2012R0136 — MT — 10.09.2015 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 136/2012 tas-16 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (ĠU L 046 17.2.2012, p. 33) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1414 tal-20 ta' Awwissu 2015 |
L 220 |
3 |
21.8.2015 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 136/2012
tas-16 ta’ Frar 2012
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din. |
|
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-bisulfat tas-sodju bħala addittiv fl-użu fl-għalf għall-annimali domestiċi u l-annimali li ma jipproduċux ikel, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u “addittivi sensorji”. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2011 ( 2 ) li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-bisulfat tas-sodju ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu minnu huwa effikaċji bħala regolatur tal-aċidità fl-għalf għall-annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel, u bħala sustanza li tagħti t-togħma fl-għalf għall-annimali domestiċi. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-bisulfat tas-sodju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Annessi ma’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness I, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “regolatur tal-aċidità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness II, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jgħinu fit-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|
mg/kg tal-għalf komplut b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||
|
Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: regolaturi tal-aċidità |
|||||||||
|
1j514ii |
— |
Bisulfat tas-sodju. |
Kompożizzjoni tal-addittivBisulfat tas-sodju: ≥ 95,2 %Karatterizzazzjoni tas-sustanza attivaBisulfat tas-sodju CAS Nru 7681-38-1NaHSO4Na 19,15 %SO4 80,01 %Prodott b'sinteżi kimikaMetodu ta' analiżi (1)Determinazzjoni tas-sulfat tal-idroġenu tas-sodju fl-addittivi tal-għalf: metodu titrimetriku bbażat fuq id-determinazzjoni ta' aċidità totali li tinħall ta' bisulfat tas-sodju meta mqabbla ma' soluzzjoni standard tal-idrossidu tas-sodju. |
Annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel ħlief għall-qtates u l-mink |
— |
— |
4 000 |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħżin, iż-żmien tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-tgerbib. 2. Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn u ingwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġar. 3. Il-kontenut totali tal-bisulfat tas-sodju ma jridx jaqbeż il-livell massimu permess fl-għalf sħiħ ta' livelli stabbiliti għal kull speċi rilevanti |
It-8 ta' Marzu 2022 |
|
Qtates |
20 000 |
||||||||
|
Mink |
10 000 |
||||||||
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports |
|||||||||
ANNESS II
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|
mg/kg tal-għalf komplut b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||
|
Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: komposti li jgħinu fit-togħma |
|||||||||
|
1j514ii |
— |
Bisulfat tas-sodju. |
Kompożizzjoni tal-addittivBisulfat tas-sodju: ≥ 95,2 %Karatterizzazzjoni tas-sustanza attivaBisulfat tas-sodju CAS Nru 7681-38-1NaHSO4Na 19,15 %SO4 80,01 %Prodott b'sinteżi kimikaMetodu ta' analiżi (1)Determinazzjoni tas-sulfat tal-idroġenu tas-sodju fl-addittivi tal-għalf: metodu titrimetriku bbażat fuq id-determinazzjoni ta' aċidità totali li tinħall ta' bisulfat tas-sodju meta mqabbla ma' soluzzjoni standard tal-idrossidu tas-sodju. |
Annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel ħlief għall-qtates u l-mink |
— |
— |
4 000 |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħżin, iż-żmien tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-tgerbib. 2. Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn u ingwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġar. 3. Il-kontenut totali tal-bisulfat tas-sodju ma jridx jaqbeż il-livell massimu permess fl-għalf sħiħ ta' livelli stabbiliti għal kull speċi rilevanti |
It-8 ta' Marzu 2022 |
|
Qtates |
20 000 |
||||||||
|
Mink |
10 000 |
||||||||
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports |
|||||||||
( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
( 2 ) EFSA Journal 2011; 9(11):2415.