[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 30.6.2010 KUMM(2010)351 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni matul is-sena 2009 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni RAPPORT MILL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni matul is-sena 2009 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni KELMTEJN QABEL Dan ir-Rapport, li jkopri s-sena 2009, sar skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[1]. L-anness għal dan ir-rapport fih dejta tal-istatistika dwar it-trattament tat-talbiet għall-aċċess. F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-istatistika hi biss dwar it-talbiet ta' aċċess għal dokumenti li ma kinux ippubblikati u ma tinkludi la l-ordnijiet ta’ dokumenti diġà ppubblikati u lanqas it-talbiet għal informazzjoni. 1. Reviżjoni tar-Regolament 1049/2001 Il-proposta tal-Kummissjoni, ippreżentata fit-30 ta' April 2008, ġiet eżaminata fi ħdan il-grupp ta' informazzjoni tal-Kunsill. Fil-11 ta' Marzu 2009, il-Parlament Ewropew ivvota dwar ir-rapport tal-Kummissjoni LIBE, ippreżentat mis-Sur Cashman, li fih għadd importanti ta' emendi għall-proposta tal-Kummissjoni. Sadanittant, il-Parlament ressaq il-vot dwar ir-reżoluzzjoni leġiżlativa. Minħabba dan, il-proposta għadha fil-fażi tal-ewwel qari. Il-Parlament il-ġdid li rriżulta mill-elezzjonijiet ta' Ġunju 2009 kompla l-ħidma parlamentari fuq il-proposta. 2. Reġistri u Siti fuq l-Internet 2.1. Matul is-sena 2009, 18063 dokument ġdid ġew miżjuda fir-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni (ara t-tabella fl-anness). 2.2. Ir-Regolament jipprevedi fl-Artikolu 9(3) li d-dokumenti hekk imsejħa “sensittivi”[2] jitniżżlu biss fir-reġistru bi qbil mal-awtorità ta' oriġini. Fl-2009, l-ebda dokument sensittiv fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma kien kopert mir-reġistru. 2.3. Id-dejta dwar il-konsultazzjoni tas-sit “Trasparenza u aċċess għad-dokumenti”, aċċessibbli fuq is-server EUROPA għas-sena 2009 hija kif ġej: Numru ta’ viżitaturi | Numru ta’ sessjonijiet | Paġni viżwalizzati | Total | 44.538 | 61.823 | 84.094 | Medja fix-xahar | 3.712 | 5.152 | 7.008 | 3 . Kooperazzjoni mal-Istituzzjonijiet l-oħra u l-Istati Membri Il- Kummissjoni interistituzzjonali , li għaliha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament, iltaqgħet fil-livell politiku fil-15 ta' Diċembru 2009, fuq l-inizjattiva tal-presidenza Svediża tal-Kunsill, bil-għan li teżamina l-mezzi li jippermettu li jiġi ffaċilitat aktar l-aċċess taċ-ċittadini għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE. Matul din il-laqgħa, ġie ssuġġerit b'mod partikolari li: (1) din il-kummissjoni tiltaqa' mill-inqas darba fis-sena fil-livell politiku, u r-riżultati tad-diskussjonijiet għandhom isiru pubbliċi; (2) il-ħidmiet ta' din il-kummissjoni jkunu bbażati fuq ix-xogħol ta' tħejjija li jkun sar mis-servizzi kompetenti tal-istituzzjonijiet; (3) b'mod partikolari, fi ħdan din il-kummissjoni, ikunu eżaminati l-possibbiltajiet li: - jinġabru fuq paġna web waħda l-ħolqiet kollha għall-websajts li jirrigwardaw l-aċċess għad-dokumenti tat-tliet istituzzjonijiet; - tiġi żgurata l-komplementarjetà tar-reġistri pubbliċi tal-istituzzjonijiet, biex b'hekk ikunu iktar faċli li wieħed jużahom u titjieb l-aċċessibbiltà tad-dokumenti; - jiġu mqarrba gradwalment l-għodod ta' riċerka tal-istituzzjonijiet (f'dan il-kuntest, il-kapaċità u l-fattibbiltà ta' metodi ta' indiċar komuni għad-dokumenti jistgħu jiġu eżaminati bil-għan li tinħoloq funzjoni ta' riċerka komuni); - tiġi estiża l-bażi ta' dejta PreLex[3] biex tkopri d-dokumenti kollha prodotti mill-istituzzjonijiet implikati fil-proċess leġiżlativ, filwaqt li tittieħed in kunsiderazzjoni l-possibbiltà li jiġi kkumplimentat il- PreLex bl- Œil[4] ; - titjieb l-aċċessibbiltà tad-dokumenti kollha marbuta ma' fajl leġiżlattiv speċifiku billi jinġabru d-dokumenti kollha li jappartjenu għall-istess fajl leġiżlattiv; - fir-rigward ta' din tal-aħħar, fl-2010 għandu jsir studju preliminari tal-fajls leġiżlattivi identifikati bħala prijoritarji fir-rigward ta' komunikazzjoni tal-UE; (4) meta istituzzjoni tkun bi ħsiebha toħloq sistema ġdida ta' ħażna elettronika jew tibdel b'mod sinifikanti sistema eżistenti, l-istituzzjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-impatt fuq id-drittijiet ta' aċċess għad-dokumenti, u taġixxi billi tippromwovi l-għan ta' trasparenza. Barra minn dan, is-servizzi tat-tliet istituzzjonijiet inkarigati mill-implimentazzjoni tar-Regolament komplew, matul l-2009, il-forum ta' skambju tagħhom dwar kwistjonijiet ta' natura ġuridika relatati mal-applikazzjoni tar-Regolament. 4. Analiżi tat-Talbiet Għal Aċċess 4.1. In-numru ta' talbiet inizjali baqa' stabbli matul is-sena 2009 (5055 talba, meta mqabbel ma' 5197 fl-2008). 4.2. In-nurmu ta' talbiet ta' konferma naqas ftit; ġew irreġistrati 134 applikazzjoni fl-2009 kontra 156 fl-2008.Ta' min jinnota li numru sostanzjali ta' talbiet jirrigwarda l-fajls sħaħ relatati ma' diversi proċeduri amministrativi. 4.3. F’dak li jirrigwarda t- tqassim tat-talbiet skont l-oqsma ta’ interess , l-oqsma tal-ambjent, it-trasport u l-enerġija, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, is-suq intern u l-kompetizzjoni, jammontaw għal madwar 40% tat-talbiet. 4.4. It- tqassim tat-talbiet skont il-kategoriji soċjoprofessjonali kkonferma s-sehem tat-talbiet li oriġinaw mill-qasam akkademiku, li baqgħu l-iktar numerużi, għalkemm naqsu meta mqabbla mal-2008 (21.29% tat-talbiet kontra 31.03% fl-2008). 4.5. Fl-aħħarnett, it- tqassim ġeografiku tat-talbiet baqa’ wkoll kostanti. Madwar 20% tat-talbiet joriġinaw minn persuni jew minn organizzazzjonijiet imwaqqfa fil-Belġju, minħabba fin-numru ta' impriżi, minn uffiċċji ta' avukati jew minn assoċjazzjonijiet jew NGOs li joperaw fil-livell Ewropew. Barra dan, il-biċċa l-kbira tat-talbiet joriġinaw mill-Istati Membri l-iktar popolati: il-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi b’kollox ilaħħqu għal ftit aktar min-nofs it-talbiet (49.75 %). Il-parti tal-Istati Membri l-ġodda għadha modesta. 5. L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta' Aċċess 5.1. Il-perċentwali ta' tweġibiet pożittivi fil-fażi inizjali tat-talbiet żdiedet meta mqabbla mas-sena ta' qabel. F’84.23% tal-każijiet (meta mqabbel ma’ 82.68 % fl-2008) id-dokumenti ġew żvelati b'mod sħiħ u 4.11 % tal-każijiet (meta mqabbel ma’ 3.33 % fl-2008) ingħataw aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba. 5.2. Il-perċentwali tad-deċiżjonijiet li jikkonfermaw il-pożizzjoni inizjali – li kienet diġà naqset ħafna fl-2008 – reġgħet naqset sew fl-2009 (tnaqqis ta' aktar minn 25%, jiġifieri minn 48.08% tal-każijiet fl-2008 għal 22.50% tal-każijiet fl-2009). Il-perċentwali tat-tweġibiet totalment pożittivi wara rifjut inizjali kważi ttrippla (50% meta mqabbel ma' 18.59 % fl-2008). Il-perċentwali tad-deċiżjonijiet li jagħtu aċċess parzjali wara rifjut inizjali naqas ftit (27.50 % għal 33.33 % fl-2008). 5.3. Fl-istadju inizjali, iż-żewġ raġunijiet ewlenin għar-rifjut jibqgħu: - il-protezzjoni tal-għan tal-attivitajiet ta' spezzjoni, ta' investigazzjoni u ta' verifika (it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)), li wriet żieda żgħira meta mqabbla mal-2008 (27,61% ta' rifjuti meta mqabbla ma’ 26,63 % fl-2008); - il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (l-Artikolu 4(3)), b'perċentwali ta' 17.80 % għall-każijiet fejn ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni u ta' 7.81 % għal dawk dwar opinjonijiet għall-użu intern, jiġifieri total ta' 25.61 % ta’ rifjuti (meta mqabbla ma’ total ta’ 28.72 % fl-2008). Il-proporzjon ta' rifjuti bbażati fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali għadu sostanzjali, b'13.99% (kontra 14.4% fl-2008) tal-każijiet ta' rifjut. 5.4. Ir-raġunijiet ewlenin li jiġġustifikaw il-konferma ta' rifjut ta’ aċċess għadhom: - il-ħarsien tal-għan tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni (25.91% meta mqabbla ma' 27,85% fl-2008); - il-ħarsien tal-interessi kummerċjali (17,52 %, meta mqabbla ma' 24.89% fl-2008); - u l-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni b'perċentwali ta' 12.77% għall-każi fejn ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni u ta' 13.87 % għal dawk dwar opinjonijiet għall-użu intern, jiġifieri total ta' 26,64 % 29.54% ta’ rifjuti (meta mqabbla ma’ total ta’ 29.54% fl-2008). - Ir-raġuni ta' rifjut ibbażat fuq l-oppożizzjoni pura u sempliċi tal-Istat Membru m'għadhiex użata mindu l-Qorti[5] ddikjarat li l-Artikolu 4(5) tar-Regolament ma jagħtix lill-Istat Membru d-dritt ta' veto li jippermettilu li jopponi b'mod diskrezzjonali għall-iżvelar tad-dokumenti li joriġinaw minnu. Fil-fatt, l-Istat Membru huwa obbligat li jagħti r-raġuni għall-oppożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-eċċezzjonijiet previsti fir-Regolament, u għalhekk huma dawn biss li jistgħu jkunu raġunijiet ta' rifjut. 6. Ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman Ewropew 6.1. Matul l-2009, l-Ombudsman għalaq 16-il każ li kienu jsegwu lmenti kontra l-Kummissjoni dwar rifjuti tal-għoti ta' dokumenti[6]: 2 każi magħluqa mingħajr ma nstabet amministrazzjoni ħażina | 1906/2007/VIK | 97/2008/BEH | 11-il każ b’kumment kritiku u/jew kumment ieħor | 429/2007/PB | 488/2007/PB | 672/2007/WP | 819/2007/PB | 70/2008/TS | 443/2008/JMA | 1010/2008/AL | 1059/2008/WP | 1190/2008/DK | 3085/2008/GG | 2/2009/MHZ | 3 każi magħluqa mingħajr ma tkompliet l-investigazzjoni | 3824/2006/GG | 1452/2007/PB | 2420/2007/BEH | 6.2. Matul l-2009, l-Ombudsman fetaħ tnax-il fajl dwar ilmenti li kienu jikkonċernaw rifjut ta' komunikazzjoni tad-dokumenti. 7. Kawżi ġudizzjarji 7.1. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ħarġet żewġ sentenzi f'kawżi dwar deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw totalment jew parzjalment l-aċċess għal dokumenti fuq il-bażi tar-Regolament 1049/2001. Dan jirrigwarda s-sentenzi tal-11 ta' Marzu 2009 tal-kawżi T-121/05 u T-166/05, Borax Europe Ltd vs il-Kummissjoni F'dawn is-sentenzi, it-Tribunal ħassar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw l-aċċess għal diversi dokumenti dwar laqgħa ta' grupp ta' esperti xjentifiċi, speċjalisti fil-qasam ta' effetti tossiċi ta' sostanzi kimiċi fuq ir-reproduzzjoni umana. Dawn l-esperti ġew maħtura mill-Istati Membri, iżda pparteċipaw f'din il-laqgħa bħala esperti u mhux bħala rappreżentanti tal-Istati Membri. Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni skont liema l-iżvelar tal-identità tal-esperti, flimkien mal-opinjoni li esprimew matul il-laqgħa, huwa ta' theddida għall-integrità tagħhom minħabba l-esponiment għal pressjonijiet esterni mhux ġustifikati, it-Tribunal ikkunsidra li d-deċiżjonijiet attakkatti ma fihomx biss raġunijiet ġenerali u li l-Kummissjoni ma tatx provi rigward il-każ pertinenti, li jistgħu jipprovaw l-eżistenza ta' tali riskju. F'dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni "proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet" li wkoll ġie invokat mill-Kummissjoni, it-Tribunal indika li l-opinjonijiet ta' natura xjentifika li nġabru minn istituzzjoni bil-għan ta' elaborazzjoni ta' test "leġiżlattiv" għandhom, bħala prinċipju, ikunu żvelati, anke jekk jistgħu jkunu ta' natura polemika jew jekk minħabba fihom il-persuni li fformulaw dawn l-opinjonijiet ma jagħtux il-kontribut tagħhom għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' din l-istituzzjoni. Ir-riskju, invokat mill-Kummissjoni, li dibattitu pubbliku li jirriżulta mill-iżvelar tal-opinjoni tagħhom iġiegħel lill-esperti biex ma jeħdux aktar sehem fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet huwa inerenti għar-regola li tagħraf il-prinċipju ta' aċċess għad-dokumenti li fihom opinjonijiet previsti għall-użu intern fil-qafas ta' konsultazzjonijiet u ta' deliberazzjonijiet preliminari, li jinkludu l-evidenza ta' konsultazzjonijiet ta' esperti. It-Tribunal għalhekk ħassar id-deċiżjonijiet li ġew attakkati minħabba li kkunsidra li r-raġunijiet ta' rifjut kienu ġenerali wisq. 7.2. Fl-2009 saru sitt rikorsi ġodda kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament 1049/2001 [7]: Kawża T-59/09, Il-Ġermanja c/ Il-Kummissjoni | Kawża T-245/09, Shell Hellas Oil and Chemical SA (Shell Hellas AE) c/ Il-Kummissjoni[8] | Il-Kawża T-251/09, Société des Pétroles Shell SAS c/ Il-Kummissjoni[9] | Kawża T-337/09, Colegio Oficial de Farmacéuticos de Valencia c/ Il-Kummissjoni | Kawża T-411/09, Ioannis Terezakis c/ Il-Kummissjoni | Kawża T-467/09, Dierk Stelzer c/ Il-Kummissjoni | 8. Konklużjonijiet 8.1. It-tip tat-talbiet u r-raġunijiet għal rifjut: Bħas-snin ta' qabel, l-impressjoni ġenerali li toħroġ mill-analiżi tat-talbiet għall-aċċess hi li proporzjon kbir minn dawn jikkonċerna l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kontroll tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. Barra minn hekk, f'bosta każijiet, dawn it-talbiet għall-aċċess isiru bl-għan li jinkisbu dokumenti li x'aktarx li jappoġġjaw il-pożizzjoni ta' min jagħmel it-talba fil-kuntest ta' ilment, pereżempju dwar ksur preżunt tad-dritt Komunitarju, jew ta' rikors amministrattiv jew ġudizzjarju, pereżempju dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni. Għandu jiġi nnutat li dawn it-talbiet ġeneralment jinvolvu volumi kbar ta’ dokumenti li l-analiżi tagħhom toħloq xogħol amministrattiv konsiderevoli. Ta' min jinnota li, l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni hija invokata l-aktar sabiex tipproteġi t-teħid ta' deċiżjonijiet individwali. Fil-qasam leġiżlattiv, hemm aktar u aktar dokumenti direttament aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr ma jkun hemm bżonn li t-talba għall-aċċess tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni żviluppaw is-siti tal-internet tagħhom dwar il-politiki speċifiċi u permezz ta’ dan għandhom numru konsiderevoli ta’ dokumenti għad-disponibbiltà tal-pubbliku. L-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tiġi essenzjalment invokata fil-kuntest tat-talbiet għal aċċess dwar fajls li jirrigwardaw il-politika tal-kompetizzjoni jew tas-sejħiet għall-offerti. 8.2. Evoluzzjoni tal-każistika: It-Tribunal ikkonferma l-ġurisprudenza fuq il-punti li ġejjin: - motivazzjoni ta' rifjut ġenerali wisq li twassal għall-esklużjoni ta' kategorija sħiħa ta' dokumenti, fiha nnifisha, hi insuffiċjenti biex tiġġustifika l-applikazzjoni ta' eċċezzjoni; - l-istituzzjoni għandha tagħti prova tar-riskju ta' preġudizzju meta mqabbel mal-każ konkret, li tali riskju għandu jkun prevedibbli b'mod raġonevoli u mhux purament ipotetiku; - f'dak li jirrigwarda l-attivitajiet ta' natura "leġiżlattiva", il-każistika tat-Tribunal titniżżel fil-bażi ta' dejta tal-każistika tal-Qorti Turco[10] . ANNESS Statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament 1049/2001 1. NUMRU TA' DOKUMENTI LI TPOġġEW FIR-REġISTRU TALBIET INIZJALI 2. NUMRU TA’ APPLIKAZZJONIJIET 2007 | 2008 | 2009 | 4196 | 5197 | 5055 | 3. REAZZJONIJIET 2007 | 2008 | 2009 | numru | % | numru | % | numru | % | TALBIET KONFERMATORJI 4. NUMRU TA’ TALBIET 2007 | 2008 | 2009 | 273 | 156 | 134 | 5. REAZZJONIJIET 2007 | 2008 | 2009 | numru | % | numru | % | numru | % | 1. Fost dawn it-talbiet, hemm 14 li, fid-data tat-30 ta' April 2010, kienu għadhom qed jiġu ttrattati, b'mod partikolari minħabba l-volum tad-dokumenti kkonċernati. ID-DISTRIBUZZJONI TAR-RIFJUTI SKONT L-EċċEZZJONI APPLIKATA (%) 6. TALBIET INIZJALI 2007 | 2008 | 2009 | 4.1.a protezzjoni tal-interess pubbliku - l-ewwel inċiż - is-sigurtà pubblika | 1,19 | 0,18 | 1,36 | 4.1.a protezzjoni tal-interess pubbliku - it-2 inċiż - id-difiża u l-kwistjonijiet militari | 2,23 | 0,82 | 0,54 | 4.1.a protezzjoni tal-interess pubbliku - it-3 inċiż - ir-relazzjonijiet internazzjonali | 10,98 | 10,24 | 8,17 | 4.1.a protezzjoni tal-interess pubbliku - ir-4 inċiż - il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika | 1,26 | 2,9 | 2,09 | 4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu | 5,04 | 5,98 | 6,99 | 4.2. l-1 inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali | 10,79 | 14,4 | 13,99 | 4.2. It-2 inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri leġali | 6,08 | 6,52 | 9,81 | 4.2. It-3 inċiż - Protezzjoni tal-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika | 23,48 | 26,63 | 27,61 | 4.3.l-1 subparagrafu - Proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li għadha ma tteħditx | 12,02 | 13,5 | 17,80 | 4.3. It-2 subparagrafu - Proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: Pariri għall-użu intern fil-kuntest ta’ deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari | 19,29 | 15,22 | 7,81 | 4.5. Rifjut tal-Istat Membru / awturi oħra | 7,64 | 3,62 | 3,81 | total | 100,00 | 100,00 | 100,00 | 7. TALBIET KONFERMATORJI 2007 | 2008 | 2009 | 4.1.a protezzjoni tal-interess pubbliku - l-ewwel inċiż - is-sigurtà pubblika | 0,9 | 0,42 | 2,55 | 4.1.a protezzjoni tal-interess pubbliku - it-2 inċiż - id-difiża u l-kwistjonijiet militari | 0,4 | 0,42 | 0 | 4.1.a protezzjoni tal-interess pubbliku - it-3 inċiż - ir-relazzjonijiet internazzjonali | 2,2 | 5,91 | 4,38 | 4.1.a protezzjoni tal-interess pubbliku - ir-4 inċiż - il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika | 0,4 | 0,84 | 3,28 | 4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu | 4,8 | 5,06 | 14,23 | 4.2.l-1 inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali | 25,25 | 24,89 | 17,52 | 4.2. It-2 inċiż - Protezzjoni tal-proċeduri leġiżlattivi u pariri leġali | 4,8 | 3,8 | 5,47 | 4.2. It-3 inċiż - Protezzjoni tal-attivitajiet ta' ispezzjoni, inkjesta u verifika | 24,75 | 27,85 | 25,91 | 4.3.l-1 subparagrafu - Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li għadha ma tteħditx | 5,7 | 17,3 | 12,77 | 4.3. It-2 subparagrafu - Proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: Pariri għall-użu intern fil-kuntest ta’ deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari | 11,7 | 12,24 | 13,87 | 4.5. Rifjut tal-Istat Membru | 19,1 | 1,27 | 0 | totali | 100,00 | 100,00 | 100,00 | DISTRIBUZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET 8. SKONT IL-KATEGORIJA SOċJOPROFESSJONALI TAL-APPLIKANTI (%) 2007 | 2008 | 2009 | Id-dinja akkademika | 31,85 | 31,03 | 21,29 | Is-soċjetà ċivili (gruppi ta' interess, industrija, NGOs, eċċ.) | 17,77 | 18,26 | 9,85 | Membri tal-pubbliku li l-profil soċjoprofessjonali tagħhom ma ġiex indikat | 15,33 | 16,75 | 45,5 | Awtoritajiet pubbliċi (minbarra l-istituzzjonijiet tal-UE) | 15,69 | 14,19 | 7,33 | Avukati | 9,69 | 11,01 | 10,24 | Istituzzjonijiet oħra tal-UE | 6,75 | 6,3 | 3,77 | Ġurnalisti | 2,90 | 2,46 | 2,02 | 9. SKONT L-ORIġINI ġEOGRAFIKA TAT-TALBIET (%) 2007 | 2008 | 2009 | Il-Belġju | 19,86 | 18,93 | 18,26 | Il-Ġermanja | 15,58 | 16,89 | 16,61 | L-Italja | 8,18 | 8,54 | 7,18 | Franza | 9,32 | 8 | 8,01 | Ir-Renju Unit | 5,76 | 6,34 | 6,23 | Spanja | 5,92 | 5,29 | 6,27 | L-Olanda | 4,42 | 4,83 | 5,45 | Oħrajn | 1,76 | 2,63 | - | Il-Lussemburgu | 2,8 | 2,61 | 1,71 | Mhux indikat | 1,16 | 2,61 | 10,57 | Il-Polonja | 2,41 | 2,57 | 2,86 | Id-Danimarka | 1,23 | 2,45 | 1,63 | L-Awstrija | 2,71 | 2,11 | 1,98 | Il-Greċja | 1,5 | 1,93 | 1,06 | Il-Portugall | 1,18 | 1,5 | 1,61 | L-Isvezja | 1,46 | 1,44 | 2,13 | L-Irlanda | 0,82 | 1,28 | 0,72 | Ir-Repubblika Ċeka | 0,89 | 1,26 | 1,11 | L-Isvizzera | 0,82 | 1,18 | - | Il-Finlandja | 1,43 | 1,08 | 0,78 | L-Istati Uniti | 0,61 | 1,02 | 0,09 | L-Ungerija | 0,86 | 0,86 | 0,70 | Il-Litwanja | 0,55 | 0,62 | 0,35 | Ir-Rumanija | 0,96 | 0,58 | 0,93 | In-Norveġja | 0,32 | 0,36 | 0,07 | Il-Bulgarija | 0,94 | 0,36 | 0,56 | Is-Slovenja | 1,8 | 0,32 | 0,39 | Il-Latvja | 0,14 | 0,28 | 0,06 | Il-Liechtenstein | 0,45 | 0,28 | - | Is-Slovakkja | 0,59 | 0,24 | 0,50 | Il-Ġappun | 0,2 | 0,24 | - | Ċipru | 0,25 | 0,22 | 0,20 | Malta | 0,45 | 0,2 | 0,30 | Iċ-Ċina (inkl. Ħong Kong) | 1,01 | 0,14 | - | L-Estonja | 0,29 | 0,1 | 0,17 | Ir-Russja | 0,05 | 0,1 | - | Il-Messiku | 0,05 | 0,1 | - | Il-Kroazja | 0,43 | 0,08 | - | L-Ukraina | 0,04 | 0,08 | - | In-New Zealand | 0,08 | - | L-Awstralja | 0,07 | 0,06 | 0,07 | Il-Brażil | 0,04 | 0,06 | - | It-Turkija | 0,12 | 0,04 | - | Il-Kanada | 0,25 | 0,04 | - | L-Iżrael | 0,12 | 0,04 | - | L-Afrika t’Isfel | 0,04 | - | L-ERJM | 0,04 | 0,02 | -- | L-Albanija | 0,02 | 0,02 | - | L-Islanda | 0,02 | 0 | - | L-Eġittu | 0,14 | 0 | - | Pajjiżi barra l-UE | - | - | 0,76 | l-Asja | - | - | 0,19 | L-Amerika t’Isfel | - | - | 0,09 | L-Amerika ta’ Fuq | - | - | 0,28 | L-Afrika | - | - | 0,20 | 2007 | 2008 | 2009 | Pajjiżi tal-UE | 92,28 | 99,46 | 87,79 | Pajjiżi Kandidati | 0,12 | 0 | 0 | Oħrajn | 4,55 | 0 | 1,63 | Mhux indikat | 3,05 | 0,54 | 10,57 | 10. SKONT L-OQSMA TA' INTERESS (%) Direttorat Ġenerali /Servizz | 2007 | 2008 | 2009 | SG - Segretarjat Ġenerali | 10,19 | 9,38 | 10,10 | TREN - Enerġija u Trasport | 7,54 | 8,18 | 8,02 | MARKT - Suq Intern | 6,46 | 7,28 | 7,27 | COMP - Kompetizzjoni | 7,32 | 7,18 | 7,03 | JLS - Ġustizzja, Libertà u Sigurtà | 8,45 | 6,69 | 7,74 | ENV - Ambjent | 6,11 | 6,07 | 8,37 | ENTR - Impriżi | 5,48 | 5,91 | 4,55 | SANCO - Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumaturi | 4,27 | 5,74 | 4,69 | TAXUD - Tassazzjoni u Unjoni Doganali | 4,82 | 5,17 | 6,20 | ADMIN - Persunal u Amministrazzjoni + OIB l-Uffiċċju "Infrastruttura u loġistika" + OIL Uffiċju "Infrastruttura u loġistika" | 2,34 +0.22 | 4,08 +0.28 | 3,15 | EMPL - Impjiegi u Affarijiet Soċjali | 3,1 | 3,72 | 3,28 | AGRI – Agrikultura | 4,11 | 3,6 | 4,07 | REGIO - Politika Reġjonali | 3,69 | 3,42 | 3,67 | TRADE - Kummerċ | 2,48 | 2,72 | 2,08 | RELEX - Relazzjonijiet Esterni | 4,09 | 2,39 | 2,25 | INFSO - Soċjetà tal-Informazzjoni | 2,21 | 2,3 | 2,29 | SJ - Servizz Legali | 1,34 | 1,75 | 1,80 | DEV - Żvilupp | 2,12 | 1,67 | 1,33 | AIDCO - Uffiċju ta' kooperazzjoni EuropeAid | 1,27 | 1,55 | 1,42 | ELARG - Tkabbir | 3,18 | 1,5 | 1,74 | EAC - Edukazzjoni u Kultura | 1,58 | 1,4 | 1,44 | RTD - Riċerka | 1,64 | 1,23 | 1,52 | ECFIN - Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji | 1,07 | 1,23 | 1,87 | MARE - Is-sajd u affarijiet marittimi | 0,95 | 1,13 | 0,79 | BUDG - Baġit | 1,31 | 1,07 | 1,07 | COMM - Servizz Komunikazzjoni | 0,73 | 0,85 | 0,41 | OLAF - Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Frodi | 0,45 | 0,62 | 0,24 | CAB - Kabinetti tal-Kummissarji | 0,16 | 0,43 | 0,30 | DGT - Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni | 0,4 | 0,32 | 0,13 | EPSO - Uffiċċju għar-Reklutaġġ | 0,08 | 0,23 | 0,26 | ESTAT - Eurostat | 0,24 | 0,22 | 0,11 | PMO - Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Pagamenti ta' Drittijiet Individwali | 0,13 | 0,18 | - | ECHO - Uffiċju għall-Għajnuna Umanitarja | 0,21 | 0,15 | 0,24 | ĊKR - Ċentru Konġunt tar-Riċerka | 0,02 | 0,13 | 0,22 | IAS - Verifika Interna | 0,1 | 0,07 | 0,02 | BEPA - Uffiċċju tal-Konsulenti dwar il-Politika Ewropea | 0,06 | 0,07 | 0,06 | OPOĊE - Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet | 0,03 | 0,05 | 0,19 | SCIC - Servizz Komuni tal-Interpretazzjoni | 0,02 | 0,02 | 0,02 | DIGIT | 0,03 | 0 | 0,07 | FC - Kontroll Finanzjarju | 0,02 | - | - | Total: | 100 | 100 | 100 | [1] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43 [2] “Dokumenti sensittivi huma dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, ikklassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skont ir-regoli tal-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża” (Art 9(1)) [3] Il-bażi ta' dejta tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea [4] Bażi ta' dejta tal-Parlament Ewropew [5] Cfr. Id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2007 fil-Kawża C-64/05P l-Isvezja vs il-Kummissjoni [6] Għal informazzjoni dettaljata dwar il-każijiet, ara http://www.ombudsman.europa.eu/cases/home.faces [7] Għal tagħrif dettaljat dwar dawn il-kawżi, ara http://curia.europa.eu/jurisp/cgi-bin/form.pl?lang=mt [8] Imħassra mir-reġistru, b'ordni tal-5.1.2010 [9] Imħassra mir-reġistru, b'ordni tal-5.1.2010 [10] Sentenza tal-Qorti tal-1 ta' Lulju 2008 tal-każijiet konġunti C-39/05 P u C-52/05, Rec. 2008, p. I - 4723