Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
Official Journal L 379 , 28/12/2006 P. 0123 - 0124
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0532 - 0533
20061221 Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2006/1008/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas- 27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu, Billi: (1) Fid- 29 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/379/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) [2] tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/930/KE, u li tistabbilixxi l-lista ta' persuni u entitajiet li għaliha japplika dak ir-Regolament. (2) Il-Kunsill iddetermina li ċerti persuni, gruppi u entitajiet oħra jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(3) ta' dak ir-Regolament u għandhom għalhekk jiġu miżjuda ma' dik il-lista, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għaliha japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2006. Għall-Kunsill Il-President J. Korkeaoja [1] ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1461/2006 (ĠU L 272, 3.10.2006, p. 11). [2] ĠU L 144, 31.5.2006, p. 21. -------------------------------------------------- 20061221 ANNESS Il-Kunsill iddetermina li l-persuni, gruppi u entitajiet elenkati hawn taħt huma involuti f'atti terroristiċi fis-sens ta' l-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas- 27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu [1], li deċiżjoni fir-rigward tagħhom ittieħdet minn awtorità nazzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni, u li dawn għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għaliha japplika r-Regolament (KE) 2580/2001. I. PERSUNI 1. AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala Suhaib; magħruf ukoll bħala Sohaib), imwieled fit- 22.10.1982 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NB0322935 (Membru tal-"Hofstadgroep") 2. AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi Mohamed; magħruf ukoll bħala Abed; magħruf ukoll bħala Abid; magħruf ukoll bħala Abu Ismail), imwieled fit- 18.7.1978 f’Nador (il-Marokk), Nru tal-passaport (Spanja) ESPP278036 (Membru tal-"Hofstadgroep") 3. BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi Bouraba; magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi Burada; magħruf ukoll bħala Abu Mosab), imwieled fis- 6.12.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) (Membru tal-"Hofstadgroep") 4. BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair; magħruf ukoll bħala Sobiar; magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit- 8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-"Hofstadgroep") 5. EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA'E KA'E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala Fouad; magħruf ukoll bħala Fzad; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben Mohammed; magħruf ukoll bħala Ben Mohand Ben Larbi; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand Ibn Larbi; magħruf ukoll bħala Abu Tahar; magħruf ukoll bħala Eggie), imwieled fil- 15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-"Hofstadgroep") 6. EL MORABIT, Mohamed, imwieled fl- 24.1.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk), il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) K789742 (Membru tal-"Hofstadgroep") 7. ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef Toumi), imwieled fl- 20.10.1977 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-karta ta’ l-identità (l-Olanda) LNB4576246 (Membru tal-"Hofstadgroep") 8. HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu Ibrahim), imwieled fil- 5.9.1978 f’Beni Said (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) K728658 (Membru tal-"Hofstadgroep") 9. WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis- 6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378 (Membru tal-"Hofstadgroep") II. GRUPPI U ENTITAJIET 1. Il-Hofstadgroep 2. It-TAK — Teyrbazen Azadiya Kurdistan, magħruf ukoll bħala ‘il-Kurdistan Freedom Falcons’, ‘il-Kurdistan Freedom Hawks’ [1] ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93. --------------------------------------------------