|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1395 |
16.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1395
tal-15 ta’ Lulju 2025
li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwida, bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għall-modifika ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-bażi tal-L-liżina, likwida, ġiet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/997 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex toħroġ opinjoni dwar jekk l-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwida, bħala addittiv tal-għalf tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jekk it-termini ta’ dik l-awtorizzazzjoni jiġu modifikati. Il-modifika tikkonsisti fiż-żieda ta’ razza ġdida tal-produzzjoni, Corynebacterium glutamicum NRRL B-68248. Mhux kif previst fl-awtorizzazzjoni attwali, l-addittiv prodott b’dik ir-razza l-ġdida tal-produzzjoni mhuwiex maħsub biex jintuża fl-ilma tax-xorb. Flimkien mat-talba, intbagħtet id-data ta’ sostenn rilevanti. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-4 ta’ Lulju 2024 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika ġenetika fir-razza tal-produzzjoni Corynebacterium glutamicum NRRL B-68248 ma tqajjem l-ebda tħassib dwar is-sikurezza. Ma nstabet l-ebda ċellola vijabbli jew DNA tar-razza tal-produzzjoni fil-prodott finali. Għalhekk, il-prodott finali ma joħloq l-ebda tħassib dwar is-sikurezza fir-rigward tar-razza tal-produzzjoni. Il-bażi tal-L-liżina prodotta b’Corynebacterium glutamicum NRRL B-68248 ma tirrappreżentax riskju għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi jew għall-ambjent. L-Awtorità qieset li l-addittiv la huwa irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn, u lanqas huwa sensitizzatur tal-ġilda. Il-bażi tal-L-liżina, likwida, prodotta b’Corynebacterium glutamicum NRRL B-68248 hija meqjusa bħala sors effikaċi tal-aċidu amminiku essenzjali L-liżina għall-ispeċijiet tal-annimali mhux ruminanti. Biex is-supplimentazzjoni tal-L-liżina tkun effikaċi fir-ruminanti daqskemm hi fl-ispeċijiet mhux ruminanti, tkun teħtieġ protezzjoni kontra d-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma dehrilhiex li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-bażi tal-L-liżina, likwida, tkun għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 meta jiġu mmodifikati t-termini tal-awtorizzazzjoni biż-żieda tar-razza l-ġdida tal-produzzjoni Corynebacterium glutamicum NRRL B-68248. Barra minn hekk, mhuwiex meħtieġ li jiġu previsti miżuri protettivi biex jiġu l-evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv li jkun prodott b’Corynebacterium glutamicum NRRL B-68248, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Awtorità tal-4 ta’ Lulju 2024. |
|
(6) |
Sabiex ikun hemm iktar kontroll, jenħtieġ li jingħata numru tal-identifikazzjoni ġdid lill-bażi tal-L-liżina, likwida, prodotta b’Corynebacterium glutamicum NRRL B-68248, peress li mhijiex awtorizzata li tintuża fl-ilma tax-xorb, għall-kuntrarju ta’ dak previst fl-awtorizzazzjoni attwali tal-addittiv. |
|
(7) |
L-addittiv, bażi tal-L-liżina, likwida, tikkonsisti minn preparat fil-forma ta’ soluzzjoni milwiema li fiha minimu ta’ 50 % ta’ L-liżina bħala s-sustanza attiva. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tal-addittiv jenħtieġ li tispeċifika b’mod espliċitu li tikkonċerna preparat. F’dan ir-rigward, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997 jipprevedi li l-bażi tal-L-liżina, likwida, tista’ titqiegħed fis-suq u tintuża bħala addittiv f’għamla ta’ preparat, iżda dan bi żball ma ġiex rifless kif xieraq fit-termini tal-awtorizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997 jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(8) |
Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ta’ negozju tal-għalf maħluqa mill-iżball tan-nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-addittiv, bażi tal-L-liżina, likwida, bħala preparat, jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu tranżizzjonali biex dawk l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw għall-korrezzjoni introdotta b’dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-metodu analitiku stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997 dwar il-kwantifikazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwida, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf jirreferi għad-dispożizzjonijiet ta’ anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (4). Madankollu, minħabba l-emendi li saru lir-Regolament (KE) Nru 152/2009, ir-referenza għal tali dispożizzjonijiet speċifiċi ma għadhiex xierqa. Meta jitqies li r-Regolament (KE) Nru 152/2009 xorta jista’ jkun is-suġġett ta’ emendi futuri bbażati fuq l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-metodu analitiku rilevanti jenħtieġ li jirreferi biss għar-Regolament (KE) Nru 152/2009 kollu kemm hu. Għall-istess raġuni, ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 152/2009 jenħtieġ li tiġi adattata b’mod simili fir-rigward tal-metodu analitiku għall-addittiv monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur u l-addittiv sulfat tal-L-liżina, li huma inklużi wkoll fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni u emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf, bażi tal-L-liżina, likwida, bin-numru tal-identifikazzjoni 3c320, prodotta b’Corynebacterium glutamicum NRRL B-67439 jew b’Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535, kif awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/997, u l-premixxeli li fihom dan l-addittiv, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsubin għall-annimali li mhumiex intiżi għall-produzzjoni tal-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/997 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwidu, tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 90, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/997/oj).
(3) EFSA Journal, 22(7), e8950. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8950.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1). ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/152/oj.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
||||||||||||||||||||||||||||
|
3c320 |
bażi tal-L-liżina, likwida |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparat tal-L-liżina b’kontenut minimu ta’ 50 % ta’ L-liżina - Soluzzjoni milwiema --------------------------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-liżina prodotta mill-fermentazzjoni b’Corynebacterium glutamicum NRRL B-67439 jew Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535 Formula kimika: NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH Numru CAS: 56-87-1 ----------------------------------- Metodi analitiċi (1): Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fil-premixxeli li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:
|
L-ispeċijiet kollha |
- |
- |
- |
|
30.7.2030 |
||||||||||||||||||||
|
3c320ii |
bażi tal-L-liżina, likwida |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparat tal-L-liżina b’kontenut minimu ta’ 50 % ta’ L-liżina - Soluzzjoni milwiema --------------------------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-liżina prodotta mill-fermentazzjoni b’Corynebacterium glutamicum NRRL B-68248 Formula kimika: NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH Numru CAS: 56-87-1 ----------------------------------- Metodi analitiċi (1): Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fil-premixxeli li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha |
- |
- |
- |
|
30.7.2030 |
||||||||||||||||||||
|
3c322 |
monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Trab tal-monoidroklorur tal-L-liżina b’minimu ta’ 78 % ta’ L-liżina u kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 1,5 %. ----------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Monoidroklorur tal-L-liżina prodott mill-fermentazzjoni bi Corynebacterium glutamicum NRRL-B-67439 jew Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535 jew Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266. Formula kimika: NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH Numru CAS: 657-27-2 Metodi analitiċi (1): Għall-identifikazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fil-premixxeli li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:
|
L-ispeċijiet kollha |
- |
- |
- |
|
30.7.2030 |
||||||||||||||||||||
|
3c325 |
Sulfat tal-L-liżina |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Granulat b’kontenut minimu ta’ L-liżina ta’ 52 % u b’kontenut massimu ta’ 24 % ta’ sulfat. ----------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Sulfat tal-L-liżina prodott mill-fermentazzjoni b’Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266 Formula kimika: C12H28N4O4•H2SO4/[NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH]2SO4 Numru CAS: 60343-69-3 ----------------- Metodi analitiċi (1): Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fil-premixxeli li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:
Għall-identifikazzjoni tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:
|
L-ispeċijiet kollha |
- |
- |
10 000 |
|
30.7.2030 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1395/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)