8.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1669

tas-6 ta' Novembru 2018

li tħassar id-Deċiżjoni 2006/80/KE li tagħti ċerti Stati Membri d-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali

(notifikata bid-dokument C(2018) 7239)

(It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bit-Taljan, bil-Portugiż, bis-Slovakk u bis-Sloven biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2008/71/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer.

(2)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/71/KE, l-Istati Membri jeħtieġu jiżguraw li l-awtorità kompetenti jkollha lista aġġornata tal-azjendi kollha li jżommu l-annimali koperti b'dik id-Direttiva u li jinsabu fit-territorju tagħhom.

(3)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE jagħti l-possibilità li l-Istati Membri jiġu awtorizzati li jeskludu mil-lista tal-azjendi meħtieġa mill-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, il-persuni fiżiċi li jrabbu ħanżir wieħed għall-użu jew għall-konsum personali tagħhom, sakemm dak l-annimal ikun soġġett għall-kontrolli stabbiliti f'dik id-Direttiva qabel kwalunkwe moviment.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/80/KE (2) tawtorizza lir-Repubblika Ċeka, lil Franza, lill-Italja, lill-Portugal, lis-Slovenja u lis-Slovakkja biex japplikaw id-deroga issa prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE fir-rigward tal-azjendi b'ħanżir wieħed.

Ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Italja, il-Portugal, is-Slovenja u s-Slovakkja kkonfermaw li ma għadhomx japplikaw id-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE fir-rigward tal-azjendi b'ħanżir wieħed.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2006/80/KE titħassar.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/80/KE titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tas-Slovenja u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/80/KE tal-1 ta' Frar 2006 li tagħti ċerti Stati Membri d-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 50).