30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5355 – BASF/CIBA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 122/02

Fit-12 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

—

mill-websajt tal-kompetizzjoni tal-Europa (http://ec.europa.eu/comm/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

—

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5355. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu).