the balloon and sailplane licensing requirements, (Opinjoni Nru 01/2019 (A) u (B), 19.2.2019), disponibbli hawn: https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS I

L-Anness I “Definizzjonijiet” (Parti-DEF) tar-Regolament (UE) 2018/395 huwa emendat kif ġej:

(1)

is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin u, sakemm it-termini ma jiġux definiti mod ieħor f’dan l-Anness, id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 kif ukoll tal-punt FCL.010 tal-Anness I (Parti-FCL) ta’ dak ir-Regolament:”;

(2)

il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.

“mezzi aċċettabbli ta’ konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija sabiex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

2.

“mezzi alternattivi ta’ konformità (AltMoC)” tfisser dawk il-mezzi li jipproponu alternattiva għal AMC eżistenti jew dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu li għalihom ma ġie adottat l-ebda AMC assoċjat mill-Aġenzija;”;

(3)

jiddaħħal il-punt 11a li ġej:

“11a.

“ħin ta’ titjir” tfisser il-ħin totali minn meta l-qoffa tinqata’ mill-art għall-finijiet tat-tlugħ sa meta finalment tieqaf fi tmiem it-titjira;”;

(4)

jiddaħħlu l-punti 17a u 17b li ġejjin:

“17a.

“klassi tal-blalen tal-arja” tfisser kategorizzazzjoni tal-blalen tal-arja b’kunsiderazzjoni tal-mezzi tat-tlugħ li jintużaw biex issir it-titjira;

17b.

“kontroll tal-profiċjenza” tfisser it-turija tal-ħiliet għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti kif stabbilit f’dan ir-Regolament, inkluż eżamijiet orali kif meħtieġ;”;

(5)

il-punt 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“22.

“grupp ta’ blalen tal-arja” tfisser kategorizzazzjoni ta’ blalen tal-arja, b’kunsiderazzjoni tad-daqs jew il-kapaċità tal-istruttura tagħhom;”;

(6)

jiżdiedu l-punti 23 sa 26 li ġejjin:

“23.

“test tal-ħiliet” tfisser it-turija tal-ħiliet għall-fini tal-ħruġ ta’ liċenzja jew klassifikazzjoni, jew l-estensjoni ta’ privileġġ, inkluż eżamijiet orali kif meħtieġ;

24.

“valutazzjoni tal-kompetenza” tfisser it-turija tal-ħiliet, l-għarfien u l-attitudni għall-ħruġ inizjali, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur;

25.

“titjira bi bdot wieħed” tfisser titjira li matulha l-bdot student ikun l-uniku okkupant tal-ballun tal-arja;

26.

“titjira marbuta” tfisser titjira b’sistema ta’ rbit li żżomm il-ballun tal-arja ankrat f’punt fiss matul l-operazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ rbit li jista’ jintuża bħala parti mill-proċedura tat-tlugħ.”.


ANNESS II

L-Anness II “Operazzjonijiet bil-blalen tal-arja” (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt BOP.BAS.010, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Operatur għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, meta jintalab jagħmel dan mill-awtorità kompetenti li tivverifika l-konformità kontinwa mill-operatur f’konformità mal-punt ARO.GEN.300(a)(2) tal-Anness II (Parti-ARO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.”;

(2)

il-punt BOP.BAS.020 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ BOP.BAS.020 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

L-operatur għandu jimplimenta:

(a)

il-miżuri ta’ sikurezza ordnati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-paragrafu (c) tal-punt ARO.GEN.135 tal-Anness II (Parti-ARO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; u

(b)

id-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà u informazzjoni oħra obbligatorja maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-paragrafu (h) tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.”;

(3)

il-punt BOP.BAS.025 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ BOP.BAS.025 Ħatra bħala bdot fil-kmand

L-operatur għandu jaħtar bdot fil-kmand li jkun kwalifikat biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand f’konformità mal-Anness III (Parti-BFCL) ta’ dan ir-Regolament.”;

(4)

fil-punt BOP.BAS.300, il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa minn din it-Taqsima, kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ minn dan l-Anness iżda li jinġarr abbord il-ballun tal-arja matul it-titjira, għandhom jikkonformaw maż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-istrumenti jew it-tagħmir ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ballun tal-arja, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(5)

fil-punt BOP.ADD.005, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-operatur għandu jkun responsabbli għall-operat tal-ballun tal-arja f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti ta’ din is-Subparti u mad-dikjarazzjoni tagħha.”;

(6)

fil-punt BOP.ADD.015, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-operatur għandu jagħti l-aċċess lil kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti, fi kwalunkwe ħin, għal kwalunkwe faċilità, ballun tal-arja, dokument, rekords, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor li huwa rilevanti għall-attività tal-operatur li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk l-attività tkunx ikkuntrattata jew le.”;

(7)

il-punt BOP.ADD.035 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ BOP.ADD.035 Attivitajiet ikkuntrattati

Meta jikkuntratta kwalunkwe parti mill-attività tiegħu li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-operatur għandu jkun responsabbli li jiżgura li l-organizzazzjoni kkuntrattata twettaq l-attività skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-operatur għandu jiżgura wkoll li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kkuntrattata biex tistabbilixxi l-konformità tal-operatur ma’ dawk ir-rekwiżiti.”;

(8)

fil-punt BOP.ADD.040, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-operatur għandu jaħtar maniġer responsabbli li jkollu l-awtorità biex jiżgura li l-attivitajiet kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ sistema ta’ ġestjoni effettiva.”;

(9)

il-punt BOP.ADD.045 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ BOP.ADD.045 Rekwiżiti tal-faċilità

L-operatur għandu jkollu faċilitajiet li jkunu biżżejjed biex jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-kompiti u l-attivitajiet kollha meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”;

(10)

fil-punt BOP.ADD.100, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Fid-dikjarazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) l-operatur għandu jikkonferma li huwa jikkonforma u se jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”;

(11)

fil-punt BOP.ADD.105, il-paragrafu (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif iddikjarat lill-awtorità kompetenti, u dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt BOP.ADD.100(b) u tal-lista ta’ AltMOC imsemmija fil-punt BOP.ADD.100(c), inklużi fid-dikjarazzjoni jew mehmużin magħha.”;

(12)

fil-punt BOP.ADD.115, il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Meta ballun tal-arja rreġistrat f’pajjiż terz ikun soġġett għal ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ, l-operatur tat-tali ballun tal-arja għandu jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali relatati mal-ajrunavigabbiltà kontinwa stabbiliti fl-Annessi II u V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”;

(13)

fil-punt BOP.ADD.300, il-paragrafu (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkollhom liċenzja u klassifikazzjonijiet maħruġin jew aċċettati f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu xierqa għad-dmirijiet assenjati lilhom.”;

(14)

fil-punt BOP.ADD.300, il-paragrafu (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

Meta juża s-servizzi ta’ membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jaħdmu bħala ħaddiema indipendenti jew ħaddiema part-time, l-operatur għandu jivverifika li jkun hemm konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

ir-rekwiżiti ta’ din is-Subparti;

(2)

l-Anness III ta’ dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti dwar l-esperjenza reċenti;

(3)

il-limitazzjonijiet tat-titjira u tal-ħin tax-xogħol kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-mistrieħ f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, filwaqt li jitqiesu s-servizzi kollha mogħtija mill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira lil operaturi oħra.”;

(15)

fil-punt BOP.ADD.305, il-paragrafu (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-operatur għandu jaħtar biss bdot biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand jekk dan:

(1)

ikun kwalifikat biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(2)

ikollu l-livell minimu ta’ esperjenza speċifikat fil-manwal tal-operat; u

(3)

ikollu għarfien xieraq taż-żona li fuqha tkun se ssir it-titjira.”;

(16)

il-punt BOP.ADD.310 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ BOP.ADD.310 Għoti ta’ taħriġ u kontrolli

It-taħriġ u l-kontrolli kollha tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa skont il-punt BOP.ADD.315 għandhom jiġu pprovduti kif ġej:

(a)

f’konformità mal-programmi u s-sillabi tat-taħriġ stabbiliti mill-operatur fil-manwal tal-operat;

(b)

minn persuni kkwalifikati kif xieraq u, fir-rigward tat-taħriġ u l-kontrolli mwettqa waqt it-titjira, minn persuni kkwalifikati f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.”;

(17)

l-Appendiċi huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ Appendiċi

DIKJARAZZJONI

f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395

Operatur

Isem:

Post fejn l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu:

Isem u dettalji ta’ kuntatt tal-maniġer responsabbli:

Operat bil-ballun tal-arja

Id-data tal-bidu tal-operazzjoni kummerċjali u, fejn rilevanti, id-data li fiha tkun saret bidla fl-operazzjoni kummerċjali eżistenti.

Informazzjoni dwar il-ballun/il-blalen tal-arja użat(i), l-operazzjoni(jiet) kummerċjali u l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa:  (1)

Tip ta’ ballun tal-arja

Reġistrazzjoni tal-ballun tal-arja

Bażi ewlenija

Tip(i) ta’ operazzjoni  (2)

Organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa  (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fejn applikabbli, il-lista tal-AltMoC b’referenzi għall-AMC assoċjati (anness ta’ din id-dikjarazzjoni):

Dikjarazzjonijiet

☐ L-operatur jikkonforma, u se jkompli jikkonforma, mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/395.

B’mod partikolari, l-operatur iwettaq l-operazzjonijiet kummerċjali tiegħu f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin tas-Subparti ADD tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/395:

☐ Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni, inkluż il-manwal tal-operat, jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-Subparti ADD u t-titjiriet kollha se jsiru f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-operat kif meħtieġ mill-punt BOP.ADD.005(b) tas-Subparti ADD.

☐ Il-blalen tal-arja kollha operati għandhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli għall-blalen tal-arja rreġistrati f’pajjiż terz u huma soġġetti għal ftehim ta’ kiri bl-ekwipaġġ jew għal ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ, kif meħtieġ mill-punti BOP.ADD.110 u BOP.ADD.115(b) u (c) tas-Subparti ADD.

☐ Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom liċenzja u klassifikazzjonijiet maħruġin jew aċċettati f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/395 kif meħtieġ mill-punt BOP.ADD.300(c) tas-Subparti ADD.

☐ L-operatur se jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li taffettwa l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/395 kif iddikjarat lill-awtorità kompetenti permezz ta’ din id-dikjarazzjoni u dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni u fil-listi tal-AltMoC inklużi u annessi ma’ din id-dikjarazzjoni, kif meħtieġ mill-punt BOP.ADD.105(a) tas-Subparti ADD.

☐ L-operatur jikkonferma li l-informazzjoni kollha inkluża f’din id-dikjarazzjoni, inklużi l-annessi tagħha, hija kompluta u korretta.

Data, isem u firma tal-maniġer responsabbli

”.

(1)  Imla t-tabella. Jekk ma hemmx spazju biżżejjed biex tniżżel l-informazzjoni, din għandha titniżżel f’anness separat. L-anness għandu jiġi datat u ffirmat.

(2)   “Tip(i) ta’ operazzjoni” tirreferi għat-tip(i) ta’ operazzjoni kummerċjali mwettqa bil-ballun tal-arja.

(3)  L-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa għandha tinkludi l-isem tal-organizzazzjoni, l-indirizz u r-referenza tal-approvazzjoni.


ANNESS III

“.ANNESS III

REKWIŻITI GĦALL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZJA GĦALL-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA TAL-BALLUN TAL-ARJA

[PARTI-BFCL]

SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

BFCL.001 Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzja tal-bdoti tal-blalen tal-arja (“BPL”) u ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati u l-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom.

BFCL.005 Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorità maħtura mill-Istat Membru li lilha jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ BPL jew ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati.

BFCL.010 Klassijiet u gruppi tal-blalen tal-arja

Għall-fini ta’ dan l-Anness, il-blalen tal-arja għandhom jiġu kkategorizzati fil-klassijiet u l-gruppi li ġejjin:

(a)

Il-klassi “blalen tal-arja sħuna”:

(1)

grupp A: kapaċità tal-istruttura sa 3 400 m3 (120 069 ft3);

(2)

grupp B: kapaċità tal-istruttura bejn 3 401 m3 (120 070 ft3) u 6 000 m3 (211 888 ft3);

(3)

grupp C: kapaċità tal-istruttura bejn 6 001 m3 (211 889 ft3) u 10 500 m3 (370 804 ft3);

(4)

grupp D: kapaċità tal-istruttura ta’ aktar minn 10 500 m3 (370 804 ft3);

(b)

Il-klassi “blalen tal-gass”;

(c)

Il-klassi “blalen tal-arja mħallta”;

(d)

Il-klassi “iġfna tal-ajru li jaħdmu bl-arja sħuna”.

BFCL.015 Applikazzjoni għal BPL u l-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ BPL kif ukoll ta’ privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati

(a)

Applikazzjoni għal dawn li ġejjin għandha titressaq lill-awtorità kompetenti b’mod u b’manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità kompetenti:

(1)

il-ħruġ ta’ BPL u tal-klassifikazzjonijiet assoċjati;

(2)

l-estensjoni tal-privileġġi ta’ BPL;

(3)

il-ħruġ ta’ ċertifikat għal għalliem tat-titjir (għall-blalen tal-arja) (“FI(B)”);

(4)

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikat għal eżaminatur tat-titjir (għall-blalen tal-arja) (“FE(B)”); u

(5)

kull emenda tal-BPL u ta’ privileġġi,klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati.

(b)

Applikazzjoni speċifikata fil-paragrafu (a) għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan l-Anness u fl-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(c)

Kwalunkwe limitu jew estensjoni tal-privileġġi mogħtija b’liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat għandhom jiġu approvati fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti.

(d)

Ebda persuna ma għandu jkollha f’ebda ħin aktar minn BPL waħda maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness.

(e)

Detentur ta’ liċenzja għandu jressaq l-applikazzjonijiet kif speċifikat fil-paragrafu (a) lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru li fih kwalunkwe waħda mill-liċenzji tiegħu nħarġet f’konformità ma’ dan l-Anness (Parti-BFCL), jew l-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, skont kif japplika.

(f)

Detentur ta’ BPL jista’ japplika għal bidla tal-awtorità kompetenti lill-awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru ieħor iżda fit-tali każ l-awtorità kompetenti l-ġdida għandha tkun l-istess għal-liċenzji kollha tiegħu.

(g)

L-applikanti għandhom japplikaw għall-ħruġ ta’ BPL u l-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi jew ċ-ċertifikati assoċjati mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkunu għaddew mit-test tal-ħiliet jew mil-valutazzjoni tal-kompetenza.

BFCL.030 Test prattiku tal-ħiliet

Għajr għat-test tal-ħiliet għall-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali kif speċifikat fil-punt BFCL.215, applikant għal test tal-ħiliet għandu jkun rrakkomandat għat-test mill-ATO (Organizzazzjoni tat-Taħriġ Approvata) jew mid-DTO (Organizzazzjoni tat-Taħriġ Iddikjarata) li hija responsabbli għat-taħriġ imwettaq mill-applikanti, ladarba jkun tlesta t-taħriġ. L-ATO jew d-DTO għandhom ipoġġu r-rekords tat-taħriġ għad-dispożizzjoni tal-eżaminatur.

BFCL.035 Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir

L-applikanti għal BPL jew għal privileġġ, klassifikazzjoni jew ċertifikat assoċjati għandhom ikunu kkreditati bis-sħiħ bil-ħin tat-titjir fil-blalen tal-arja waħedhom, ma’ bdot ieħor jew bħala PIC (bdot fil-kmand) biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ ħin totali tat-titjir għal liċenzja, privileġġ, klassifikazzjoni jew ċertifikat.

BFCL.045 L-obbligu tal-ġarr u l-preżentazzjoni tad-dokumenti

(a)

Meta jkunu qed jeżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja BPL, id-detenturi tal-BPL għandu jkollhom magħhom id-dokumenti kollha li ġejjin:

(1)

BPL valida;

(2)

ċertifikat mediku validu;

(3)

dokument ta’ identifikazzjoni personali li jkun fih ritratt tad-detentur tal-BPL;

(4)

data suffiċjenti tal-ġurnal ta’ abbord biex juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

(b)

Fuq it-titjiriet waħedhom, il-bdoti studenti għandu jkollhom magħhom:

(1)

id-dokumenti kif speċifikati fil-paragrafi (a)(2) u (a)(3); u

(2)

evidenza tal-awtorizzazzjoni rikjesta mill-punt BFCL.125(a).

(c)

Id-detenturi tal-BPL jew il-bdoti studenti għandhom jippreżentaw id-dokumenti kif speċifikat fil-paragrafu (a) jew (b), mingħajr dewmien bla bżonn, għal spezzjoni fuq talba ta’ rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti.

BFCL.050 Reġistrazzjoni tal-ħin ta’ titjir

Id-detenturi tal-BPL u l-bdoti studenti għandhom iżommu rekord affidabbli tad-dettalji tat-titjiriet kollha li jkunu saru b’mod u b’manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

BFCL.065 Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-BPL li jkollhom 70 sena jew aktar fil-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-ballun tal-arja

Id-detenturi tal-BPL li jkunu għalqu s-70 sena ma għandhomx jaġixxu bħala bdoti ta’ ballun tal-arja involut fl-operazzjonijiet tal-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-ballun tal-arja.

BFCL.070 Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ liċenzji, privileġġi, klassifikazzjonijiet u ċertifikati

(a)

BPL kif ukoll il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness VI (Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jekk detentur ta’ BPL ma jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness kif ukoll tal-Anness II (Parti-BOP) ta’ dan ir-Regolament jew tal-Anness IV (Parti-MED) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(b)

Id-detenturi tal-BPL għandhom jirritornaw minnufih il-liċenzja jew iċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti jekk il-liċenzja, il-privileġġ, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat tagħhom ikunu ġew limitati, sospiżi jew revokati.

SUBPARTI BPL

LIĊENZJA TAL-BDOTI TAL-BLALEN TAL-ARJA (“BPL”)

BFCL.115 BPL — Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ detentur ta’ BPL huma li jaġixxi bħala PIC fil-blalen tal-arja:

(1)

mingħajr remunerazzjoni fl-operazzjonijiet mhux kummerċjali;

(2)

fl-operazzjonijiet kummerċjali jekk ikollu klassifikazzjoni ta’ operazzjoni kummerċjali f’konformità mal-punt BFCL.215 tas-Subparti ADD ta’ dan l-Anness.

(b)

B’deroga mill-paragrafu (a)(1), detentur ta’ BPL li jkollu l-privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista’ jirċievi remunerazzjoni:

(1)

għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għall-BPL;

(2)

għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-BPL;

(3)

għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-ivverifikar tal-privileġġi, tal-klassifikazzjonijiet u taċ-ċertifikati marbuta ma’ BPL.

(c)

Id-detenturi tal-BPL għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-BPL biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli rigward l-esperjenza reċenti u biss jekk iċ-ċertifikat mediku, li jkun xieraq għall-privileġġi eżerċitati, jkun validu.

BFCL.120 BPL — Età minima

L-applikanti għal BPL għandu jkollhom mill-inqas 16-il sena.

BFCL.125 BPL — Bdot student

(a)

Il-bdoti studenti ma għandhomx itiru waħedhom sakemm ma jkunux awtorizzati li jagħmlu dan u jkunu sorveljati minn għalliem tat-titjir għall-blalen tal-arja (FI(B)).

(b)

Il-bdoti studenti għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena biex jitħallew itiru waħedhom.

BFCL.130 BPL — Rekwiżiti dwar il-kors ta’ taħriġ u dwar l-esperjenza

L-applikanti għal BPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f’DTO jew f’ATO. Il-kors għandu jkun adattat għall-privileġġi mitluba u għandu jinkludi:

(a)

għarfien teoretiku kif speċifikat fil-punt BFCL.135(a);

(b)

mill-inqas 16-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-blalen tal-arja sħuna li jirrappreżentaw il-grupp A ta’ dik il-klassi, jew fil-blalen tal-gass, li jinkludu mill-inqas:

(1)

12-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti;

(2)

10 inflazzjonijiet u 20 tlugħ u nżul l-art; u

(3)

titjira waħda bi bdot waħdu ssorveljat b’ħin ta’ titjir ta’ mill-inqas 30 minuta.

BFCL.135 BPL — Eżami tal-għarfien teoretiku

(a)

Għarfien teoretiku

L-applikanti għal BPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoretiku adattat għall-privileġġi mitluba, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn is-suġġetti:

(1)

suġġetti komuni:

(i)

il-liġi tal-ajru;

(ii)

il-prestazzjoni umana;

(iii)

il-meteoroloġija;

(iv)

il-komunikazzjonijiet; u

(2)

suġġetti speċifiċi dwar il-blalen tal-arja:

(i)

il-prinċipji tat-titjir;

(ii)

il-proċeduri operattivi;

(iii)

il-prestazzjoni u l-ippjanar fit-titjir;

(iv)

l-għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru relatat mal-blalen tal-arja; u

(v)

in-navigazzjoni.

(b)

Responsabbiltajiet tal-applikant

(1)

L-applikant għandu jagħmel is-sett kollu ta’ eżamijiet tal-għarfien teoretiku għall-BPL taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru.

(2)

L-applikant għandu jagħmel l-eżami tal-għarfien teoretiku biss meta jkun irrakkomandat mill-ATO jew mid-DTO responsabbli għat-taħriġ tiegħu u ladarba jkun ikkompleta l-elementi xierqa tal-kors ta’ taħriġ tat-tagħlim tal-għarfien teoretiku sa livell sodisfaċenti.

(3)

Ir-rakkomandazzjoni mill-ATO jew mid-DTO għandha tkun valida għal 12-il xahar. Jekk l-applikant ma jkunx għamel minn tal-inqas eżami wieħed tal-għarfien teoretiku f’dan il-perjodu ta’ validità, il-ħtieġa għal taħriġ ulterjuri għandha tiġi stabbilita mill-ATO jew mid-DTO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikant.

(c)

Standards biex applikant jitqies li jkun għadda mill-eżami

(1)

Applikant jitqies li jkun għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku jekk jikseb mill-inqas 75 % tal-marki allokati f’dik il-karta. Ma għandux jintuża mmarkar b’punteġġ negattiv.

(2)

Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dan l-Anness, applikant jitqies li jkun wettaq b’suċċess l-eżami tal-għarfien teoretiku rikjest għall-BPL jekk ikun għadda mill-eżamijiet kollha meħtieġa tal-għarfien teoretiku f’perjodu ta’ 18-il xahar li jibdew minn tmiem ix-xahar kalendarju meta l-applikant ikun għamel l-ewwel eżami.

(3)

Jekk applikant ma jgħaddix minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku wara erba’ darbiet, jew ma jgħaddix mill-eżamijiet kollha fil-perjodu msemmi fil-paragrafu (2), għandu jerġa’ jagħmel is-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoretiku.

(4)

Qabel ma jerġa’ jagħmel l-eżamijiet tal-għarfien teoretiku, l-applikant għandu jieħu taħriġ ulterjuri f’ATO jew f’DTO. L-ATO jew id-DTO għandhom jiddeterminaw il-livell u l-ambitu tat-taħriġ, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikant.

(d)

Perjodu tal-validità

L-eżami tal-għarfien teoretiku għandu jkun validu għal perjodu ta’ 24 xahar mill-jum li fih l-applikant ikun wettaq b’suċċess l-eżami tal-għarfien teoretiku, f’konformità mal-paragrafu (c)(2).

BFCL.140 BPL — Ikkreditar tal-għarfien teoretiku

L-applikanti għall-ħruġ ta’ BPL għandhom jiġu kkreditati biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku għas-suġġetti komuni kif speċifikat fil-punt BFCL.135(a)(1) jekk:

(a)

ikollhom liċenzja f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976; jew

(b)

ikunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku għal liċenzja kif speċifikat fil-paragrafu (a), sakemm dan ikun sar fil-perjodu ta’ validità speċifikat fil-punt BFCL.135(d).

BFCL.145 BPL — Test prattiku tal-ħiliet

(a)

Permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal BPL għandhom juru l-kapaċità li, bħala PIC fuq ballun tal-arja, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mitluba.

(b)

L-applikanti għandhom jagħmlu t-test tal-ħiliet fl-istess klassi ta’ blalen li fiha jkunu lestew il-kors ta’ taħriġ f’konformità mal-punt BFCL.130 u, fil-każ tal-blalen tal-arja sħuna, f’ballun li jirrappreżenta l-grupp A ta’ dik il-klassi.

(c)

Biex applikant jagħmel it-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ BPL l-ewwel għandu jgħaddi mill-eżami tal-għarfien teoretiku rikjest.

(d)

Standards biex applikant jitqies li jkun għadda mill-eżami

(1)

It-test tal-ħiliet għandu jinqasam f’taqsimiet differenti, li jirrappreżentaw il-fażijiet differenti kollha tat-titjira fuq ballun tal-arja.

(2)

Jekk l-applikant jeħel f’xi punt fit-taqsima, jeħel fit-taqsima kollha. Jekk l-applikant jeħel biss fit-taqsima waħda, għandu jirrepeti dik it-taqsima biss. Jekk jeħel f’aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu kemm hu.

(3)

Jekk l-applikant ikun irid jerġa’ jagħmel it-test f’konformità mal-paragrafu (2) u jeħel f’xi taqsima, inkluż dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom f’tentattiv preċedenti, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu.

(e)

Jekk l-applikant ma jirnexxilux jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test f’żewġ tentattivi, għandu jirċievi taħriġ prattiku ulterjuri.

BFCL.150 BPL — Estensjoni tal-privileġġi fi klassi jew grupp ieħor tal-blalen tal-arja

(a)

Il-privileġġi tal-BPL għandhom ikunu limitati għall-klassi tal-blalen tal-arja li fiha jkun sar it-test tal-ħiliet kif speċifikat fil-punt BFCL.145, u, fil-każ tal-blalen tal-arja sħuna, għall-grupp A ta’ dik il-klassi.

(b)

Fil-każ tal-blalen tal-arja sħuna, il-privileġġi tal-BPL għandhom jiġu estiżi għal grupp ieħor fi ħdan il-klassi tal-blalen tal-arja sħuna permezz ta’ applikazzjoni jekk bdot ikun wettaq mill-inqas:

(1)

żewġ titjiriet ta’ tagħlim ma’ FI(B) fuq ballun tal-arja tal-grupp rilevanti;

(2)

l-ammont ta’ sigħat li ġejjin ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fil-blalen tal-arja:

(i)

mill-inqas 100 siegħa, jekk ikunu qed jintalbu privileġġi għall-blalen tal-arja tal-grupp B;

(ii)

mill-inqas 200 siegħa, jekk ikunu qed jintalbu privileġġi għall-blalen tal-arja tal-grupp C;

(iii)

mill-inqas 300 siegħa, jekk ikunu qed jintalbu privileġġi għall-blalen tal-arja tal-grupp D.

(c)

Għajr għall-klassi tal-blalen tal-arja mħallta, il-privileġġi tal-BPL għandhom jiġu estiżi għal klassi oħra tal-blalen tal-arja, jew, jekk qed jintalbu l-privileġġi għall-klassi tal-blalen tal-arja sħuna, għall-grupp A tal-klassi tal-blalen tal-arja sħuna, permezz ta’ applikazzjoni jekk fil-klassi u fil-grupp rilevanti tal-blalen tal-arja bdot ikun wettaq:

(1)

kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO, li jinkludi mill-inqas:

(i)

ħames titjiriet ta’ tagħlim b’żewġ bdoti; jew

(ii)

fil-każ ta’ estensjoni mill-blalen tal-arja sħuna għall-iġfna tal-ajru li jaħdmu bl-arja sħuna, ħames sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim b’żewġ bdoti; u

(2)

test tal-ħiliet li matulu l-bdot ikun wera lill-FE(B) livell adegwat ta’ għarfien teoretiku għall-klassi l-oħra fis-suġġetti li ġejjin:

(i)

il-prinċipji tat-titjir;

(ii)

il-proċeduri operattivi;

(iii)

il-prestazzjoni u l-ippjanar fit-titjir;

(iv)

għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru fir-rigward tal-klassi tal-blalen tal-arja li għaliha tkun qed tintalab l-estensjoni tal-privileġġi.

(d)

It-tlestija tat-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafi (b)(1) u (c)(1) għandha tiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u tiġi ffirmata minn:

(1)

fil-każ tal-paragrafu (b)(1), l-għalliem li huwa risponsabbli għat-titjiriet ta’ tagħlim; u

(2)

fil-każ tal-paragrafu (c)(1), il-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO li tkun risponsabbli għat-taħriġ.

(e)

Detentur ta’ BPL għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu fil-klassi tal-blalen tal-arja mħallta biss jekk ikollu privileġġi għall-klassi tal-blalen tal-arja sħuna kif ukoll għall-klassi tal-blalen tal-gass.

BFCL.160 BPL — Rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti

(a)

Detentur ta’ BPL għandu jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja tiegħu biss jekk fil-klassi rilevanti tal-blalen tal-arja jkun wettaq:

(1)

jew:

(i)

fi żmien 24 xahar qabel it-titjira ppjanata, mill-inqas sitt sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC, inkluż 10 tliegħi u nżul l-art, bħala PIC jew titjir b’żewġ bdoti jew waħdu taħt is-superviżjoni ta’ FI(B); u

(ii)

fi żmien 48 xahar qabel it-titjira ppjanata, mill-inqas titjira waħda ta’ taħriġ ma’ FI(B); jew

(2)

fi żmien 24 xahar qabel it-titjira ppjanata, kontroll tal-profiċjenza f’konformità mal-punt (c).

(b)

Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu (a), fil-każ ta’ bdot li huwa kkwalifikat biex itir f’aktar minn klassi waħda ta’ blalen tal-arja, sabiex ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu fil-klassi l-oħra tal-blalen tal-arja jew fil-klassijiet l-oħra tal-blalen tal-arja, irid ikun wettaq mill-inqas tliet sigħat ta’ ħin ta’ titjir, bħala PIC jew titjir b’żewġ bdoti jew waħdu taħt is-superviżjoni ta’ FI(B), f’kull klassi addizzjonali tal-blalen tal-arja fl-aħħar 24 xahar.

(c)

Detentur ta’ BPL li ma jikkonformax mar-rekwiżiti fil-paragrafu (a)(1) u, jekk japplika, il-paragrafu (b), qabel ma jerġa’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu, għandu jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza ma’ FE(B) f’ballun tal-arja li jirrappreżenta l-klassi rilevanti.

(d)

Wara li jikkonforma mal-paragrafu (a), (b) jew (c), skont kif japplika, detentur ta’ BPL li jkollu l-privileġġi biex itir fil-blalen tal-arja sħuna għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu biss fil-blalen tal-arja sħuna li jirrappreżentaw:

(i)

l-istess grupp ta’ blalen tal-arja sħuna li fih ikunu twettqu t-titjira ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (a)(1)(ii) jew il-kontroll tal-profiċjenza kif speċifikat fil-paragrafu (c), skont kif japplika, jew grupp b’daqs tal-istruttura iżgħar; jew

(ii)

il-grupp A ta’ blalen tal-arja sħuna fil-każijiet fejn bdot, f’konformità mal-paragrafu (b), ikun wettaq it-titjira ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (a)(2) fi klassi tal-blalen tal-arja li mhijiex dik tal-blalen tal-arja sħuna.

(e)

It-twettiq tat-titjiriet b’żewġ bdoti, tat-titjiriet taħt superviżjoni u tat-titjira ta’ taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (a)(1) u (b), kif ukoll il-kontroll tal-profiċjenza kif speċifikat fil-paragrafu (c) għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiġu ffirmati mill-FI(B) responsabbli fil-każ tal-paragrafi (a)(1) u (b) u mill-FE(B) responsabbli fil-każ tal-paragrafu (c).

(f)

Detentur ta’ BPL, li jkollu wkoll il-privileġġi għall-operazzjonijiet kummerċjali kif speċifikat fil-punt BFCL.215 tas-Subparti ADD ta’ dan l-Anness, għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti:

(1)

tal-paragrafu (a) u, jekk japplika, il-paragrafu (b), fil-każ li jkun wettaq kontroll tal-profiċjenza f’konformità mal-punt BFCL.215(d)(2)(i) fil-klassi jew fil-klassijiet rilevanti tal-blalen tal-arja fl-aħħar 24 xahar; jew

(2)

tal-paragrafu (a)(1)(ii), fil-każ li jkun wettaq it-titjira ta’ taħriġ kif speċifikat fil-punt BFCL.215(d)(2)(ii) fil-klassi rilevanti tal-blalen tal-arja.

Fil-każ tal-klassi tal-blalen tal-arja sħuna, għandhom japplikaw il-limitazzjonijiet speċifikati fil-paragrafu (d) dwar il-privileġġi għall-operat ta’ klassijiet differenti ta’ blalen tal-arja, skont il-klassi tal-blalen tal-arja użata għall-konformità mal-paragrafi (f)(1) jew (f)(2).

SUBPARTI ADD

KLASSIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI

BFCL.200 Klassifikazzjoni tat-titjira tal-blalen tal-arja sħuna marbutin

(a)

Detentur ta’ BPL għandu jwettaq it-titjiriet marbutin bil-blalen tal-arja sħuna biss jekk ikollu klassifikazzjoni tat-titjira tal-blalen tal-arja sħuna marbutin f’konformità ma’ dan il-punt.

(b)

Sabiex applikant japplika għal klassifikazzjoni tat-titjira tal-blalen tal-arja sħuna marbutin, dan għandu:

(1)

ikollu l-privileġġi għall-klassi tal-blalen tal-arja sħuna;

(2)

l-ewwel iwettaq mill-inqas żewġ titjiriet ta’ tagħlim f’ballun tal-arja sħuna marbut.

(c)

It-twettiq tat-taħriġ f’ballun tal-arja sħuna marbut għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u jiġi ffirmat mill-FI(B) li huwa responsabbli għat-taħriġ.

(d)

Bdot li jkollu klassifikazzjoni tat-titjira tal-blalen tal-arja sħuna marbutin għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu biss jekk ikun wettaq mill-inqas titjira waħda f’ballun tal-arja sħuna marbut matul it-48 xahar ta’ qabel it-titjira ppjanata, jew, jekk ma jkunx wettaq titjira bħal din, il-bdot għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu jekk ikun wettaq titjira f’ballun tal-arja sħuna marbut ma’ bdot ieħor jew waħdu taħt is-superviżjoni ta’ FI(B). It-twettiq ta’ titjira b’żewġ bdoti jew bi bdot wieħed bħal din taħt superviżjoni għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u jiġi ffirmat mill-FI(B).

BFCL.210 Klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl

(a)

Detentur ta’ BPL għandu jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja tiegħu f’kundizzjonijiet VFR (regoli tat-titjir viżwali) billejl biss jekk ikollu klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl f’konformità ma’ dan il-punt.

(b)

Applikant għall-klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl għandu jkun wettaq mill-inqas żewġ titjiriet ta’ tagħlim billejl ta’ mill-inqas siegħa kull waħda.

(c)

It-twettiq tat-taħriġ f’ballun tal-arja sħuna marbut għandu jiddaħħal fil-ġurnal ta’ abbord u jiġi ffirmat mill-FI(B) li huwa responsabbli għat-taħriġ.

BFCL.215 Klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali

(a)

Detentur ta’ BPL għandu jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja tiegħu matul l-operazzjonijiet kummerċjali biss jekk ikollu klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali f’konformità ma’ dan il-punt.

(b)

Applikant għal klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għandu:

(1)

ikun għalaq it-18-il sena;

(2)

ikun wettaq 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir u 50 tlugħ u nżul l-art bħala PIC fuq blalen tal-arja;

(3)

ikollu l-privileġġi għall-klassi tal-blalen tal-arja li fiha se jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali; u

(4)

ikun għadda minn test tal-ħiliet fil-klassi rilevanti tal-blalen tal-arja li matulu għandu juri lil FE(B) il-kompetenza rikjesta għall-operazzjonijiet tal-blalen tal-arja kummerċjali.

(c)

Il-privileġġi tal-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għandhom ikunu limitati għall-klassi tal-blalen tal-arja li fiha jkun twettaq it-test tal-ħiliet f’konformità mal-paragrafu (b)(3). Il-privileġġi għandhom jiġu estiżi permezz ta’ applikazzjoni għal klassi oħra ta’ blalen tal-arja jekk, f’dik il-klassi l-oħra, l-applikant jikkonforma mal-paragrafi (b)(3) u (b)(4).

(d)

Bdot li jkollu klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għandu jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni fil-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-ballun tal-arja biss jekk ikun wettaq:

(1)

fil-180 jum qabel it-titjira ppjanata:

(i)

mill-inqas tliet titjiriet bħala PIC fil-blalen tal-arja, li mill-inqas waħda minnhom għandha tkun f’ballun tal-arja tal-klassi rilevanti; jew

(ii)

titjira waħda bħala PIC f’ballun tal-arja tal-klassi rilevanti taħt is-superviżjoni ta’ FI(B) li huwa kkwalifikat f’konformità ma’ dan il-punt; u

(2)

fil-24 xahar qabel it-titjira ppjanata:

(i)

kontroll tal-profiċjenza, f’ballun tal-klassi rilevanti, li matulu għandu juri lil FE(B) il-kompetenza rikjesta għall-ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-ballun tal-arja; jew

(ii)

kors ta’ aġġornament f’ATO jew f’DTO, adattat għall-kompetenza rikjesta għall-operazzjonijiet tal-blalen tal-arja kummerċjali, inkluż mill-inqas sitt sigħat ta’ tagħlim fl-għarfien teoretiku u titjira waħda ta’ taħriġ f’ballun tal-arja tal-klassi rilevanti ma’ FI(B) li huwa kkwalifikat għall-operazzjonijiet tal-blalen tal-arja kummerċjali f’konformità ma’ dan il-punt.

(e)

Sabiex iżomm il-privileġġi tal-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għall-klassijiet ta’ blalen tal-arja kollha, bdot li jkollu klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali bil-privileġġi estiżi għal aktar minn klassi waħda ta’ blalen tal-arja għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu (d)(2) f’mill-inqas klassi waħda ta’ blalen tal-arja.

(f)

Bdot li jikkonforma mal-paragrafu (d) u jkollu klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali għall-klassi tal-blalen tal-arja sħuna għandu jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni fil-klassi tal-blalen tal-arja sħuna biss fil-blalen li jirrappreżentaw:

(i)

l-istess grupp tal-ballun tal-arja li fih ikunu twettqu l-kontroll tal-profiċjenza kif speċifikat fil-paragrafu (d)(2)(i) jew it-titjira ta’ taħriġ kif speċifika fil-paragrafu (d)(2)(ii); jew

(ii)

grupp ta’ blalen tal-arja sħuna b’daqs tal-istruttura iżgħar.

(g)

It-twettiq tat-titjira taħt superviżjoni kif speċifikat fil-paragrafu (d)(1)(ii), il-kontroll tal-profiċjenza kif speċifikat fil-paragrafu (d)(2)(i) u l-kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament kif speċifikat fil-paragrafu (d)(2)(ii) għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta’ abbord tal-bdot u għandu jiġu ffirmati mill-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO, jew mill-FI(B) jew mill-FE(B) li huwa responsabbli għall-kors ta’ taħriġ, għas-superviżjoni jew għall-kontroll tal-profiċjenza, skont kif japplika.

(h)

Bdot li jkun wettaq kontroll tal-profiċjenza tal-operatur f’konformità mal-punt BOP.ADD.315 tal-Anness II (Parti-BOP) ta’ dan ir-Regolament għandu jitqies li jikkonforma mal-paragrafu (d)(2)(i).

SUBPARTI FI

GĦALLIEMA TAT-TITJIR

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali

BFCL.300 Ċertifikati tal-għalliema tat-titjir

(a)   Ġenerali

Għalliem jista’ biss iwettaq it-tagħlim fit-titjir f’ballun tal-arja jekk:

(1)

ikollu:

(i)

BPL inkluż il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati li għalihom irid jiġi pprovdut it-tagħlim fit-titjir; u

(ii)

ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir għall-blalen tal-arja (FI(B)) adattat għat-tagħlim imwettaq, u maħruġ f’konformità ma’ din is-Subparti; u

(2)

ikun intitolat li jaġixxi bħala PIC fil-ballun tal-arja matul it-tagħlim fit-titjir.

(b)   Tagħlim ipprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri

(1)

B’deroga mis-subparagrafu (a)(1), fil-każ ta’ tagħlim fit-titjir li jiġi pprovdut matul kors ta’ taħriġ approvat f’konformità ma’ dan l-Anness (Parti-BFCL) barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir lil applikant li jkollu liċenzja tal-bdoti tal-blalen tal-arja li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li l-applikant:

(i)

ikollu mill-inqas liċenzja waħda inkluż, fejn rilevanti, il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati ekwivalenti għal dawk li għalihom huwa awtorizzat li jgħallem;

(ii)

jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ FI(B) bil-privileġġi ta’ tagħlim rilevanti; u

(iii)

juri lill-awtorità kompetenti livell adegwat ta’ għarfien rigward ir-regoli Ewropej dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni biex ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi ta’ tagħlim f’konformità ma’ dan l-Anness.

(2)

Iċ-ċertifikat għandu jkun limitat għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir approvat:

(i)

barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; u

(ii)

lil bdot student li għandu għarfien biżżejjed tal-lingwa li biha jingħata t-tagħlim fit-titjir.

Taqsima 2

Ċertifikat tal-għalliema tat-titjir għall-blalen tal-arja — FI(B)

BFCL.315 Ċertifikat ta’ FI(B) — Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Soġġett għall-konformità tal-applikanti mal-punt BFCL.320 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin, ċertifikat ta’ FI(B) għandu jinħareġ bil-privileġġi għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir:

(1)

għal BPL;

(2)

għall-estensjoni tal-privileġġi għal klassijiet u gruppi ta’ blalen tal-arja ulterjuri sakemm l-applikant ikun wettaq mill-inqas 15-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC f’kull klassi rilevanti;

(3)

għal klassifikazzjoni tat-titjiriet billejl jew għal klassifikazzjoni tat-titjiriet marbuta, sakemm l-applikant ikun irċieva taħriġ speċifiku dwar il-provvista tat-tagħlim għall-klassifikazzjoni rilevanti f’ATO jew f’DTO; u

(4)

għal ċertifikat ta’ FI(B), sakemm l-applikant:

(i)

ikun wettaq mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-blalen tal-arja; u

(ii)

f’konformità mal-proċeduri stabbiliti għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti, ikun wettaq mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir għaċ-ċertifikat ta’ FI(B) taħt superviżjoni u għas-sodisfazzjon ta’ FI(B) li huwa kkwalifikat f’konformità ma’ dan is-subparagrafu u nnominat mill-kap tat-taħriġ tal-ATO jew tad-DTO.

(b)

Il-privileġġi elenkati fil-paragrafu (a) għandhom jinkludu l-privileġġi għat-twettiq ta’ tagħlim fit-titjir:

(1)

għall-ħruġ tal-liċenzja, tal-privileġġi, tal-klassifikazzjonijiet jew taċ-ċertifikat rilevanti; u

(2)

għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti rilevanti ta’ dan l-Anness, skont kif japplika.

BFCL.320 FI(B) — Prerekwiżiti u rekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ FI(B) għandu:

(a)

ikollu mill-inqas 18-il sena;

(b)

jikkonforma mar-rekwiżiti tas-subparagrafi (a)(1)(i) u (a)(2) tal-punt BFCL.300;

(c)

ikun wettaq 75 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fil-blalen tal-arja;

(d)

ikun wettaq kors ta’ taħriġ għall-għalliema f’konformità mal-punt BFCL.330 f’ATO jew f’DTO; u

(e)

ikun għadda minn valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt BFCL.345.

BFCL.325 FI(B) kompetenzi u valutazzjoni

L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(B) għandhom ikunu mħarrġa biex jiksbu l-kompetenzi li ġejjin:

(a)

iħejju r-riżorsi;

(b)

joħolqu klima li twassal għat-tagħlim;

(c)

jippreżentaw l-għarfien;

(d)

jintegraw il-ġestjoni tat-theddid u l-iżbalji (TEM) u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM);

(e)

jimmaniġġjaw il-ħin biex jiksbu l-objettivi tat-taħriġ;

(f)

jiffaċilitaw it-tagħlim;

(g)

jivvalutaw il-prestazzjoni tal-apprendisti;

(h)

jimmonitorjaw u jirrieżaminaw il-progress;

(i)

jevalwaw is-sessjonijiet tat-taħriġ; u

(j)

jirrappurtaw dwar l-eżitu.

BFCL.330 FI(B) — Kors ta’ taħriġ

(a)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ FI(B) l-ewwel għandhom jagħmlu valutazzjoni speċifika ta’ qabel id-dħul f’ATO jew f’DTO fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel il-bidu tal-kors ta’ taħriġ, sabiex tiġi vvalutata l-abbiltà tiegħu biex jagħmel il-kors.

(b)

Il-kors ta’ taħriġ tal-FI(B) għandu jinkludi mill-inqas:

(1)

l-elementi speċifikati fil-punt BFCL.325;

(2)

25 siegħa ta’ tagħlim u ta’ apprendiment;

(3)

12-il siegħa ta’ tagħlim ta’ għarfien teoretiku, inkluż testijiet tal-progress; u

(4)

tliet sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inkluż tliet tliegħi u nżul l-art.

(c)

L-applikanti li diġà għandhom ċertifikat ta’ għalliem f’konformità mal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 jew mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (b)(2).

BFCL.345 FI(B) — Valutazzjoni tal-kompetenza

(a)

L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FI(B) għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-kompetenza fuq ballun tal-arja biex juru lil eżaminatur li jkun ikkwalifikat f’konformità mal-punt BFCL.415(c) l-abbiltà tagħhom biex jgħallmu bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ ta’ BPL.

(b)

Il-valutazzjoni għandha tinkludi:

(1)

il-wiri tal-kompetenzi deskritti fil-punt BFCL.325, matul it-tagħlim qabel it-titjir, wara t-titjir u tal-għarfien teoretiku;

(2)

eżamijiet teoretiċi orali rigward il-briefings fuq l-art, qabel it-titjir u wara t-titjir u wirjiet waqt it-titjir fil-klassi xierqa tal-blalen tal-arja;

(3)

eżerċizzji adegwati biex jiġu evalwati l-kompetenzi tal-għalliem.

BFCL.360 Ċertifikat ta’ FI(B) — Rekwiżiti ta’ esperjenza reċenti

(a)

Detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(B) għandu jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat tiegħu biss jekk ikun wettaq:

(1)

fl-aħħar tliet snin qabel l-eżerċizzju ppjanat ta’ dawk il-privileġġi:

(i)

taħriġ ta’ aġġornament tal-għalliema f’ATO jew f’DTO, jew f’awtorità kompetenti li matulu d-detentur għandu jirċievi tagħlim fl-għarfien teoretiku biex jirrevedi u jaġġorna l-għarfien rilevanti għall-għalliema tat-titjir fil-blalen tal-arja;

(ii)

mill-inqas sitt sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fil-blalen tal-arja bħala FI(B); u

(2)

fl-aħħar disa’ snin u f’konformità mal-proċeduri stabbiliti għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti, mill-inqas titjira ta’ tagħlim waħda f’ballun tal-arja bħala FI(B) taħt superviżjoni u għas-sodisfazzjon ta’ FI(B) li huwa kkwalifikat f’konformità mal-punt BFCL.315(a)(4) u nnominat mill-kap tat-taħriġ ta’ ATO jew ta’ DTO.

(b)

Is-sigħat ta’ titjir bħala FE(B) matul it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżit tal-paragrafu (a)(1)(ii).

(c)

Jekk detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(B) ma jkunx wettaq it-titjira ta’ tagħlim taħt superviżjoni għas-sodisfazzjon tal-FI(B) f’konformita mal-paragrafu (a)(2), ma għandux jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(B) sakemm ma jkunx wettaq valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt BFCL.345.

(d)

Sabiex jerġa’ jibda jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FI(B), detentur ta’ ċertifikat ta’ FI(B) li ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-paragrafu (a) għandu jikkonforma mar-rekwiżit tal-paragrafu (a)(1)(i) u tal-punt BFCL.345.

SUBPARTI FE

EŻAMINATURI TAT-TITJIR

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali

BFCL.400 Ċertifikati tal-eżaminaturi tat-titjir fil-blalen tal-arja

(a)   Ġenerali

Eżaminatur għandu biss iwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza f’konformità ma’ dan l-Anness jekk:

(1)

ikollu:

(i)

BPL, inkluż il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati li għalihom huwa awtorizzat li jwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza u l-privileġġ li jgħallem għalihom;

(ii)

ċertifikat ta’ FE(B) inkluż il-privileġġi xieraq għat-test tal-ħiliet, għall-kontroll tal-profiċjenza jew għall-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa, maħruġ skont din is-Subparti;

(2)

ikun intitolat li jaġixxi bħala PIC f’ballun tal-arja matul it-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza.

(b)   Eżamijiet imwettqa barra mit-territorju tal-Istati Membri

(1)

B’deroga mill-paragrafu (a)(1), fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza mwettqa barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ eżaminatur lil applikant li għandu liċenzja tal-bdoti tal-blalen tal-arja li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li l-applikant:

(i)

ikollu mill-inqas liċenzja waħda inkluż, fejn rilevanti, il-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati ekwivalenti għal dawk li għalihom huwa awtorizzat li jwettaq it-testijiet tal-ħiliet jew il-kontrolli tal-profiċjenza;

(ii)

jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur rilevanti;

(iii)

juri lill-awtorità kompetenti li għandu livell adegwat ta’ għarfien tar-regoli Ewropej dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi tal-eżaminatur f’konformità ma’ dan l-Anness.

(2)

Iċ-ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu (1) għandu jkun limitat għat-twettiq tat-testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza:

(i)

barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; u

(ii)

fir-rigward ta’ bdot li jkollu biżżejjed għarfien tal-lingwa li biha jsir it-test/il-kontroll.

BFCL.405 Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ drittijiet akkwiżiti

Eżaminatur tal-blalen tal-arja ma għandux iwettaq:

(a)

test tal-ħiliet jew valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat li jkun ipprovdilu aktar minn 50 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, għall-klassifikazzjoni jew għaċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; jew

(b)

test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi affettwata.

BFCL.410 Twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza

(a)

Meta jwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza, l-eżaminatur tal-blalen tal-arja għandu jagħmel dawn kollha li ġejjin:

(1)

jiżgura li tista’ tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-applikant mingħajr ostakli lingwistiċi;

(2)

jivverifika li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifika, taħriġ u esperjenza ta’ dan l-Anness għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-liċenzja, tal-privileġġi, tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat li għalihom isiru t-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; u

(3)

jgħarraf lill-applikant bil-konsegwenzi li jkun hemm jekk jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, mhux preċiża jew falza relatata mat-taħriġ u l-esperjenza tiegħu fit-titjir.

(b)

Wara t-tlestija tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza, l-eżaminatur tal-blalen tal-arja għandu:

(1)

jinforma l-applikant bir-riżultati tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza;

(2)

fil-każ li jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid, japprova d-data ta’ skadenza l-ġdida fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat tal-applikant, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant;

(3)

jipprovdi lill-applikant rapport iffirmat dwar it-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza u jissottometti kopji tar-rapport mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, u lill-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur. Ir-rapport għandu jinkludi:

(i)

dikjarazzjoni li l-eżaminatur tal-blalen tal-arja rċieva informazzjoni mingħand l-applikant rigward l-esperjenza u t-tagħlim tiegħu, u sab l-esperjenza u t-tagħlim konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness;

(ii)

konferma li l-manuvri u l-eżerċizzji kollha meħtieġa ġew ikkompletati, kif ukoll informazzjoni dwar l-eżami verbali tal-għarfien teoretiku, fejn applikabbli. Jekk applikant ikun weħel minn xi punt, l-eżaminatur għandu jniżżel ir-raġunijiet għal din il-valutazzjoni;

(iii)

ir-riżultati tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza;

(iv)

dikjarazzjoni li l-eżaminatur tal-blalen tal-arja jkun irrieżamina u applika l-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali tal-awtorità kompetenti tal-applikant jekk l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur;

(v)

kopja taċ-ċertifikat tal-eżaminatur tal-blalen tal-arja li jindika l-ambitu tal-privileġġi tiegħu bħala eżaminatur tal-blalen tal-arja fil-każ tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur.

(c)

L-eżaminatur tal-blalen tal-arja għandu jżomm ir-rekords għal ħames snin bid-dettalji tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha mwettqa u r-riżultati tagħhom.

(d)

Fuq talba mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat tal-eżaminatur tal-blalen tal-arja, jew l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, l-eżaminatur tal-blalen tal-arja għandu jissottometti r-rekords u r-rapporti kollha, u kwalunkwe informazzjoni oħra, kif meħtieġ, għall-attivitajiet ta’ sorveljanza.

Taqsima 2

Ċertifikat tal-eżaminaturi tat-titjir għall-blalen tal-arja — FE(B)

BFCL.415 Ċertifikat ta’ FE(B) — Privileġġi u kundizzjonijiet

Soġġett għall-konformità tal-applikanti mal-punt BFCL.420 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin, ċertifikat ta’ FE(B) għandu jinħareġ permezz ta’ applikazzjoni bil-privileġġi għat-twettiq:

(a)

tat-testijiet tal-ħiliet u tal-kontrolli tal-profiċjenza għall-BPL u tat-testijiet tal-ħiliet għall-estensjoni tal-privileġġi għal klassi oħra tal-blalen tal-arja, sakemm l-applikant ikun wettaq 250 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala bdot fil-blalen tal-arja, inkluż 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li jkopru s-sillabu kollu ta’ kors ta’ taħriġ għall-BPL;

(b)

tat-testijiet tal-ħiliet u tal-kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjoni tal-operazzjoni kummerċjali kif speċifikat fil-punt BFCL.215, sakemm l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti tal-esperjenza reċenti stabbiliti fil-paragrafu (a) u jkun irċieva taħriġ speċifiku matul kors ta’ standardizzazzjoni tal-eżaminaturi f’konformità mal-punt BFCL.430;

(c)

tal-valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FI(B), sakemm l-applikant:

(1)

ikun wettaq 350 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fil-blalen tal-arja, inkluż ħames sigħat ta’ tagħlim lil applikant għaċ-ċertifikat ta’ FI(B);

(2)

ikun irċieva taħriġ speċifiku matul kors ta’ standardizzazzjoni tal-eżaminaturi f’konformità mal-punt BFCL.430.

BFCL.420 Ċertifikat ta’ FE(B) — Prerekwiżiti u rekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ FE(B) għandu:

(a)

jikkonforma mar-rekwiżiti tas-subparagrafi (a)(1)(i) u (2) tal-punt BFCL.400;

(b)

ikun wettaq il-kors ta’ standardizzazzjoni tal-FE(B) f’konformità mal-punt BFCL.430;

(c)

ikun wettaq valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt BFCL.445;

(d)

juri sfond rilevanti relatat mal-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(B); u

(e)

juri li ma kienx soġġett għal xi sanzjonijiet, inkluż is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ xi waħda mil-liċenzji, mill-klassifikazzjonijiet jew miċ-ċertifikati tiegħu maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness, mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew mal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, għan-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu matul l-aħħar tliet snin.

BFCL.430 Ċertifikat ta’ FE(B) — Kors ta’ standardizzazzjoni

(a)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ FE(B) għandhom jagħmlu kors ta’ standardizzazzjoni pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO jew DTO u approvat minn dik l-awtorità kompetenti.

(b)

Il-kors ta’ standardizzazzjoni għandu jkun adattat għall-privileġġi mitluba mill-eżaminatur tat-titjir fil-blalen tal-arja u għandu jikkonsisti f’tagħlim teoretiku u prattiku, inkluż, mill-inqas:

(1)

it-twettiq ta’ mill-inqas test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza għall-BPL jew għall-klassifikazzjonijiet jew għaċ-ċertifikati assoċjati;

(2)

tagħlim fuq ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness u r-rekwiżiti applikabbli tal-operazzjonijiet tal-ajru, it-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza, u d-dokumentazzjoni u r-rappurtar tagħhom;

(3)

briefing fuq dawn li ġejjin:

(i)

il-proċeduri amministrattivi nazzjonali;

(ii)

ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data personali;

(iii)

ir-responsabbiltà tal-eżaminatur;

(iv)

l-assigurazzjoni għall-aċċidenti tal-eżaminatur;

(v)

it-tariffi nazzjonali; u

(vi)

informazzjoni dwar kif wieħed jikseb aċċess għall-informazzjoni fil-punti (i) sa (v) meta jkun qed iwettaq it-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx dik li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur.

(c)

Detentur ta’ ċertifikat ta’ FE(B) ma għandux iwettaq testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx dik li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur, sakemm ma jkunx irrieżamina l-aħħar informazzjoni disponibbli li jkun fiha l-proċeduri nazzjonali rilevanti tal-awtorità kompetenti tal-applikant.

BFCL.445 Ċertifikat ta’ FE(B) — Valutazzjoni tal-kompetenza

Għall-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FE(B), applikant għandu juri l-kompetenzi tiegħu bħala FE(B) lil spettur mill-awtorità kompetenti jew lil eżaminatur superjuri speċifikament awtorizzat biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti li hija responsabbli għaċ-ċertifikat tal-FE(B). Matul il-valutazzjoni tal-kompetenza, l-applikant għandu jwettaq test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza, inkluż il-briefing, it-twettiq tat-test tal-ħiliet, tal-kontroll tal-profiċjenza jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza, u l-valutazzjoni tal-persuna li għaliha qed isir it-test, il-kontroll jew il-valutazzjoni, id-debriefing u d-dokumentazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni.

BFCL.460 Ċertifikat ta’ FE(B) — Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Ċertifikat ta’ FE(B) għandu jkun validu għal ħames snin.

(b)

Ċertifikat ta’ FE(B) għandu jerġa’ jiġi vvalidat jekk id-detentur tiegħu:

(1)

matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ FE(B), ikun wettaq kors ta’ aġġornament għall-eżaminaturi li huwa pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO jew DTO u approvat minn dik l-awtorità kompetenti, li matulu d-detentur għandu jirċievi tagħlim fl-għarfien teoretiku għar-reviżjoni u l-aġġornament tal-għarfien għall-eżaminaturi tal-blalen tal-arja; u

(2)

fl-aħħar 24 xahar ta’ qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat, ikun wettaq test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza waħda taħt superviżjoni u għas-sodisfazzjon ta’ spettur mill-awtorità kompetenti jew eżaminatur speċifikament awtorizzat li jagħmel dan mill-awtorità kompetenti li hija responsabbli għaċ-ċertifikat tal-FE(B).

(c)

Detentur ta’ ċertifikat ta’ FE(B) li jkollu wkoll ċertifikat tal-eżaminaturi wieħed jew aktar minn wieħed għal kategoriji oħra tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 jista’ jikseb validazzjoni mill-ġdid ikkombinata taċ-ċertifikati kollha tal-eżaminaturi li jkollu, bi ftehim mal-awtorità kompetenti.

(d)

Jekk ċertifikat ta’ FE(B) ikun skada, id-detentur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu (b)(1) u tal-punt BFCL.445 qabel ma jkun jista’ jerġa’ jibda jeżerċita l-privileġġi taċ-ċertifikat ta’ FE(B).

(e)

Ċertifikat ta’ FE(B) għandu biss jerġa’ jiġi vvalidat jew imġedded jekk l-applikant juri konformità kontinwa mar-rekwiżiti tal-punt BFCL.410 kif ukoll mar-rekwiżiti tal-punt BFCL.420(d) u (e).

”