<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0700681701.case.xml"><NO.CASE>C-171/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008J0171</NO.CELEX><NO.SEQ>0011.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-6843</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-6868</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100708">8.7.2010</DATE> — KAWŻA C-171/08</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-PORTUGALL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-171/08,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE, ippreżentat fil-<DATE ISO="20080421">21 ta’ April 2008</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn E. Montaguti u M. Teles Romão kif ukoll minn P. Guerra e Andrade, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża</HT>, irrappreżentata minn L. Inez Fernandes, bħala aġent, assistit minn M. Gorjão Henriques, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-6844"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano (Relatur), President tal-Awla, E. Levits, M. Ilešič, M. Safjan u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Repubblika Portugiża, billi żammet f’Portugal Telecom SGPS SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>PT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) drittijiet speċjali favur l-Istat u entitajiet pubbliċi oħra, mogħtija flimkien ma’ azzjonijiet preferenzjali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>golden shares<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) tal-Istat f’PT, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 KE u 43 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6845"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(3) tal-liġi qafas dwar il-privatizzazzjonijiet (Lei Quadro das Privatizaçoes), tal-<DATE ISO="19900405">5 ta’ April 1990</DATE> (Diário da República, serje I, Nru 80, tal-<DATE ISO="19900405">5 ta’ April 1990</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>LQP<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jipprovdi għall-possibbiltà li jinħolqu azzjonijiet preferenzjali bil-kliem li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-istrument leġiżlattiv imsemmi fl-Artikolu 4(1) (li japprova l-istatuti tal-impriża li ser tiġi pprivatizzata jew li ser tiġi ttrasformata f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata) jista’ jipprovdi wkoll, b’mod eċċezzjonali, meta raġunijiet ta’ interess nazzjonali jeżiġu dan, għall-eżistenza ta’ azzjonijiet preferenzjali intiżi biex jibqgħu proprjetà tal-Istat u li, indipendentement min-numru tagħhom, jagħtuh dritt ta’ veto fuq l-emendi fl-istatuti u deċiżjonijiet oħra li jirrigwardaw qasam speċifiku, debitament iddefinit fl-istatuti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6846"?><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 44/95, tat-<DATE ISO="19950222">22 ta’ Frar 1995</DATE>, dwar l-ewwel fażi tal-privatizzazzjoni, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>F’każ li l-istatuti ta’ [PT] jipprovdu għall-eżistenza ta’ azzjonijiet mogħnija bi drittijiet speċjali, minbarra azzjonijiet b’dividend prijoritarju, il-maġġoranza ta’ dawn l-azzjonijiet għandhom ta’ bilfors jinżammu mill-Istat jew minn azzjonisti pubbliċi oħra.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-istatuti ta’ PT</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Mill-proċess jirriżulta li, skont l-Artikolu 4(2) tal-istatuti ta’ PT, il-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija huwa kompost minn <FT TYPE="NUMBER">1025800000</FT> azzjonijiet ordinarji u minn 500 azzjoni tal-kategorija A.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) tal-istatuti ta’ PT, il-maġġoranza tal-azzjonijiet tal-kategorija A għandhom jinżammu mill-Istat jew minn azzjonarji pubbliċi oħra u jġibu magħhom ċerti privileġġi, fil-forma ta’ drittijiet speċjali, imsemmija fl-Artikoli 14(2) u 19(2) tal-imsemmija statuti.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Dawn l-aħħar dispożizzjonijiet jelenkaw l-imsemmija drittijiet speċjali kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>mill-inqas terz tan-numru totali ta’ amministraturi, inkluż il-president tal-bord tad-diretturi, għandhom jiġu eletti b’maġġoranza tal-voti mogħtija lill-azzjonisti li jaqgħu taħt il-kategorija A, jiġifieri bil-voti tal-Istat u tal-azzjonisti pubbliċi l-oħra;</P></ITEM><?PAGE NO="I-6847"?><ITEM><P>fost il-ħames jew is-seba’ membri tal-kumitat eżekuttiv magħżul minn fost il-bord tad-diretturi, wieħed jew tnejn minn dawn il-membri rispettivament għandhom jiġu eletti bil-maġġoranza tal-voti mogħtija lill-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-kategorija A;</P></ITEM><ITEM><P>il-ħatra ta’ mill-inqas wieħed mill-amministraturi eletti sabiex jieħu ħsieb speċifikament ċerti kwistjonijiet amministrattivi għandha, sabiex tiġi approvata, tikseb il-maġġoranza tal-voti mogħtija lill-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-kategorija A;</P></ITEM><ITEM><P>l-ebda deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali dwar is-suġġetti elenkati iktar ’il quddiem ma tista’ tiġi approvata kontra l-maġġoranza tal-voti li jikkorrispondu għall-azzjonijiet tal-kategorija A:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-allokazzjoni tal-bilanċ tas-sena finanzjarja;</P></ITEM><ITEM><P>l-emendi tal-istatuti u ż-żieda fil-kapital;</P></ITEM><ITEM><P>il-limitazzjoni jew it-tneħħija tad-dritt preferenzjali;</P></ITEM><ITEM><P>l-iffissar ta’ kundizzjonijiet għaż-żieda fil-kapital;</P></ITEM><ITEM><P>il-ħruġ ta’ obbligazzjonijiet jew titoli oħra u l-iffissar tal-valur ta’ dawk li jista’ jawtorizza l-bord tad-diretturi, kif ukoll il-limitazzjoni jew it-tneħħija tad-dritt preferenzjali meta jinħarġu obbligazzjonijiet li jistgħu jiġu kkonvertiti f’azzjonijiet u l-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ obbligazzjonijiet ta’ dan it-tip mill-bord tad-diretturi;</P></ITEM><?PAGE NO="I-6848"?><ITEM><P>it-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat f’post ieħor fit-territorju nazzjonali;</P></ITEM><ITEM><P>l-approvazzjoni tal-akkwist ta’ numru ta’ azzjonijiet ordinarji li jaqbeż 10 % tal-kapital azzjonarju minn azzjonisti li jeżerċitaw attività li tikkompeti mal-attivitajiet eżerċitati minn kumpanniji kkontrollati minn PT;</P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>il-maġġoranza tal-voti li jikkorrispondu għall-azzjonijiet tal-kategorija A hija wkoll neċessarja fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-għanijiet ġenerali u tal-prinċipji fundamentali tal-politiki ta’ PT kif ukoll tad-definizzjoni tal-prinċipji ġenerali tal-politika fil-qasam tal-holdings f’kumpanniji jew fi gruppi, ta’ akkwisti u ta’ trasferimenti, fil-każ li tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-laqgħa ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Sa mill-1992, is-settur tat-telekomunikazzjonijiet Portugiż għadda minn proċess vast ta’ ristrutturar li wassal, fl-1994, għall-ħolqien ta’ PT, kumpannija holding ta’ ġestjoni ta’ holdings li nħolqot wara li ngħaqdu diversi impriżi b’kapital kompletament pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ PT beda fl-1995. Dan sar f’ħames fażijiet suċċessivi, fil-kuntest ta’ skema stabbilita mil-LQP.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6849"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19950804">4 ta’ Awwissu 1995</DATE>, meta l-Istat Portugiż kellu 54.2 % tal-kapital azzjonarju ta’ PT, ġew adottati l-istatuti ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-tmiem tal-ħames fażi ta’ privatizzazzjoni, inbiegħu l-holdings pubbliċi f’PT kollha, minbarra 500 azzjoni tal-kategorija A li skont l-Artikolu 5(1) tal-istatuti ta’ PT jġibu magħhom drittijiet speċjali u li, skont l-Artikolu 20(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 44/95 il-maġġoranza tagħhom hija tal-Istat jew ta’ kumpanniji azzjonarji pubbliċi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20051219">19 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Portugiża li permezz tagħha akkużatha li kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 KE u 43 KE minħabba li l-Istat u azzjonarji pubbliċi oħra kellhom azzjonijiet preferenzjali mogħnija bi drittijiet speċjali fil-kapital azzjonarju ta’ PT.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li r-risposta mogħtija mir-Repubblika Portugiża fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE> ma kinitx sodisfaċenti, fl-<DATE ISO="20060410">10 ta’ April 2006</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet lil dan l-Istat Membru opinjoni motivata fejn talbitu jikkonforma magħha f’terminu ta’ xahrejn li jibda jiddekorri min-notifika tal-imsemmija opinjoni. Ir-Repubblika Portugiża rrispondiet b’ittra tal-<DATE ISO="20060724">24 ta’ Lulju 2006</DATE>, fejn ikkontestat in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu akkużata bih.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni qieset li r-Repubblika Portugiża ma kinitx adottat il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mal-opinjoni motivata, hija ddeċidiet, għalhekk, li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6850"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, ir-Repubblika Portugiża tikkontesta, preliminarjament, l-ammissibbiltà tar-rikors abbażi ta’ żewġ motivi. L-ewwel nett, hija tqis li l-Kummissjoni, billi ma inkludietx fil-proċess la t-testi leġiżlattivi u lanqas l-istatuti ta’ PT li jinkludu d-dispożizzjonijiet li jikkonkretizzaw in-nuqqas akkużata bih, din ma osservatx ir-regoli dwar l-oneru tal-prova u għalhekk ibbażat ir-rikors tagħha fuq sempliċi preżunzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>It-tieni nett, hija ssostni li r-rikors huwa parzjalment inammissibbli inkwantu l-Kummissjoni inkludiet fir-rikors tagħha allegazzjonijiet ġodda li ma kinux jinsabu fl-opinjoni motivata u, għalhekk, estendiet is-suġġett tal-kawża kif iddefinit fil-fażi prekontenzjuża tal-proċedura. Ir-Repubblika Portugiża tirreferi, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, għar-regoli tal-istatut li bis-saħħa tagħhom l-Istat għandu influwenza ikbar fir-rigward tal-għażla tal-membri tal-kumitat eżekuttiv jew għandu setgħat speċjali bħad-dritt ta’ veto fuq id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ assi importanti, l-għaqda ma’ kumpanniji oħrajn u t-tibdil fil-proprjetà tal-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-allegazzjonijiet kollha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6851"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-oneru tal-prova, hija ssostni, essenzjalment, li, sa fejn hija r-Repubblika Portugiża li hija akkużata bil-ksur, u mhux PT, il-prova tal-ksur hija marbuta pjuttost mal-aġir tal-imsemmi Stat Membru milli mal-istatuti ta’ PT. Għalhekk, ma huwiex neċessarju li l-Kummissjoni tipproduċi l-imsemmija statuti sabiex tipprova n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat. Fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika Portugiża ammettiet hi stess, sa mir-risposta għall-ittra ta’ intimazzjoni, l-eżistenza tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija statuti, kif ukoll tad-drittijiet speċjali tal-Istat previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet, u kkontestat preċiżament abbażi tagħhom il-ksur li hija akkużata bih.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-allegata estensjoni tas-suġġett tal-kawża, il-Kummissjoni ssostni li l-fażi istruttorja tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hija intiża sabiex tirriċerka punti ta’ fatt u ta’ liġi eventwali li huma biżżejjed sabiex issostni s-suspetti ta’ ksur u mhux sabiex tittratta b’mod eżawrjenti u ddettaljat, il-punti kollha li jikkostitwixxu n-nuqqas. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li hija setgħet, fil-fażi prekontenzjuża, tillimita ruħha sabiex tinvoka, b’mod ġenerali, is-setgħat speċjali tal-Istat f’PT u sussegwentement tippreċiża, fir-rikors, il-kontenut ta’ dawn il-kontestazzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-ewwel eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, għandu jiġi rrilevat immedjatament li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE, hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi l-eżistenza tan-nuqqas allegat, tippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja il-provi neċessarji sabiex din tkun tista’ tivverifika l-eżistenza tal-imsemmi nuqqas, mingħajr ma tibbaża ruħha fuq ebda preżunzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/01" PAGE.ECR="I-13239" YEAR="2003">C-434/01, Ġabra p. I-13239</REF.DOC.ECR>, punt 21, u tal-<DATE ISO="20070614">14 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/05" PAGE.ECR="I-4713" YEAR="2007">C-342/05, Ġabra p. I-4713</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6852"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Issa, għalkemm huwa minnu li l-Kummissjoni ma annettietx mar-rikors tagħha t-test komplet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti kif ukoll tal-istatuti ta’ PT, xorta jibqa’ l-fatt li, kemm fir-rikors kif ukoll fl-opinjoni motivata annessa miegħu, il-Kummissjoni rriproduċiet u spjegat diversi drabi l-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija leġiżlazzjoni u tal-imsemmija statuti, li fuqhom hija bbażat ir-rikors tagħha għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 27 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Gvern Portugiż qatt ma kkontesta l-eżistenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll il-kontenut tagħhom, hekk kif deskritt mill-Kummissjoni kemm waqt il-fażi prekontenzjuża kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Kuntrarjament, dan il-Gvern ikkonferma li, preċiżament abbażi ta’ dawn it-testi, l-Istat Portugiż kellu azzjonijiet preferenzjali f’PT mogħnija bi drittijiet speċjali invokati mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qari tat-testi integrali tal-istatuti ta’ PT, ippreżentati mill-partijiet wara talba espressa tal-Qorti tal-Ġustizzja, ippermetta li tiġi kkonstatata l-verità tal-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija statuti u tad-drittijiet speċjali miżmuma mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq sempliċi preżunzjonijiet mingħajr ma pprovdiet provi neċessarji li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa n-nuqqas li hija akkużata bih ir-Repubblika Portugiża.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6853"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, is-suġġett ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, skont l-Artikolu 226 KE, huwa stabbilit mill-opinjoni motivata tal-Kummissjoni, b’mod li r-rikors għandu jkun ibbażat fuq l-istess raġunijiet u motivi bħal din l-opinjoni (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20051208">8 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-33/04" PAGE.ECR="I-10629" YEAR="2005">C-33/04, Ġabra p. I-10629</REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, din l-eżiġenza ma tistax tkun tali li timponi, fi kwalunkwe ipoteżi, qbil perfett bejn l-ilmenti esposti fid-dispożittiv tal-opinjoni motivata u t-talbiet tar-rikors, sakemm is-suġġett tal-kawża, hekk kif stabbilit fl-opinjoni motivata, ma jkunx ġie estiż jew mibdul (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-433/03" PAGE.ECR="I-6985" YEAR="2005">C-433/03, Ġabra p. I-6985</REF.DOC.ECR>, punt 28, u tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-484/04" PAGE.ECR="I-7471" YEAR="2006">C-484/04, Ġabra p. I-7471</REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni la estendiet u lanqas bidlet is-suġġett tal-kawża hekk kif stabbilit fl-opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li fid-dispożittiv tal-opinjoni motivata kif ukoll fit-talbiet tar-rikors, il-Kummissjoni indikat b’mod ċar li kienet qegħda takkuża lir-Repubblika Portugiża bin-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 56 KE minħabba li l-Istat u azzjonisti pubbliċi oħra kellhom azzjonijiet preferenzjali mogħnija bi drittijiet speċjali f’PT.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li l-Kummissjoni, fir-rikors tagħha, spjegat f’iktar dettall l-ilmenti li kienet diġà invokat b’mod ġenerali fl-ittra ta’ intimazzjoni u fl-opinjoni motivata, billi rreferiet għal drittijiet speċjali oħra li kellu l-Istat Portugiż f’PT, ma biddilx is-suġġett tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat u għalhekk ma għandu l-ebda effett fuq il-portata tal-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/00" PAGE.ECR="I-14189" YEAR="2003">C-185/00, Ġabra p. I-14189</REF.DOC.ECR>, punti 84 sa 87).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6854"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, it-tieni eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mir-Repubblika Portugiża għandha tiġi miċħuda wkoll, u, għalhekk, ir-rikors tal-Kummissjoni għandu jiġi ddikjarat ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 56 KE u 43 KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Qabelxejn, skont il-Kummissjoni, il-ħolqien ta’ azzjonijiet preferenzjali f’PT ma jirriżultax minn applikazzjoni normali tad-dritt tal-kumpanniji u, fi kwalunkwe każ, jikkostitwixxi miżura tal-Istat li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li l-azzjonijiet preferenzjali inkwistjoni, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-awtoritajiet Portugiżi, ma jistgħux jiġu kkunsidrati li għandhom natura purament privata. Fil-fatt, minkejja li d-drittijiet speċjali li jiġu magħhom huma previsti biss fl-istatuti ta’ PT, mhux biss dawn l-istatuti ġew adottati fi żmien meta l-Istat Portugiż kellu l-kontroll tal-kumpannija, imma għandhom jiġu kkunsidrati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-LQP kif ukoll tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 44/95. Issa, minn dawn it-testi leġiżlattivi jirriżulta li l-maġġoranza tal-imsemmija azzjonijiet preferenzjali għandhom jingħataw lill-Istat u jibqgħu proprjetà tal-Istat, peress li dawn ma humiex trasferibbli, kuntrarjament għall-azzjonijiet preferenzjali tad-dritt privat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6855"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-għoti tal-azzjonijiet preferenzjali lill-Istat ma jistax jaħrab mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 56 KE u 43 KE, skont l-Artikolu 295 KE, li jipprovdi li t-Trattat KE għandu jkun bla ebda preġudizzju għas-sistema ta’ proprjetà fl-Istati Membri. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020604">4 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/98" PAGE.ECR="I-4731" YEAR="2002">C-367/98, Ġabra p. I-4731</REF.DOC.ECR>, punt 48, u tal-<DATE ISO="19990601">1 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Konle, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-302/97" PAGE.ECR="I-3099" YEAR="1999">C-302/97, Ġabra p. I-3099</REF.DOC.ECR>, punt 38), l-Istati Membri ma jistgħux, sabiex jiġġustifikaw limiti għal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat li jirriżultaw mis-sistema ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva dwar impriżi pprivatizzati, jeċċepixxu s-sistemi ta’ proprjetà tagħhom. Issa, sa fejn id-drittijiet speċjali inkwistjoni jagħtu lill-proprjetarji tagħhom drittijiet ta’ veto għal diversi deċiżjonijiet li PT għandha tadotta, huma jistabbilixxu tali sistema ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni essenzjalment issostni li d-detenzjoni mill-Istat Portugiż, ta’ drittijiet speċjali f’PT tostakola l-investimenti diretti kif ukoll il-portafolli ta’ investiment f’din il-kumpannija u, għalhekk, tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital kif ukoll għal-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>B’mod partikolari, dawn id-drittijiet speċjali jillimitaw il-possibbiltà għall-azzjonarji, li jipparteċipaw b’mod effettiv fil-ġestjoni u fil-kontroll tal-imsemmija kumpannija skont il-proporzjon tal-valur tal-azzjonijiet li jkollhom u jċaħħduhom mill-poter li jieħdu deċiżjonijiet strateġiċi, bħal dawk li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-bejgħ ta’ assi importanti, il-bdil sinjifikattiv tal-istatuti, l-għaqda ma’ kumpanniji oħrajn u l-bdil ta’ proprjetà tal-impriża. Barra minn hekk, tali drittijiet speċjali jistgħu jostakolaw ix-xiri ta’ holdings ta’ kontroll f’PT, li huwa wkoll inkompatibbli mal-Artikolu 43 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirreleva wkoll li r-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-drittijiet speċjali miżmuma mir-Repubblika Portugiża f’PT ma jistgħu jiġu ġġustifikati bl-ebda għanijiet invokati mill-awtoritajiet nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6856"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tan-neċessità invokata mill-awtoritajiet Portugiżi li tiġi żgurata d-disponibbiltà tan-netwerk ta’ telekomunikazzjonijiet f’każ ta’ kriżi, ta’ gwerra jew ta’ terroriżmu, il-Kummissjoni tqis li, kuntrarjament għal dak li teħtieġ il-ġurisprudenza u, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20030513">13 ta’ Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-463/00" PAGE.ECR="I-4581" YEAR="2003">C-463/00, Ġabra p. I-4581</REF.DOC.ECR>, punti 71 u 72), dawn l-awtoritajiet ma wrewx l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>theddida reali u suffiċjentement gravi, li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, li tista’ tiġġustifika l-azzjonijiet inkwistjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà u ta’ ordni pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-Repubblika Portugiża li jgħid li, peress li PT żammet il-ġesjoni tan-netwerks tal-kejbil u tan-netwerks tar-ram kif ukoll l-attivitajiet kollha bl-ingrossa u bl-imnut, iż-żamma ta’ drittijiet speċjali tal-Istat f’PT hija meħtieġa sabiex jiġi ggarantit ċertu livell ta’ kompetizzjoni fuq is-suq tat-telekomunikazzjonijiet. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, tali argument iwassal għas-sitwazzjoni paradossali fejn ksur tad-dritt Komunitarju jiġi ġġustifikat bi ksur ieħor ta’ dan l-istess dritt, jiġifieri dak li, f’dan il-każ, jikkonsisti fl-invokazzjoni tar-restrizzjonijiet ikkontestati għal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-Repubblika Portugiża filwaqt li tagħmel referenza għall-ħtieġa li tevita tfixkil fis-suq tal-kapital, il-Kummissjoni tfakkar il-ġurisprudenza, u b’mod partikolari s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata iktar ’il fuq, (punt 52), li tgħid li motivi ta’ natura ekonomika ma jistgħux jiġġustifikaw ostakoli pprojbiti mit-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li, fi kwalunkwe każ, ir-restrizzjonijiet inkwistjoni jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, l-eżerċizzju tad-drittijiet speċjali marbuta mal-azzjonijiet ta’ kategorija A ma huwiex suġġett għall-ebda kundizzjoni, ħlief għal dik intiża sabiex tali drittijiet jintużaw biss meta jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess ġenerali. Issa, anki fl-ipoteżi li l-għanijiet invokati minn dan<?PAGE NO="I-6857"?> l-Istat Membru huma leġittimi, il-fatt li tingħatalu setgħa daqshekk diskrezzjonali jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tikkontesta n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat billi ssostni, qabel xejn, li l-azzjonijiet inkwistjoni huma azzjonijiet preferenzjali tad-dritt privat li ma jistgħux jitqabblu ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>golden shares<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Fil-fatt, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 44/95 jillimita ruħu sabiex jipprovdi l-possibbiltà li jiġu previsti, fl-istatuti ta’ PT, azzjonijiet preferenzjali, mingħajr ma jimponi li jinħolqu. Konsegwentement, dawn l-azzjonijiet jeżistu fuq volontà tal-kumpannija stess u mhux tal-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-awtoritajiet Portugiżi jsostnu li d-detenzjoni ta’ drittijiet speċjali minn azzjonisti tikkostitwixxi dritt fundamentali, karatteristika tad-dritt privat jew tad-dritt tal-kumpanniji kummerċjali, li barra minn hekk hija bbażata fuq l-Artikolu 295 KE. Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tissalvagwardja l-imsemmija drittijiet, u dan anki meta l-proprjetarji tagħhom ikunu entitajiet pubbliċi. Insostenn ta’ dan l-argument, dawn l-awtoritajiet ifakkru li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tikkostitwixxi interess leġittimu ta’ natura li jiġġustifika, bħala regola, restrizzjoni għall-obbligi imposti mid-dritt Komunitarju (sentenza tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Laval un Partneri, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/05" PAGE.ECR="I-11767" YEAR="2007">C-341/05, Ġabra I-11767</REF.DOC.ECR>, punti 91 sa 93).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Portugiża ssostni, sussidjarjament, li, anki fl-ipoteżi li l-eżistenza tal-azzjonijiet preferenzjali inkwistjoni hija imputabbli lill-Istat, madankollu hija ma tistax tikkostitwixxi restrizzjoni pprojbita fis-sens tal-Artikoli 56 KE u 43 KE, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmija azzjonijiet ma jikkostitwixxux miżura tal-Istat li għandha l-għan li tirregola l-iskambji jew li tfixkel il-moviment liberu tas-servizzi jew tal-kapital. Għalhekk, dan l-Istat Membru jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra l-applikazzjoni għall-każ inkwistjoni tal-loġika abbażi tas-sentenza tal-<DATE ISO="19931124">24 ta’ Novembru 1993</DATE>, Keck u Mithouard (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-267/91+C-268/91" PAGE.ECR="I-6097" YEAR="1993">C-267/91 u C-268/91, Ġabra p. I-6097</REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, fid-dawl tal-fatt li dan huwa każ ta’ sistemi nondiskriminatorji ta’ ġestjoni tal-holdings fil-kumpannija, u mhux ta’ metodi ta’ akkwist ta’ dawn<?PAGE NO="I-6858"?> il-holdings, l-ebda ksur tal-moviment liberu tal-kapital jew tal-libertà ta’ stabbiliment ma huwa possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Portugiżi jenfasizzaw ukoll li, anki fl-ipoteżi li l-eżistenza ta’ drittijiet speċjali f’PT tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-trattat u invokati mill-Kummissjoni, tali restrizzjoni hija ġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Din il-ġustifikazzjoni hija bbażata, minn naħa, fuq il-fatt li PT hija proprjetarja tal-parti l-kbira tal-infrastruttura ta’ trasport u tad-diffużjoni tat-telekomunikazzjonijiet, peress li d-detenzjoni ta’ dawn id-drittijiet speċjali tirrispondi għal raġunijiet ta’ sigurtà u ta’ ordni pubbliku sabiex tiggarantixxi l-prestazzjoni tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni f’każ ta’ kriżi, ta’ gwerra, ta’ terroriżmu, ta’ riskji naturali kif ukoll ta’ tipi oħra ta’ theddid. F’dan ir-rigward, l-imsemmi Stat Membru jippreċiża li, kuntrarjament għall-interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, il-ġustifikazzjoni marbuta ma’ tali raġunijiet ma hijiex ikkundizzjonata mill-eżistenza ta’ theddida attwali għal interess fundamentali tas-soċjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-restrizzjoni inkwistjoni hija wkoll iġġustifikata min-neċessità li jiġi żgurat ċertu livell ta’ kompetizzjoni fuq is-suq tat-telekomunikazzjonijiet, kif ukoll minn dik li jiġi evitat eventwali tfixkil fuq is-suq tal-kapital, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont ir-Repubblika Portugiża, id-drittijiet speċjali mogħtija lill-Istat huma proporzjonati fid-dawl tal-għanijiet li jipprovaw jilħqu. Fil-fatt, dawn id-drittijiet huma limitati għal sitwazzjonijiet partikolari u definiti minn qabel u ma humiex differenti minn sistema ta’ oppożizzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>. Konsegwentement, inħolqot sistema li tista’ titqabbel ma’ dik li kienet is-suġġett tas-sentenza tal-<DATE ISO="20020604">4 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Beljġu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-503/99" PAGE.ECR="I-4809" YEAR="2002">C-503/99, Ġabra p. I-4809</REF.DOC.ECR>), sistema li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat kompatibbli mat-Trattat.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6859"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 56 KE</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar, li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 56(1) KE jipprojbixxi b’mod ġenerali r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-kapital bejn l-Istati Membri (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20060928">28 ta’ Settembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282/04+C-283/04" PAGE.ECR="I-9141" YEAR="2006">C-282/04 u C-283/04, Ġabra p. I-9141</REF.DOC.ECR>, punt 18 u ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fin-nuqqas, fit-Trattat, ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>moviment tal-kapital<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fis-sens tal-Artikolu 56(1) KE, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet valur indikattiv lin-nomenklatura tal-movimenti ta’ kapital li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE>, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat [KE, artikolu li ġie abrogat bit-Trattat ta’ Amsterdam] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, li b’mod partikolari jikkostitwixxu moviment tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 56(1) KE, b’mod partikolari, l-investimenti msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>diretti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jiġifieri, l-investimenti taħt forma ta’ holding f’impriża permezz ta’ detenzjoni ta’ azzjonijiet li jagħtu l-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni u l-kontroll tagħha, kif ukoll l-investimenti msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>portafolli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jiġifieri l-investimenti taħt forma ta’ xiri ta’ titoli fis-suq tal-kapital li jsir bl-unika intenzjoni li jsir investiment finanzjarju mingħajr l-intenzjoni li ssir<?PAGE NO="I-6860"?> influwenza fuq il-ġestjoni u l-kontroll tal-impriża (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, iċċitata iktar ’il fuq, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ forom ta’ investimenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li għandhom jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>restrizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-Artikolu 56(1) KE miżuri nazzjonali li jistgħu jipprojbixxu jew jillimitaw ix-xiri ta’ azzjonijiet fl-impriżi kkonċernati jew li jistgħu jiddiswadu l-investituri minn Stati Membri oħra milli jinvestu fil-kapital tagħhom (ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata iktar ’il fuq, punti 45 u 46; tal-<DATE ISO="20020604">4 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-483/99" PAGE.ECR="I-4781" YEAR="2002">C-483/99, Ġabra p. I-4781</REF.DOC.ECR>, punt 40; tat-<DATE ISO="20030513">13 ta’ Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, punti 61 u 62; tat-<DATE ISO="20030513">13 ta’ Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-98/01" PAGE.ECR="I-4641" YEAR="2003">C-98/01, Ġabra p. I-4641</REF.DOC.ECR>, punti 47 u 49; tat-<DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/04" PAGE.ECR="I-4933" YEAR="2005">C-174/04, Ġabra p. I-4933</REF.DOC.ECR>, punti 30 u 31, kif ukoll Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika Portugiża tikkontesta n-natura ta’ miżura tal-Istat tal-miżura inkwistjoni fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti, billi ssostni n-natura privata tal-azzjonijiet preferenzjali inkwistjoni li l-introduzzjoni tagħhom fl-istatuti ta’ PT, tirriżulta biss mill-volontà ta’ din il-kumpannija u mhux tal-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li huwa minnu li l-LQP u d-Digriet Leġiżlattiv Nru 44/95 jillimitaw ruħhom sabiex jaċċettaw il-possibbiltà li jkun hemm azzjonijiet preferenzjali fl-istatuti ta’ PT u li huwa preċiżament bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-istatuti ta’ din il-kumpannija, skont din il-leġiżlazzjoni, li dawn l-azzjonijiet ġew introdotti u mogħtija lill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt li, kif ġie kkonfermat mill-awtoritajiet Portugiżi stess waqt is-seduta, l-imsemmija dispożizzjonijiet ġew adottati fl-<DATE ISO="19950404">4 ta’ April 1995</DATE>, jiġifieri mhux biss immedjatament wara l-adozzjoni tal-imsemmi Digriet-Liġi, imma aktar u aktar fi żmien meta r-Repubblika Portugiża kellha holding ta’ maġġoranza fil-kapital azzjonarju ta’ PT u kienet teżerċita kontroll fuq din il-kumpannija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6861"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi kkunsidrat li hija r-Repubblika Portugiża stess li, minn naħa, fil-kwalità tagħha ta’ leġiżlatur, li awtorizzat il-ħolqien ta’ azzjonijiet preferenzjali fi ħdan PT u, min-naħa l-oħra, fil-kwalità tagħha ta’ awtorità pubblika, iddeċidiet, skont l-Artikolu 15(3) tal-LQP u tal-Artikolu 20(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 44/95, li tintroduċi azzjonijiet preferenzjali f’PT, li tagħtihom lill-Istat u li tiddefinixxi d-drittijiet speċjali li jġibu magħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat ukoll li, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-ħolqien tal-imsemmija azzjonijiet preferenzjali ma jirriżultax minn applikazzjoni normali tad-dritt tal-kumpanniji inkwantu l-azzjonijiet preferenzjali previsti f’PT, b’deroga għall-Kodiċi Portugiż tal-Kumpanniji Kummerċjali, huma intiżi sabiex jibqgħu l-proprjetà tal-Istat u għalhekk ma jistgħux jiġu trasferiti.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għalhekk, il-ħolqien tal-imsemmija azzjonijiet preferenzjali għandu jiġi kkunsidrat li huwa imputabbli lill-Istat u, għalhekk, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tan-natura restrittiva tas-sistema ta’ detenzjoni ta’ azzjonijiet preferenzjali tal-Istat f’PT, prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali flimkien mal-istatuti tal-imsemmija kumpannija, għandu jiġi kkonstatat li tali sistema tista’ tiddiswadi l-operaturi ta’ Stati Membri oħra milli jinvestu fil-kapital ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6862"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont din is-sistema, l-approvazzjoni ta’ numru kunsiderevoli ta’ deċiżjonijiet importanti li jikkonċernaw lil PT, elenkati fil-punt 6 ta’ din is-sentenza u li jikkonċernaw kemm ix-xiri ta’ holdings li jeċċedu l-10 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpannija kif ukoll il-ġestjoni tagħha, tiddependi mill-ftehim tal-Istat Portugiż peress li, kif jeħtieġu l-istatuti ta’ PT, dawn id-deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu approvati mingħajr il-maġġoranza tal-voti mogħtija lill-azzjonijiet tal-kategorija A.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi ppreċiżat ukoll li tali maġġoranza hija meħtieġa b’mod partikolari għal kull deċiżjoni ta’ emenda tal-istatuti ta’ PT, b’mod li l-influwenza tal-Istat Portugiż tista’ titnaqqas biss jekk dak l-Istat jagħti l-kunsens tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għalhekk, id-detenzjoni mill-Istat Portugiż ta’ dawn l-azzjonijiet preferenzjali, sa fejn tagħti lil dan l-Istat influwenza fuq il-ġestjoni ta’ PT li ma hijiex iġġustifikata mid-daqs tal-holding li għandu f’din il-kumpannija, tista’ tiskoraġġixxi l-operaturi ta’ Stati Membri oħra milli jagħmlu investimenti diretti f’PT inkwantu ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fil-ġestjoni u fil-kontroll ta’ din il-kumpannija skont il-proporzjon tal-holding tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-112/05" PAGE.ECR="I-8995" YEAR="2007">C-112/05, Ġabra p. I-8995</REF.DOC.ECR>, punti 50 sa 52).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Bl-istess mod, id-dispożizzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi inkwistjoni jista’ jkollha effett dissważiv fuq il-portafolli ta’ investiment f’PT sa fejn eventwali rifjut tal-Istat Portugiż li japprova deċiżjoni importanti, ippreżentata mill-organi tal-kumpannija kkonċernata bħala li tirrispondi għall-interess tagħha, huwa, fil-fatt, suxxettibbli li jkollu effett fuq il-valur tal-azzjonijiet tal-imsemmija kumpannija u, għaldaqstant, fuq kemm ikun attraenti investiment f’tali azzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6863"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi kkunsidrat li d-detenzjoni mill-Istat Portugiż tal-azzjonijiet preferenzjali inkwistjoni tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 56(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni ma tistax tiġi mminata bl-argumenti invokati mill-awtoritajiet Portugiżi bbażati fuq l-applikabbiltà għall-każ inkwistjoni tal-Artikolu 295 KE kif ukoll tal-allegata loġika abbażi tas-sentenza Keck u Mithouard, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 295 KE li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[...] it-Trattat għandu jkun bla ebda preġudizzju għas-sistema ta’ proprjetà fl-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-imsemmi artikolu ma għandux l-effett li s-sistemi ta’ proprjetà eżistenti fl-Istati Membri jaħarbu mir-regoli fundamentali tat-Trattat u għalhekk, ma jistax jiġi invokat sabiex jiġġustifika ostakoli għal-libertajiet previsti mit-Trattat, li jirriżultaw mill-privileġġi li minnhom l-Istati Membri jiksbu l-pożizzjoni ta’ azzjonisti f’impriża privatizzata (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tas-sentenza Keck u Mithouard, iċċitata iktar ’il fuq, għandu jiġi rrilevat li l-miżuri inkwistjoni ma humiex analogi għal-leġiżlazzjonijiet li jikkonċernaw il-metodi ta’ bejgħ li din is-sentenza kkunsidrat li jaħarbu mid-dominju tal-applikazzjoni tal-Artikolu 28 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-imsemmija sentenza, l-applikazzjoni għal prodotti li joriġinaw fi Stati Membri oħra ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw jew jipprojbixxu, fuq it-territorju tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, ċerti metodi ta’ bejgħ, ma hijiex suxxettibbli li tfixkel il-kummerċ bejn l-Istati Membri, sakemm, fl-ewwel lok, ikunu japplikaw għall-operaturi kollha kkonċernati li jeżerċitaw l-attività tagħhom fuq it-territorju nazzjonali u, fit-tieni lok, li jaffettwaw bl-istess mod, kemm fil-liġi kif ukoll fil-fatt, il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti nazzjonali u ta’ dawk li joriġinaw minn<?PAGE NO="I-6864"?> Stati Membri oħra. Ir-raġuni għal dan hija li ma hijiex ta’ natura li tipprojbixxi l-aċċess ta’ dawn tal-aħħar għas-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni jew li tfixklu iktar milli tfixkel l-aċċess għall-prodotti nazzjonali (sentenza tal-<DATE ISO="19950510">10 ta’ Mejju 1995</DATE>, Alpine Investments, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-384/93" PAGE.ECR="I-1141" YEAR="1995">C-384/93, Ġabra p. I-1141</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għalkemm huwa minnu li r-restrizzjonijiet inkwistjoni japplikaw mingħajr distinzjoni kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li ma humiex residenti, madankollu għandu jiġi kkonstatat li dawn jaffettwaw is-sitwazzjoni tax-xerrej ta’ holding bħala tali u għalhekk huma ta’ natura li jiddiswadu l-investituri ta’ Stati Membri oħra milli jagħmlu tali investimenti u, għaldaqstant, li jikkondizzjonaw l-aċċess għas-suq (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Wara din il-preċiżazzjoni, għandu għalhekk jiġi eżaminat jekk, u jekk ikun il-każ, f’liema kundizzjonijiet ir-restrizzjoni inkwistjoni tista’ tiġi aċċettata abbażi ta’ ġustifikazzjonijiet invokati mir-Repubblika Portugiża.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita sew, miżuri nazzjonali li jillimitaw il-moviment liberu tal-kapital jistgħu jiġu ġġustifikati permezz tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 58 KE jew permezz ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, sakemm ikunu jistgħu jiggarantixxu t-twettiq tal-għan intiż tagħhom u ma jkunux imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, punti 72 u 73 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Qabel xejn, fir-rigward tal-ġustifikazzjonijiet ibbażati fuq raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, invokati mill-awtoritajiet Portugiżi, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-interess li jiġu salvagwardjati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fuq suq partikolari ma jistax jikkostitwixxi ġustifikazzjoni valida<?PAGE NO="I-6865"?> għar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-kapital (sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punti 36 u 37, kif ukoll tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, C-274/06, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Bl-istess mod, f’dak li jikkonċerna n-neċessità li jiġi evitat eventwali tfixkil fis-suq tal-kapital, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, skont il-Kummissjoni, li dan l-għan jaqa’ taħt wieħed mill-motivi ta’ natura ekonomika li, skont ġurisprudenza stabbilita, ma jistgħux jiġġustifikaw restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tad-derogi permessi mill-Artikolu 58 KE, ma jistax jiġi miċħud li l-għan invokat mill-awtoritajiet Portugiżi li tiġi ggarantita s-sigurtà tad-disponibbiltà tan-netwerk ta’ telekomunkazzjonijiet f’każ ta’ kriżi, ta’ gwerra jew ta’ terroriżmu tista’ tikkostitwixxi raġuni ta’ sigurtà pubblika (ara, b’analoġija, fir-rigward tal-provvista ta’ enerġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38) u tiġġustifika, eventwalment, ostakolu għal-libertà ta’ moviment tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, huwa paċifiku li l-eżiġenzi ta’ sigurtà pubblika għandhom, b’mod partikolari bħala deroga mill-prinċipju fundamentali ta’ moviment liberu tal-kapital, jiġu interpretati b’mod strett, b’mod li l-portata tagħhom ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata unilateralment minn kull wieħed mill-Istati Membri mingħajr kontroll tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. B’hekk, is-sigurtà pubblika tista’ tiġi invokata biss f’każ ta’ theddida reali u suffiċjentement gravi, li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20000314">14 ta’ Marzu 2000</DATE>, Église de scientologie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-54/99" PAGE.ECR="I-1335" YEAR="2000">C-54/99, Ġabra p. I-1335</REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Issa, peress li r-Repubblika Portugiża llimitat ruħha sabiex tinvoka l-imsemmi motiv mingħajr ma tippreċiża r-raġunijiet għalfejn hija tqis li d-detenzjoni mill-Istat ta’<?PAGE NO="I-6866"?> azzjonijiet preferenzjali tippermetti li jiġi evitat tali attakk għal interess fundamentali tas-soċjetà, f’dan il-każ ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sigurtà pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ eżawriment, fir-rigward tal-proporzjonalità tar-restrizzjoni inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat li l-eżerċizzju tad-drittijiet speċjali li tagħti d-detenzjoni ta’ azzjonijiet preferenzjali f’PT lill-Istat Portugiż ma huwiex suġġett għall-ebda kundizzjoni jew ċirkustanza speċifika u oġġettiva, u dan kuntrarjament għal dak li jaffermaw l-awtoritajiet nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm l-Artikolu 15(3) tal-LQP jipprovdi li l-ħolqien ta’ azzjonijiet preferenzjali f’PT jagħtu setgħat speċjali lill-Istati, dan huwa suġġett għall-kundizzjoni, li hija fformulata b’mod pjuttost ġenerali u impreċiż, li raġunijiet ta’ interess ġenerali jeħtieġu dan, madankollu xorta għandu jiġi kkonstatat li la din il-liġi u lanqas l-istatuti ta’ PT ma jistabbilixxu kriterji fir-rigward taċ-ċirkustanzi fejn l-imsemmija setgħat speċjali jistgħu jiġu eżerċitati.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għalhekk, tali inċertezza tikkostitwixxi attakk gravi għal-libertà ta’ moviment tal-kapital peress li tikkonferixxi lill-awtoritajiet nazzjonali, f’dak li jikkonċerna r-rikors għal tali setgħat, marġni ta’ diskrezzjoni daqstant diskrezzjonali, li din il-marġni ma tistax tiġi kkunsidrata li hija proporzjonata meta mqabbla mal-għanijiet mixtieqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20090326">26 ta’ Marzu 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-326/07" PAGE.ECR="I-2291" YEAR="2009">C-326/07, Ġabra p. I-2291</REF.DOC.ECR>, punti 51 u 52).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Konsegwentement għandu jiġi kkonstatat li, billi żammet f’PT drittijiet speċjali bħal dawk previsti fl-istatuti tal-imsemmija kumpannija favur l-Istat u entitajiet pubbliċi oħra, mogħtija flimkien ma’ azzjonijiet preferenzjali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>golden shares<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) tal-Istat f’PT, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6867"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 43 KE</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob ukoll li jiġi kkonstatat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li għandha r-Repubblika Portugiża taħt l-Artikolu 43 KE, minħabba li d-detenzjoni ta’ azzjonijiet preferenzjali tal-Istat f’PT tista’ tfixkel holdings ta’ kontroll f’din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, sa fejn il-miżuri nazzjonali inkwistjoni jinkludu restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment, tali restrizzjonijiet huma l-konsegwenza diretta tal-ostakoli għall-moviment liberu tal-kapital eżaminati iktar ’il fuq, li ma tistax tkun separata minnhom. Għalhekk, peress li diġà ġie kkonstatat ksur tal-Artikolu 56(1) KE, ma huwiex neċessarju li jiġu eżaminati b’mod separat il-miżuri inkwistjoni fid-dawl tar-regoli tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, iċċitata iktar ’il fuq, p. 43).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Portugiża tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6868"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi żammet f’Portugal Telecom SGPS SA drittijiet speċjali bħal dawk previsti fl-istatuti tal-imsemmija kumpannija favur l-Istat u entitajiet pubbliċi oħra, mogħtija flimkien ma’ azzjonijiet preferenzjali (</HT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/><HT TYPE="BOLD">golden shares</HT><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><HT TYPE="BOLD">) tal-Istat f’Portugal Telecom SGPS SA, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>