|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/433 |
3.3.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/433
tal-25 ta’ Frar 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-195 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jikkonċerna l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u l-introduzzjoni fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (ir-“regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki tar-regolamenti tan-NU, ir-regolamenti tekniċi globali tan-NU (GTRs tan-NU) u r-riżoluzzjonijiet tan-NU, u proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU. |
|
(5) |
Mill-4 sas-7 ta’ Marzu 2025, matul il-195 sessjoni tiegħu, id-WP.29 jista’ jadotta: proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nru 13, 39, 48, 49, 79, 83, 92, 96, 100, 105, 116, 124, 138, 148, 149, 152, 158, 161, 162, 163, 168 u 171; proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar id-determinazzjoni tal-potenza tas-sistemi ta’ vetturi elettriċi ibridi u ta’ vetturi purament elettriċi li jkollhom aktar minn magna elettrika waħda għall-propulsjoni; u proposta għal emenda tar-riżoluzzjoni konsolidata tan-NU dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi ta’ dawl. |
|
(6) |
Ir-regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mar-riżoluzzjoni konsolidata tan-NU, ser jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 rigward l-adozzjoni ta’ dawk il-proposti. |
|
(7) |
Sabiex jiġu riflessi l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nru 13, 39, 48, 49, 79, 83, 92, 96, 100, 105, 116, 124, 138, 148, 149, 152, 158, 161, 162, 163, 168 u 171, u mir-riżoluzzjoni konsolidata tan-NU dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi ta’ dawl, jeħtieġ li jiġu emendati jew issupplimentati. |
|
(8) |
Sabiex jiġi abilitat il-progress teknoloġiku u sabiex tiġi promossa l-mobbiltà nadifa, jeħtieġ li jiġi adottat regolament ġdid tan-NU dwar id-determinazzjoni tal-potenza tas-sistemi ta’ vetturi elettriċi ibridi u ta’ vetturi purament elettriċi li jkollhom aktar minn magna elettrika waħda għall-propulsjoni. |
|
(9) |
Dawk il-proposti huma konformi mal-orjentazzjonijiet strateġiċi ta’ politika tal-Unjoni dwar l-industrija tal-karozzi. |
|
(10) |
Fid-dawl ta’ dawk il-benefiċċji, jenħtieġ li l-Unjoni tivvota favur dawk il-proposti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-195 sessjoni tal-Forum Dinji tan-NUKEE għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, li ser issir mill-4 sas-7 ta’ Marzu 2025 għandha tkun li ssir votazzjoni favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-addozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/836/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/125/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj).
ANNESS
|
Nru tar-Regolament |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument (1) |
|
13 |
Proposta għal serje ġdida ta' emendi 15 tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar tal-Vetturi Tqal) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 91, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/37, kif emendat bid-dokument informali GRVA-20-47 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/6 |
|
13 |
Proposta għal Suppliment 24 tas-serje ta' emendi 11 tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar tal-Vetturi Tqal) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 97, abbażi tad-dokument informali GRVA-20-33 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/8 |
|
13 |
Proposta għal Suppliment 6 tas-serje ta' emendi 12 tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar tal-Vetturi Tqal) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 97, abbażi tad-dokument informali GRVA-20-33 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/9 |
|
13 |
Proposta għal Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 13 tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar tal-Vetturi Tqal) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 97, abbażi ta' GRVA-20-33 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/10 |
|
13 |
Proposta għal Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 14 tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar tal-Vetturi Tqal) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 97, abbażi tad-dokument informali GRVA-20-33 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/11 |
|
39 |
Proposta għas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 39 (L-ispidometru u l-Odometru) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/107, il-para. 16, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2024/36, kif emendat bl-Anness IV tar-rapport |
ECE/TRANS/WP.29/2025/18/Rev.1 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' Apparati għat-Tidwil u għas-Sinjalar bid-Dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-para. 27, abbażi ta' GRE-88-17 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/13 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/30 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 23 tas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' Apparati għat-Tidwil u għas-Sinjalar bid-Dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-para. 27, abbażi ta' GRE-88-17 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/13 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/31 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' Apparati għat-Tidwil u għas-Sinjalar bid-Dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-para. 27, abbażi ta' GRE-88-17 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/13 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/32 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' Apparati għat-Tidwil u għas-Sinjalar bid-Dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-paragrafi 15, 24 u 27, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/3, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/4, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/15 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/22 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/33 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' Apparati għat-Tidwil u għas-Sinjalar bid-Dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-paragrafi 15, 24 u 27, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/3, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/4, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/15 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/22 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/34 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta' emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' Apparati għat-Tidwil u għas-Sinjalar bid-Dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-paragrafi 15, 24 u 27, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/3, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/4, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/15 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/22 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/35 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 09 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' Apparati għat-Tidwil u għas-Sinjalar bid-Dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-paragrafi 15, 24 u 27, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/3, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/4, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/15, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/22 u GRE-90- 10 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/36 |
|
49 |
Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni ta' tqabbid bi spark (LPG u CNG)) ECE/TRANS/WP.29/GRPE/91, il-para. 32., abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/21, GRPE-91-37 u emendat waqt is-sessjoni kif rifless fl-Anness V |
ECE/TRANS/WP.29/2025/26 |
|
79 |
Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-isteering) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 74, abbażi tad-dokument informali GRVA-20-38 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/12 |
|
79 |
Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-isteering) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 74, abbażi tad-dokument informali GRVA-20-38 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/13 |
|
83 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) ECE/TRANS/WP.29/GRPE/91, il-para. 16, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/19 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/27 |
|
92 |
Proposta għas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 92 (Sistemi tas-Silenzjar tal-Egżost ta' Sostituzzjoni għall-Muturi) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/78, il-para. 15, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/21 kif emendat bil-GRBP-80-29-Rev.3 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/3 |
|
96 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 96 (Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-magni li għandhom jiġu installati fi tratturi agrikoli u forestali u f'makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-rigward tal-emissjonijiet ta' inkwinanti mill-magna ECE/TRANS/WP.29/GRPE/91, il-para. 43., abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/24 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/28 |
|
100 |
Proposta għas-Serje ta' Emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (Vetturi b'Motopropulsjoni Elettrika) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2024/18, kif emendat bil-GRSP-76-08-Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/41 |
|
100 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-Serje ta' Emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (Vetturi b'Motopropulsjoni Elettrika) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2024/22 kif emendat bil-GRSP-76-09 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/42 |
|
100 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-Serje ta' Emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (Vetturi b'Motopropulsjoni Elettrika) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2024/22 kif emendat bil-GRSP-76-09 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/43 |
|
105 |
Proposta għas-serje ta' emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 105 (Vetturi għat-trasport ta' merkanzija perikoluża) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/107, il-para. 46, abbażi ta' GRSG-128-24-Rev.3 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/19 |
|
116 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 116 (Sistemi kontra s-serq u tal-allarm) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/107, il-para. 21, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2024/8 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/20 |
|
124 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 00 tar-Regolament tan-NU Nru 124 (Roti ta' Sostituzzjoni għall-Karozzi tal-Passiġġieri) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/78, il-para. 30, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/19 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/5 |
|
138 |
Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 138 (Vetturi tat-Trasport bit-Triq Silenzjużi) ECE/TRANS/WP.29/GRBP/78, il-para. 16, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/20 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/4 |
|
148 |
Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 148 (Apparati għas-Sinjalar bid-Dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-para. 20, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/17 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/37 |
|
149 |
Proposta għas-Supplement 9 tas-serje ta' emendi 00 tar-Regolament tan-NU Nru 149 (Apparati għat-Tidwil tat-Triq) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-para. 23, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/18 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/38 |
|
149 |
Proposta għas-Supplement 5 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 149 (Apparati għat-Tidwil tat-Triq) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-paragrafi 23 u 24, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/18, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/19 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/22 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/39 |
|
152 |
Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta' emendi 00 tar-Regolament tan-NU Nru 152 (AEBS għal M1/N1) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 84, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/19, kif emendat bid-dokument informali GRVA-20-10/Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/14 |
|
152 |
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 152 (AEBS għal M1/N1) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 84, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/19, kif emendat bid-dokument informali GRVA-20-11/Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/15 |
|
152 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 152 (AEBS għal M1/N1) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 84, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/19, kif emendat bid-dokument informali GRVA-20-12/Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/16, WP.29-195-06 |
|
158 |
Proposta għas-Suppliment 4 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 158 (Moviment tar-rivers) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/107, il-para. 12, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2024/35, kif emendat bl-Anness III tar-rapport |
ECE/TRANS/WP.29/2025/24 |
|
161 |
Proposta għas-Suppliment 5 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 161 (L-apparati kontra l-Użu mhux Awtorizzat) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/107, il-para. 22, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2024/9 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/21 |
|
162 |
Proposta għas-Suppliment 6 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 162 (Immobilizzaturi) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/107, il-para. 23, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2024/10 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/22 |
|
163 |
Proposta għas-Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 163 (Sistemi ta' Allarm tal-Vetturi) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/107, il-para. 24, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2024/11 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/23 |
|
168 |
Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament tan-NU Nru 168 (Emissjonijiet Globali Reali tas-Sewqan (Global RDE)) ECE/TRANS/WP.29/GRPE/91, il-para. 30, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/20, GRPE91-09-Rev.1 u GRPE-91-15-Rev.1 kif emendat bl-Anness IV |
ECE/TRANS/WP.29/2025/29 |
|
171 |
Proposta għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 171 (DCAS) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/20, il-para. 67, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/32, kif emendat bid-dokument informali GRVA-20-59/Rev.2 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/7, WP.29-195-05 |
|
Regolament ġdid |
Proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar id-determinazzjoni tal-potenza tas-sistema ta' vetturi elettriċi ibridi u ta' vetturi purament elettriċi li jkollhom aktar minn magna elettrika waħda għall-propulsjoni ECE/TRANS/WP.29/GRPE/91, il-para. 41, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/23 u GRPE-91-19-Rev.1, kif emendat bl-Addendum 1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/25 |
|
Mixxellanji |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument |
|
Definizzjonijiet |
Definizzjoni, tipi, valur, użi u kunsiderazzjonijiet tal-komunikazzjonijiet tal-vetturi |
ECE/TRANS/WP.29/2025/2 |
|
Ftehim |
Proposta għal emendi tal-Iskeda 5 tal-Ftehim tal-1958 ECE/TRANS/WP.29/1181, il-para. 92, abbażi ta' WP.29-194-33 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/17 |
|
Riżoluzzjoni |
Proposta għall-Emenda 11 tar-riżoluzzjoni konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni ta' kategoriji ta' sorsi tad-dawl (R.E.5) ECE/TRANS/WP.29/GRE/91, il-para. 10, abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/14 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/40 |
|
Rapport |
L-ewwel rapport ta' progress dwar l-ADS abbażi tad-dokument informali WP.29-194-20/Add.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/44 |
|
Awtorizzazzjoni |
Awtorizzazzjoni biex jiġi żviluppat GTR ġdid tan-NU dwar il-Kontroll tal-Aċċelerazzjoni għal Żbalji tal-Pedala (ACPE, Acceleration Control for Pedal Error) abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2024/167 kif emendat bid-dokument informali WP.29-194-26 |
ECE/TRANS/WP.29/AC.3/63 |
|
Interpretazzjoni |
Proposta għal emendi għad-Dokument ta' Interpretazzjoni għar-Regolament tan-NU Nru 156 (Aġġornamenti tas-software u tas-sistema ta' ġestjoni tal-aġġornamenti tas-software) abbażi ta' ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/31 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/45 |
(1) Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella huma disponibbli fuq:
https://unece.org/info/Transport/Vehicle-Regulations/events/397262
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/433/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)