|
27.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/814
tas-26 ta' Mejju 2015
li jimplimenta l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011. |
|
(2) |
Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 1970 (2011) dwar il-Libja aġġorna l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u miżuri dwar l-iffriżar tal-assi. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa b'dan sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Mejju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
“ANNESS II
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)
A. Persuni
|
6. |
Isem: ABU ZAYD UMAR DORDA
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Pożizzjoni: Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid: mhux disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja ((Status/post preżunt: detenut fil-Libja)) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. |
|
7. |
Isem: ABU BAKR YUNIS JABIR
Titlu: Maġġur Ġeneral Deżinjazzjoni: Pożizzjoni: Ministru tad-Difiża. Data tat-Twelid: 1952 Post tat-Twelid: Jalo, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Informazzjoni addizzjonali Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati. |
|
8. |
Isem: MATUQ MOHAMMED MATUQ
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Pożizzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet Data tat-Twelid: 1956 Post tat-Twelid: Khoms, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf. Informazzjoni addizzjonali Membru għoli tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut fl-oppressjoni tad-dissens u l-vjolenza. |
|
9. |
Isem: AISHA MUAMMAR MUHAMMED ABU MINYAR QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 428720 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman (Status/Post preżunt: is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Huwa vjaġġa bi ksur tal-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970, kif deskritt minn Bord ta' Esperti dwar il-Libja fir-Rapport Interim tal-2013. |
|
10. |
Isem: HANNIBAL MUAMMAR QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 20 ta' Settembru 1975 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: B/002210 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: l-Aġerija (Status/post preżunt: l-Alġerija) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
|
11. |
Isem: KHAMIS MUAMMAR QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. |
|
12. |
Isem: MOHAMMED MUAMMAR QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1970 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman (Status/Post preżunt: is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
|
13. |
Isem: MUAMMAR MOHAMMED ABU MINYAR QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Data tat-Twelid: 1942 Post tat-Twelid: Sirte, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat minn-NU skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Informazzjoni addizzjonali Responsabbli għall-ordni tar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
14. |
Isem: MUTASSIM QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali Data tat-Twelid: 1976 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
|
15. |
Isem: SAADI QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali Data tat-Twelid: a) 27 ta' Mejju 1973 b) 1 ta' Jannar 1975 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: a) 014797 b) 524521 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (fil-kustodja) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti f'repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. |
|
16. |
Isem: SAIF AL-ARAB QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1982 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut. Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
|
17. |
Isem: SAIF AL-ISLAM QADHAFI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Direttur, Fondazzjoni ta' Gaddafi Data tat-Twelid: 25 ta' Ġunju 1972 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: B014995 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: detenut fil-Libja.) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti. |
|
18. |
Isem: 1: ABDULLAH AL-SENUSSI
Titlu: Kurunell Deżinjazzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari Data tat-Twelid: 1949 Post tat-Twelid: Is-Sudan Psewdonimu affidabbli: a) Abdoullah Ould Ahmed (Nru tal-Passaport: B0515260; Data tat-Twelid: 1948, Post tat-Twelid: Anefif (Kidal), il-Mali; Data tal-ħruġ: 10 ta' Jannar 2012; Post tal-ħruġ: Bamako, il-Mali; Data ta' skadenza: 10 ta' Jannar 2017.) b) Abdoullah Ould Ahmed (Numru tal-identifikazzjoni tal-Mali 073/SPICRE; Post tat-Twelid: Anefif, il-Mali; Data tal-ħruġ: 6 ta' Diċembru 2011; Post tal-ħruġ: Essouck, il-Mali) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: fil-kustodja fil-Libja.) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar Gaddafi. |
|
19. |
Isem: SAFIA FARKASH AL-BARASSI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: Madwar l-1952 Post tat-Twelid: Al Bayda, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Safia Farkash Mohammed Al-Hadad, imwielda fl-1 ta' Jannar 1953 (Nru tal-passaport tal-Oman 03825239) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 03825239 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman Elenkata fi: 24 ta' Lulju 2011 Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, kap tal-intelligence militari Libjana. |
|
20. |
Isem: ABDELHAFIZ ZLITNI
Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Kurunell Gaddafi. b) Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar c) Kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja Data tat-Twelid: 1935 Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 24 ta' Lulju 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Informazzjoni addizzjonali Involut fi vjolenza kontra dimostranti. Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar. Zltini bħalissa jaġixxi bħala kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja. Huwa kien preċedentement il-President tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt. L-informazzjoni li għandna tissuġġerixxi li huwa attwalment qed jipprova jiġbor fondi għar-reġim biex jiġu rikostitwiti r-riżervi tal-Bank Ċentrali li diġà ntefqu biex isostnu l-kampanja militari attwali.” |