<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><DECISION.ECR xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.DECISION.ECR><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑384/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0384</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:298">EU:T:2016:298</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.DECISION.ECR><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160512">12.5.2016</DATE> — KAWŻA T-384/14 [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>L-ITALJA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>FAEGG</KEYWORD><KEYWORD>Taqsima <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Garanzija<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>FAEG u FAEŻR</KEYWORD><KEYWORD>Infiq eskluż mill-finanzjament</KEYWORD><KEYWORD>Setturi taċ-ċanga u vitella u tan-ngħaġ</KEYWORD><KEYWORD>Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa</KEYWORD><KEYWORD>Korrezzjoni eżatta</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 48 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet speċjali</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX><DECISION.ECR.INIT><P>Fil-Kawża T‑384/14,</P></DECISION.ECR.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana</HT>, irrappreżentata minn G. Palmieri u B. Tidore, bħala aġenti,</P><P>rikorrenti,</P><P>vs</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Rossi u D. Bianchi, bħala aġenti,</P><P>konvenuta,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/191/UE, tal-<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE>, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2014">ĠU L 104, p. 43</REF.DOC.OJ>), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Taljana,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn S. Frimodt Nielsen, President, F. Dehousse u A. M. Collins (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara l-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.DECISION.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></P></TI></TITLE><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20140603">3 ta’ Ġunju 2014</DATE>, ir-Repubblika Taljana bdiet din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fuq proposta tar-rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u r-risposti tagħhom għad-domandi orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fir-rigward tagħha tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">5026453.43</FT> u ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">1860259.60</FT>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kontra d-deċiżjoni kkontestata r-Repubblika Taljana tinvoka motivi bbażati fuq, essenzjalment, il-ksur tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-PAK, il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, kif ukoll il-ksur ta’ diversi prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, fosthom il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ legalità u ta’ ċertezza legali, sa fejn il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet finanzjarji, l-ewwel nett, fil-kuntest tal-għoti tal-pagamenti addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 1782/2003 u, it-tieni nett, fil-kuntest tad-determinazzjoni tad-drittijiet speċjali fis-sens tal-Artikolu 47 u 48 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Matul is-seduta, ir-Repubblika Taljana ddikjarat li hija kienet qiegħda tirrinunzja milli tinvoka l-motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-korrezzjoni b’rata fissa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3477225</FT> sa fejn din kienet ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ awtorizzazzjoni ta’ aġenzija ta’ pagament. Għaldaqstant, is-suġġett ta’ din il-kawża huwa limitat għal-legalità tal-applikazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-Artikoli 47, 48 u 69 tar-Regolament Nru 1782/2003 sabiex fuqhom tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">1860259.60</FT> u EUR <FT TYPE="DECIMAL">5026453.43</FT> rispettivament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-FAEGG u l-Fond jiffinanzjaw biss l-infiq magħmula konformement mad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/97</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:251">EU:C:2003:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il-Greċja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/02</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:103">EU:C:2005:103</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120912">12 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Greċja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-356/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:418">EU:T:2012:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mir-regoli dwar il-FAEGG u l-Fond jirriżulta li l-Istati Membri huma obbligati jorganizzaw sensiela ta’ kontrolli amministrattivi u kontrolli fuq il-post li jippermettu li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet sostantivi u formali għall-għoti tal-għajnuna jiġu osservati b’mod korrett. Jekk ma jkunx hemm organizzazzjoni ta’ tali korp ta’ kontrolli jew jekk dik l-organizzazzjoni stabbilita minn Stat Membru jkun fiha nuqqasijiet sal-punt li tħalli xi dubji fir-rigward tal-osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tkun iġġustifikata li ma tirrikonoxxix ċertu nfiq imwettaq mill-Istat Membru kkonċernat (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900612">12 ta’ Ġunju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-8/88</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:241">EU:C:1990:241</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-468/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:221">EU:C:2005:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Portugall vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑183/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:370">EU:T:2009:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, anki jekk il-leġiżlazzjoni dwar l-għoti ta’ primjums ma tkunx timponi b’mod espress fuq l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu miżuri ta’ sorveljanza u modalitajiet ta’ kontroll bħal dawk invokati mill-Kummissjoni waqt il-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG u tal-Fond, xorta waħda jibqa’ l-fatt li dan l-obbligu jista’ jirriżulta, jekk ikun il-każ b’mod impliċitu, mill-fatt li, skont ir-regoli dwar il-FAEGG u l-Fond, huma l-Istati membri li għandhom jorganizzaw sistema effikaċi ta’ kontroll u ta’ sorveljanza (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 29 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:221">EU:C:2005:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080424">24 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-418/06 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:247">EU:C:2008:247</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090904">4 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>L-Awstrija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑368/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:305">EU:T:2009:305</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw l-oneru tal-prova fil-qasam tal-clearance tal-kontijiet, hija l-Kummissjoni li, sabiex tagħti prova tal-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-PAK, għandha mhux turi b’mod eżawrjenti l-insuffiċjenza tal-kontrolli mwettqa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali jew l-irregolarità taċ-ċifri mibgħuta minnhom, iżda għandha tippreżenta prova tad-dubju serju u raġonevoli li hija għandha fir-rigward ta’ dawn il-kontrolli jew ta’ dawn iċ-ċifri. Dan it-tnaqqis tar-rekwiżit tal-prova għall-Kummissjoni jispjega ruħu mill-fatt li huwa l-Istat Membru li qiegħed fl-aħjar pożizzjoni sabiex jiġbor u jivverifika d-data neċessarja għall-clearance tal-kontijiet tal-Fond (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010111">11 ta’ Jannar 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Greċja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑247/98</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:4">EU:C:2001:4</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090701">1 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑259/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:232">EU:T:2009:232</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Greċja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 28 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:418">EU:T:2012:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-ġestjoni tal-finanzjament tal-Fond hija bbażata prinċipalment fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali inkarigati milli jiżguraw li jkun hemm osservanza stretta tar-regoli tal-Unjoni. Din is-sistema, ibbażata fuq il-fiduċja bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Unjoni, ma tinvolvi l-ebda kontroll sistematiku min-naħa tal-Kummissjoni, li, barra minn hekk, huwa materjalment impossibbli għall-Kummissjoni li tiżgura kontroll bħal dan. L-Istat Membru biss jinsab f’pożizzjoni li jkun jaf u jiddetermina bi preċiżjoni d-data neċessarja għat-tfassil tal-kontijiet tal-Fond, filwaqt li l-Kummissjoni ma tgawdix mill-qrubija neċessarja sabiex tikseb l-informazzjoni li hija għandha bżonn mingħand l-aġenti ekonomiċi (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981001">1 ta’ Ottubru 1998</DATE>, <NAME.CASE>L-Irlanda vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-238/96</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:451">EU:C:1998:451</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il-Greċja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/03</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:426">EU:C:2005:426</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121017">17 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑491/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:550">EU:T:2012:550</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa l-Istat Membru li għandu jipproduċi l-iktar prova ddettaljata u eżawrjenti tat-twettiq tal-verifiki jew taċ-ċifri tiegħu u eventwalment tal-ineżattezza tal-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Greċja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 28 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:418">EU:T:2012:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Istat Membru kkonċernat, min-naħa tiegħu, ma jistax jinvalida l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni mingħajr ma jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu permezz ta’ elementi li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll affidabbli u operattiva. Fejn dan ma jasalx li juri li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni huma ineżatti, dawn ikunu jikkostitwixxu elementi li jistgħu jqajmu dubji serji fir-rigward tal-implementazzjoni ta’ korp xieraq u effikaċi ta’ miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991028">28 ta’ Ottubru 1999</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑253/97</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:527">EU:C:1999:527</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 28 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:251">EU:C:2003:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑197/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:348">EU:T:2011:348</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Greċja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 28 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:418">EU:T:2012:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati l-motivi mressqa mir-Repubblika Taljana insostenn tar-rikors sa fejn dan jirrigwarda ż-żewġ kategoriji ta’ korrezzjonijiet finanzjarji applikati fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">2. Fuq il-motiv dwar il-korrezzjoni eżatta fir-rigward tad-determinazzjoni u tal-pagament tad-drittijiet speċjali previsti bl-Artikoli 47 u 48 tar-Regolament Nru 1782/2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ssostni li hija applikat b’mod korrett l-Artikoli 43 u 48 tar-Regolament Nru 1782/2003 fis-sitwazzjonijiet kollha ta’ trasferiment jew ta’ suċċessjoni tad-drittijiet għall-pagament minn agrikoltur lil ieħor, imsemmija mid-deċiżjoni kkontestata. Fil-fehma tagħha, dawn id-drittijiet għall-pagamenti speċjali ġew ikkalkolati b’mod korrett billi nżammew separati, minn naħa, l-ammont ta’ referenza tal-attività ta’ trobbija u, min-naħa l-oħra, id-drittijiet għall-pagamenti marbuta maż-żoni. Is-sistema ta’ distribuzzjoni mill-ġdid ta’ dawn id-drittijiet hija allegatament kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni peress li din tosserva r-rekwiżit tat-traċċabbiltà tad-drittijiet għall-pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-Repubblika Taljana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, fil-punt 4.16 tar-rikors, ir-Repubblika Taljana ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>minħabba ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ proporzjonalità, ta’ legalità, ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi, kif ukoll ta’ obbligu ta’ motivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. Għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-prinċipji u tal-obbligu allegatament miksura, ir-Repubblika Taljana ma tinvoka ebda argumentazzjoni, lanqas sommarja. B’mod partikolari, sa fejn jinvoka l-assenza ta’ motivazzjoni kompleta u xierqa tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma jindika l-punti li fir-rigward tagħhom ma ngħatatx motivazzjoni u mingħajr ma jippreċiża l-punti ta’ liġi u ta’ fatt li ħtieġu żviluppi addizzjonali, ir-rikors ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura, b’mod li dawn id-diversi lmenti għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Mote vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑345/05</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:440">EU:T:2008:440</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li għandu jiġi kkunsidrat li, permezz ta’ dan l-ilment, ir-Repubblika Taljana essenzjalment tinvoka ksur tal-Artikoli 47 u 48 tar-Regolament Nru 1782/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitqies li l-evalwazzjoni ta’ dan l-ilment tirrigwarda biss il-fondatezza tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003 mogħtija mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, moqrija flimkien mad‑dokumenti prodotti quddiem il-proċedura amministrattiva. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-iskambji matul is-seduta, il-partijiet ma jaqblux dwar kif din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Il-korrezzjoni preċiża ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">1860259.60</FT> applikata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, minħabba d-determinazzjoni u l-għoti mhux dovuti ta’ drittijiet għall-pagamenti speċjali, ma kinitx suġġetta għal konċiljazzjoni minn qabel u, għaldaqstant, ebda spjegazzjoni ma hija mogħtija dwar dan is-suġġett fir-rapport ta’ sinteżi. Għan-nuqqas li bih hija kkritikata r-Repubblika Taljana ngħataw spjegazzjonijiet fl-ittri tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE> u tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE> (ara l-punti 12 u 14 iktar ’il fuq). Dan jikkonċerna, minn naħa, l-allokazzjoni tad-drittijiet speċjali meta jkun hemm drittijiet li jirriżultaw min-ngħaġ u mill-baqar u miż-żoni u, min-naħa l-oħra t-tqassim tad-drittijiet speċjali li jirriżultaw mis-settur taż-żejt, għas-snin ta’ talba 2006 sa 2009. F’dawn l-ittri, il-Kummissjoni tikkritika lill-awtoritajiet Taljani li ma wettqux ġestjoni tajba ta’ dawn is-sitwazzjonijiet ta’ kumulu tad-drittijiet għall-għajnuna. Is-sitwazzjonijiet imsemmija b’dan l-ilment huma deskritti kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jekk agrikoltur bi drittijiet speċjali mogħtija abbażi tal-perijodu ta’ referenza rċieva, mingħand agrikoltur ieħor (permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ wirt) xi ettari ta’ art u l-ammonti korrispondenti qabel l-ewwel sena ta’ implementazzjoni tas-sistema ta’ pagament uniku, il-valur tad-drittijiet speċjali tiegħu ma tqassamx mill-awtoritajiet Taljani bejn id-drittijiet normali (sa EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>);</P></ITEM><ITEM><P>jekk agrikoltur bi drittijiet speċjali mogħtija abbażi tal-perijodu ta’ referenza rċieva ammonti li jirriżultaw mill-primjum bovin mingħajr ettari korrispondenti mingħand agrikoltur ieħor (permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ wirt) qabel l-ewwel sena ta’ implementazzjoni tas-sistema ta’ pagament uniku, il-valur tad-drittijiet speċjali riċevuti ma ġiex allokat mill-awtoritajiet Taljani lid-drittijiet normali tiegħu (sa EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003 kienet teħtieġ l-allokazzjoni tad-drittijiet speċjali lid-drittijiet normali sal-limitu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> għal kull ettaru u, sussegwentement li l-bqija jiġu allokati lid-drittijiet speċjali. Hija qieset, matul il-proċedura amministrattiva kollha, li d-drittijiet għall-pagamenti addizzjonali (speċjali) għal ammont ta’ inqas minn EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> ma kellhomx jintużaw b’mod awtonomu fir-rigward tal-pagament uniku, iżda kellhom jiġu allokati lid-drittijiet normali għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt għall-pagament għal kull ettaru, b’dan il-kalkolu jikkonsisti f’li l-pagamenti riċevuti matul il-perijodu ta’ referenza jinqasmu fuq l-ettari li kkontribwixxew sabiex dawn jiġu ġġenerati bħallikieku dawn l-ettari kienu kkontribwixxew ukoll sabiex il-pagamenti addizzjonali (sal-limitu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>) jiġu ġġenerati. Għall-kuntrarju, billi żammew distinti d-drittijiet normali u d-drittijiet speċjali (mingħajr ebda tqassim mill-ġdid), l-awtoritajiet Taljani allegatament ħolqu iktar drittijiet speċjali u, konsegwentement, ikkalkolaw li hemm inqas drittijiet normali ta’ referenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, ir-Repubblika Taljana rrikonoxxiet li fil-prattika tbiegħdet mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni, kif sostnut mill-Kummissjoni. Hija ssostni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[l]-Artikoli 43 u 48 ġew applikati fuq il-parti tal-ammonti ta’ referenza ta’ kull agrikoltur ċedent u fuq l-agrikoltur ċessjonarju għall-parti tal-ammonti riżultanti mill-attività agrikola ta’ dan tal-aħħar, b’teħid inkunsiderazzjoni li kull wieħed kellu dritt għal pagamenti diretti matul il-perijodu ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>l-awtoritjiet Taljani ddeċidew li ma […] jagħmlux [distribuzzjoni mill-ġdid tad-drittijiet għall-pagamenti sepeċjali] biss fil-każijiet fejn is-somma tal-ammonti ta’ referenza kollha […] kienet twassal għal ammont unitarju, għal kull ettaru, ta’ iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Skont din, din l-applikazzjoni hija wkoll konformi mal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003, li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tad-deroga prevista mill-Artikolu 47 għar-regola ġenerali stabbilita bl-Artikolu 43 tal-istess regolament, hija bilfors interpretazzjoni stretta (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011213">13 ta’ Diċembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Heininger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-481/99</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:684">EU:C:2001:684</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar l-għan ġenerali mfittex mir-Regolament Nru 1782/2003, jiġifieri l-implementazzjoni tas-sistema ta’ pagament uniku. Fid-dawl ta’ interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet adjaċenti, din id-dispożizzjoni tapplika għall-agrikoltur li jkun ibbenefika minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>pagamenti li jagħtu dritt [għal] drittijiet għall-pagament suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> imsemmija fl-Artikolu 47 tal-imsemmi regolament u li, matul il-perijodu ta’ referenza, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ma kellhux ettari kif imsemmija fl-Artikolu 43 [tal-istess regolament]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pagament uniku jew li l-ammont tad-dritt tiegħu għal kull ettaru huwa ta’ iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>. Dan l-agrikoltur, li, jew ma għandux ettari, jew inkella għandu ettari li d-dritt tagħhom għal kull ettaru jaqbeż l-EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>, għandu dritt a) għall-pagament ugwali għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ammont ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (ta’ bażi) tiegħu korrispondenti għall-pagamenti diretti li minnhom huwa bbenefika matul il-perijodu medju ta’ tliet snin u (b) għall-pagamenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>għal kull EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> jew parti mill-ammont ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (jiġifieri l-pagamenti speċjali) li minnhom ibbenefika matul il-perijodu medju ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-pagamenti speċjali jiġu allokati lill-ammont ta’ referenza għal kull ettaru sal-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> u, minn dak il-limitu, jikkostitwixxu dritt għall-pagament (speċjali) iktar. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 jipprevedi li l-ammonti li dan jelenka għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ikunu inklużi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fl-ammont ta’ referenza taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 48 tal-istess regolament. Mill-Artikolu 47 tar-Regolament Nru 1782/2003 jirriżulta wkoll li, mill-2007, u b’deroga mill-Artikoli 33, 43 u 44 tal-istess regolament, l-ammonti li jirriżultaw mill-primjum għall-prodotti tal-ħalib u mill-pagamenti addizzjonali (previsti fl-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament Nru 1782/2003) ser ikunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>inklużi f[is-]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>sistema ta’ pagament uniku skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 48 u 50. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni rilevanti tistabbilixxi l-prinċipju ta’ kumulu tal-pagamenti li jirriżultaw mid-diversi titoli f’pagament uniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana għaldaqstant bi żball issostni li mill-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003 jirriżulta obbligu li l-pagamenti kollha li jirriżultaw minn diversi drittijiet jinżammu separati. Barra minn hekk, ir-riferiment għall-Artikolu 49 tal-imsemmi regolament, kif sar fir-rikors, ma jistax jappoġġja iktar it-teżi mressqa mir-Repubblika Taljana. Din id-dispożizzjoni, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kondizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u li tirrigwarda d-drittijiet għall-ħlasijiet speċjali, tipprevedi deroga mill-Artikolu 36(1) u mill-Artikolu 44(1) tal-istess regolament sa fejn agrikoltur li jkollu tali drittijiet għall-pagament li għalihom huwa ma kellux ettari matul il-perijodu ta’ referenza huwa awtorizzat jidderoga mill-obbligu li jipprovdi numru ta’ ettari eliġibbli ekwivalenti għan-numru ta’ drittijiet. Din id-deroga hija suġġetta għall-kundizzjoni li tinżamm tal-inqas 50 % tal-attività agrikola li l-agrikoltur kien jeżerċita matul il-perijodu ta’ referenza, espressa f’unitajiet ta’ bhejjem (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>livestock units<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma tipprevedi ebda metodu alternattiv ta’ determinazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti speċjali, u lanqas ebda obbligu li l-pagamenti li jirriżultaw mid-diversi drittijiet jinżammu separati. Fil-fatt, l-Artikolu 49(3) tar-Regolament Nru 1782/2003 jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>d-drittijiet għall-pagament determinati skond l-Artikolu 48 m’għandhomx ikunu mibdula<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitwarrab l-argument, li jinsab fil-punt 32 tar-replika, li jgħid li l-ammonti msemmija mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003 huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>miżjuda<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> mal-ammont ta’ referenza. Fil-fatt, tqabbil tad-diversi verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 47(1) ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari l-verżjoni Taljana, dik Ingliża u dik Ġermaniża, jikkonferma t-tifsira tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>inklużi [fi]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>sono inclusi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>; <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>included in<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>; <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>in die Berechnung des Referenzbetrags aufgenommen<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>). Fi kwalunkwe każ, matul is-seduta, ir-Repubblika Taljana rrinunzjat għal dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjoni li, minn naħa, il-metodu ta’ determinazzjoni tad-drittijiet użat mill-awtoritajiet Taljani ma wassalx għal differenzi fil-valur globali tad-drittijiet għall-pagament mogħtija lill-agrikolturi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna d-d 0rittijiet speċjali, l-obbligu ta’ żamma tal-unitajiet ta’ bhejjem inżamm skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 1782/2003, din ma tistax tintlaqa’. Peress li dan ir-regolament ippreveda metodu speċifiku tal-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament għal dawn il-finijiet u sabiex tiġi żgurata r-regolarità tad-drittijiet allokati fl-Istati Membri kollha, ir-Repubblika Taljana kienet obbligata tapplikah.<?PAGE NO="7"?> Mill-analiżi ta’ hawn fuq jirriżulta li l-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003 huwa ta’ natura obbligatorja u ma jipprevedi ebda marġni ta’ diskrezzjoni għall-Istat Membru. Konsegwentement, ir-Repubblika Taljana ma tistax tippretendi li l-metodu alternattiv tagħha huwa daqstantieħor effikaċi, li kapaċi jipprevjeni l-frodi jew li saħansitra huwa iktar favorevoli għall-agrikoltur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 44 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:192">EU:C:2002:192</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070328">28 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-220/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:97">EU:T:2007:97</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>L-istess jgħodd f’dak li jikkonċerna l-argument li l-azzjoni tal-awtoritajiet Taljani ma kkawżat ebda riskju għall-Fond. Għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika Taljana għadha ma pproduċietx prova ta’ natura li tikkontesta l-kalkolu, mid-dipartimenti tal-Kummissjoni, tal-ammonti eżatti li jesponu lill-Fond għal riskju. Fil-fatt jirriżulta, minn naħa, mill-minuti tal-laqgħa bilaterali tat-<DATE ISO="20110208">8 ta’ Frar 2011</DATE> u, min-naħa l-oħra, mill-ittra tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, li l-awtoritajiet Taljani, abbażi ta’ metodoloġija approvata mill-Kummissjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ipprovdew il-kalkolu li jindika r-riskju reali għall-Fond li jirriżulta mill-applikazzjoni inkorretta tal-Artikoli 43 u 48 tar-Regolament Nru 1782/2003, li jikkorrispondi għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">1813699.96</FT> għal erba’ snin<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li l-Kummissjoni ma indikatx l-effetti konkreti li jirriżultaw mill-applikazzjoni inkorretta tal-Artikoli 43 u 48 tar-Regolament Nru 1782/2003 mill-awtoritajiet Taljani, dan ukoll għandu jitwarrab. Bħall-kunsiderazzjonijiet li jidhru fil-punt 31 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta element ta’ dubju serju u mhux turi li r-riskji ġew fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u b’mod partikolari dawk li jinsabu fil-punti 89 u 90 hawn fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 1782/2003 difiża mir-Repubblika Taljana tmur kontra kemm il-formulazzjoni tiegħu kif ukoll kontra l-istruttura tiegħu. Peress li l-argumenti kollha tagħha ġew miċħuda, hemm lok li dan il-motiv imqajjem mir-Repubblika Taljana, dwar il-korrezzjoni eżatta li tirrigwarda d-determinazzjoni u l-pagament tad-drittijiet speċjali, jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.DECISION.ECR><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Frimodt Nielsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dehousse</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’seduta bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></DECISION.ECR>