1989R3164 — MT — 01.01.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3164/89

tat-23 ta’ Ottubru 1989

li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati miżuri speċjali rigward iż-żerriegħa tal-qanneb

(ĠU L 307, 24.10.1989, p.22)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3587/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992

  L 364

26

12.12.1992

►M2

COMMISSION REGULATION (EC) No 1913/2006 of 20 December 2006 (*)

  L 365

52

21.12.2006



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3164/89

tat-23 ta’ Ottubru 1989

li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati miżuri speċjali rigward iż-żerriegħa tal-qanneb



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3698/88 ta’ l-24 ta’ Novembru 1988 li jistabbilixxi miżuri speċjali għaż-żerriegħa tal-qanneb ( 1 ), u b’mod partikolari Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi, skond Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1496/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-konċessjoni ta’ għajnuna liż-żerriegħa tal-qanneb ( 2 ), l-Istati Membri jridu jdaħħlu arranġamenti tal-kontroll li bihom ikun possibbli li jiġi verifikat jekk iż-żona mogħtija għaż-żerriegħa tal-qanneb li rigward tagħha tiġi ssottomessa applikazzjoni għall-għajnuna taqbilx ma’ dik miżrugħa u maħsuda u jekk jintlaħqux il-ħtiġiet stabbiliti rigward il-kontenut tas-sustanzi intossikanti; billi, għal dan il-għan, il-produtturi kollha jridu jissottomettu applikazzjonijiet għall-għajnuna fejn jagħtu ċertu tagħrif minimu li jippermetti din il-verifika; billi għandha ssir dispożizzjoni sabiex din il-verifika tiġi kondotta b’mod partikolari b’kontroll tat-teħid tal-kampjuni fuq il-post b’numru rappreżentattiv biżżejjed ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna; billi, għall-istess għan, għandhom jiġu speċifikati l-partikolaritajiet li jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri;

Billi għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għalbiex ikopru l-każijiet tad-dikjarazzjonijiet foloz mill-produtturi;

Billi, sabiex tiġi ssimplifikata l-ħidma ta’ l-iskema, għandu jiġi provdut illi l-Istati Membri jridu japplikaw sistema li tixbah lil dik istitwita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1164/89 tat-28 ta’ April 1989 li tistabbilixxi regoli ddettaljati li jirrigwardaw il-għajnuna għall-fibra tal-kittien u tal-qanneb ( 3 );

Billi għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi għall-ħlas tal-għajnuna;

Billi l-okkażjoni operattiva li toħloq l-intitolament tiġri meta l-qanneb jiġi prodott; billi, mdankollu, huwa diffiċli ħafna li tiġi stabbilita d-data eżatta tal-produzzjoni ta’ lott partikolari; billi l-esperjenza wriet illi l-produzzjoni tkun kważi tlestiet għal kollox l-iktar tard matul ix-xahar ta’ Awissu ta’ kull sena; billi, sabiex tiġi żgurata l-ħidma uniformi ta’ l-ishma tal-għajnuna, ir-rata tal-kambju wżata sabiex tikkalkola l-ammonti tal-għajnuna fil-munita nazzjonali għandha tkun ir-rata li tapplika fl-aħħar ta’ dan ix-xahar;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘ġabra indikattiva’ tfisser il-ġabra għal kull ettaru ta’ żerriegħa tal-qanneb iffissata, matul sena tas-suq partikolari, rigward żona omoġenja tal-poduzzjoni jew iktar.

2.  Meta tiġi ffissata l-ġabra indikattiva, għandhom jitqiesu l-ġabriet li jkunu rappreżentattivi tax-xejra ġenerali żvelata mill-kontrolli tat-teħid tal-kampjuni mwettqa mill-Istati Membri fiż-żoni prinċipali tal-produzzjoni.

Dawn il-kontrolli bit-teħid tal-kampjuni għandhom jiġu kondotti fuq l-azjendi u għandhom ikollhom x’jaqsmu ma’ perċentwal rappreżentattiv taż-żoni mħawla bil-qanneb, filwaqt li titqies id-distribuzzjoni ġeografika ta’ dawn iż-żoni.

3.  Skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 136/66 ( 4 ) għandhom jiġu stabbiliti żona ta’ produzzjoni omoġenja jew iktar kull sena wara l-ħsad b’riferiment għall-fatturi li jinfluwenzaw il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni, u fuq il-bażi b’mod partikolari ta’ dawk ir-reġjuni li huma rappreżentattivi rigward iż-żoni maħsuda.

Artikolu 2

1.  Il-għajnuna għandha tiġi konċessa biss rigward iż-żoni:

(a) li t-totalità tagħhom tkun ġiet miżrugħa u maħsuda; u

(b) li rigward tagħhom ikunu ġew sottomessi:

— dikjarazzjoni dwar iż-żoni miżrugħa skond Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1164/89,

— applikazzjoni għall-għajnuna skond Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; u

(ċ) li, minkejja Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, huma eliġibbli għal għajnuna kif provduta f’Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1308/70 ( 5 ).

2.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jikkonċedi l-għajnuna rigward il-qanneb maħsud fit-territorju tiegħu.

▼M1

3.  L-Artikolu 5(1), l-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1164/89 u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3569/92 ( 6 ) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1164/89 għandhom jgħoddu għall-għajnuna għaż-żerriegħa tal-qanneb.

▼B

Artikolu 3

1.  L-applikazzjonijiet għall-għajnuna kif riferit f’Artikolu 2 għandhom mill-inqas jinkludu l-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) iż-żona li fiha ġiet maħsuda ż-żerriegħa;

(b) jekk twettqet it-tneħħija taż-żerriegħa mid-dikjarant: il-kwantità ta’ żerriegħa maħsuda u l-post fejn din iż-żerriegħa nħażnet jew, jekk kienet mibjugħa jew kunsinnata, il-kunjom, l-isem/ismijiet u l-indirizz tal-bejjiegħ, flimkien ma’ l-ammonti kunsinnati;

(ċ) jekk it-tneħħija taż-żerriegħa ma twettqitx mid-dikjarant: il-post fejn ikun maħżun it-tiben tal-qanneb jew, jekk kienet mibjugħa jew kunsinnata, il-kunjom, l-isem/ismijiet u l-indirizz tal-bejjiegħ, flimkien ma’ l-ammonti ta’ tiben kunsinnati.

2.  Jekk l-applikazzjoni għall-għajnuna ma jkunx fiha l-partikolaritajiet speċifikati fil-paragrafu 1, id-dikjarant irid jibgħathom lill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu taż-żmien stabbilit għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna.

▼M2

Article 4

The operative event for the exchange rate applicable to the aid shall be that referred to in Article 2(2) of Commission Regulation (EC) No 1913/2006 ( 7 ).

▼B

Artikolu 5

1.  Għall-għan tal-kontrolli provduti f’Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1496/89, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post bit-teħid tal-kampjuni dwar it-twettiq tal-ħidmiet normali li għandhom x’jaqsmu mal-ħsad taż-żerriegħa tal-qanneb. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fuq mill-inqas 5 % ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, filwaqt li titqies id-distribuzzjoni ġeografika taż-żoni interessati. Il-għan tagħhom għandu jkun b’mod partikolari li jiġi vverifikat jekk il-qanneb ġiex maqlugħ jew maqtugħ biss wara l-formazzjoni kompleta taż-żerriegħa.

Meta jinħolqu irregolaritajiet sinifikanti li jkollhom x’jaqsmu ma’ 6 % jew iktar tal-kontrolli mwettqa, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufiħ u għandhom jiddikjaraw x’miżuri ġew adottati.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu minn għand dawk li jkabbru kull dokument meqjus meħtieġ.

2.  Jekk kontroll kif ipprovvdut f’dan il-paragrafu 1 juri illi ż-żona li rigward tagħha jkun hemm applikazzjoni għall-għajnuna hija:

(a) inqas minn dik aċċertata matul il-kontroll, għandha tintuża ż-żona aċċertata;

(b) ikbar minn dik aċċertata matul il-kontroll, mingħajr preġudizzju għal kull penali provduta skond il-liġijiet nazzjonali u d-dispożizzjonijiet tal-punt (ċ), għandha tiġi aċċertata ż-żona wżata mnaqqsa bid-differenza bejn iż-żona li għaliha tkun ġiet magħmula applikazzjoni u dik aċċertata, għajr meta d-differenza tkun meqjusa ġustifikata mill-Istat Membru interessat; f’dan l-aħħar każ għandha tintuża ż-żona aċċertata;

(ċ) ikbar minn dik aċċertata matul il-kontroll u jekk, għall-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni fil-kwistjoni, iż-żoni indikati fid-dikjarazzjoni jew fl-applikazzjonijiet ikunu ġew imnaqqsa matul l-istess sena tas-suq jew dik ta’ qabilha skond Artikoli 7 jew 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1164/89 jew skond il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament, għajr fejn id-differenza titqies ġustifikata mill-Istat Membru interessat, l-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi rifjutata.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan il-paragrafu.

Artikolu 6

L-Istati Membri produtturi għandhom iħallsu l-għajnuna qabel il-31 ta’ Marzu wara t-tmiem tas-sena tas-suq.

Artikolu 7

1.  Qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena l-Istati Membri produtturi għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni biż-żoni maħsuda, bil-kwantitajiet taż-żerriegħa indikati fl-applikazzjonijiet sottomessi għall-għajnuna u bir-riżultat ta’ kull wieħed mill-kontrolli bit-teħid tal-kampjuni riferit f’Artikolu 1(2).

2.  L-Istati Membri produtturi għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, l-iktar tard sat-tmiem tax-xahar ta’ wara dak li fih ikun ġie effettwat il-ħlas tal-għajnuna għal kull sena tas-suq, biż-żoni li rigward tagħhom tkun ġiet imħallsa l-għajnuna.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika b’effett mis-sena tas-suq 1989/90.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 325, tad-29.11.1988, p. 2.

( 2 ) ĠU L 148, ta’ l-1.6.1989, p. 3.

( 3 ) ĠU L 121, tad-29.4.1989, p. 4.

( 4 ) ĠU 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

( 5 ) ĠU L 146, ta’ l-4.7.1970, p. 1.

( 6 ) ĠU L 362, 12.12.1992, p. 49.

( 7 ) OJ L 365, 21.12.2006, p. 52.