|
2.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 258/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Awwissu 2011
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal
(BĊE/2011/11)
2011/C 258/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de Portugal intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni sa mis-sena finanzjarja 2011. |
|
(3) |
Il-Banco de Portugal għażel lil PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2011 sa 2016, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji 2011 sa 2016.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Awwissu 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET