Official Journal L 065 , 07/03/2002 P. 0001 - 0002
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 li temenda l-Anness I (Oqmsa veterinarji jew fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul mill-Protokoll li Jbidel l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2001 tat-23 ta' Novembru 2000 [1]. (2) Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2000/485/KE tat-18 ta' Lulju li temenda d-Deċiżjoni 2000/350/KE dwar l-isorveljanza epidemjoliġika tal-Bluetongue fil-Ġreċja u ċerti miżuri sabiex ma tkunx tista' tinfirex din il-marda [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2630/97 dwar il-mudell għar-rapportaġġ tal-kontrolli ta' kull sena previsti mill-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament [3] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/598/KE tat-3 ta' Ottubru 2000 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-Bluetongue fis-Sardinja, fl-Italja [4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (5) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda u għall-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Parti 1,2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 72 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2630/97): "- 32000 R 1898: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 (ĠU L 228, tat-8.9.2000, p. 22)." 2. Dak li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 103 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/350/KE): ", kif emendat bid-: - 32000 D 0485: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/485/KE tat-18 ta' Lulju (ĠU L 195, ta' l-1.8.2000, p. 58)." 3. Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 104 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/351/KE): "105. 32000 D 0598: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/598/KE tat-3 ta' Ottubru 2000 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-Bluetongue fis-Sardinja, fl-Italja (ĠU L 253, tas-7.10.2000, p. 47)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjonijiet 2000/485/KE, 2000/598/KE, u tar-Regolament (KE) Nru 189/2000 fl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ippublikati fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5]. Artikolu 4 Din id-Deċizjoni għandha tiġi ippublikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei. Magħmula fi Brussel, fil-11 ta' Diċembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President B. Grydeland [1] ĠU L 22, ta' l-24.1.2002, p. 15. [2] ĠU L 195, ta' l-1.8.2000, p. 58. [3] ĠU L 228, tat-8.9.2000, p. 22. [4] ĠU L 253, tas-7.10.2000, p. 47. [5] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------