|
19.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 276/2 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8593 — CVC/PAI/Cortefiel)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 276/02)
|
1. |
Fil-11 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu) u PAI Partners S.A.S. (“PAI”, Franza) jakkwistaw indirettament fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Cortefiel S.A. (“Cortefiel”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal CVC: Il-Grupp CVC jipprovdi pariri u jimmaniġġa fondi u pjattaformi tal-investiment. — għal PAI: PAI hija kumpanija ta’ ekwità privata li timmaniġġa u toffri konsulenza lil numru ta’ fondi li huma sidien ta’ kumpaniji f’diversi setturi tan-negozju, bħas-servizzi tan-negozju, il-prodotti tal-ikel u tal-konsumatur, l-industriji ġenerali, il-kura tas-saħħa, u l-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni. — għal Cortefiel: Cortefiel hija attiva fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni bl-imnut tal-ħwejjeġ u, sa ċertu punt, id-distribuzzjoni bl-imnut tax-xedd tas-saqajn u l-aċċessorji. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8593 — CVC/PAI/Cortefiel, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.