|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7480 |
30.12.2024 |
Komunikazzjoni mingħand il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(C/2024/7480)
Stedina pubblika għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Zielona Góra Zachód”
TAQSIMA I: BAŻI LEGALI
|
1. |
L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2024, il-punt 1290) |
|
2. |
Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171) |
|
3. |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: il-Kapitolu 6, il-Volum 2, p. 262) |
TAQSIMA II: ENTITÀ LI TISTIEDEN L-OFFERTI
Isem: Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent]
Indirizz postali: ul. ul. Wawelska 52/54, 00-922 Varsavja
Tel. +48 223692449; Faks: +48 223691100
Sit web: www.gov.pl/web/klimat
TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
|
1) |
Tip ta’ attività li għaliha trid tingħata l-konċessjoni:
Konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Zielona Góra Zachód”, parti mill-blokk tal-konċessjoni Nru 243. |
|
2) |
Żona li fiha jridu jsiru l-attivitajiet:
Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:
L-erja tas-superfiċe tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta’ 954.57 km2. Il-konfini inferjuri taż-żona tinsab f’fond ta’ 5 000 m taħt il-livell tal-art (BGL, Below Ground Level). L-għan tax-xogħlijiet li jridu jitwettqu f’formazzjonijiet Permjani huwa li jiġu dokumentati u estratti ż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq. |
|
3) |
Limitu taż-żmien, mhux inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għall-preżentazzjoni tal-offerti:
L-offerti jridu jiġu ppreżentati lis-sede tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent mhux iktar tard mill-12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 90 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
4) |
Speċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inkluż il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni:
L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni, b’mod indipendenti, jew jekk diversi entitajiet japplikaw għall-konċessjoni b’mod konġunt, bħala l-operatur. L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji li ġejjin:
Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati. |
|
5) |
Ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:
Meta tiġi ppreżentata offerta, ma hemm l-ebda rekwiżit li jintwera d-dritt li tintuża l-informazzjoni ġeoloġika. Meta tidħol fil-fażi tal-estrazzjoni, impriża tkun obbligata tipprovdi evidenza tal-eżistenza tad-dritt li tuża informazzjoni ġeoloġika sa fejn tkun neċessarja għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha. |
|
6) |
Data tal-bidu tal-attivitajiet:
L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali. |
|
7) |
Ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni:
Stħarriġiet ġeofiżiċi ta’ 100 km (tul tal-linja ta’ eċitazzjoni) b’testijiet sismiċi 2D jew ta’ 50 km2 (żona ta’ estrazzjoni) b’testijiet sismiċi 3D. It-tħaffir ta’ borehole sa fond massimu ta’ 5 000 m (fond vertikali reali — TVD, True Vertical Depth), bit-teħid obbligatorju ta’ mases ċilindriċi tat-tħaffir ta’ intervalli prospettivi. |
|
8) |
Il-perjodu li għalih trid tingħata l-konċessjoni:
Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 30 sena, u jinkludi:
|
|
9) |
Kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, tas-saħħa pubblika, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:
L-istħarriġiet ġeofiżiċi se jibdew fi żmien 24 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni. L-operazzjonijiet ġeoloġiċi (tħaffir ta’ borehole) se jibdew fi żmien 42 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni. L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-konċessjoni ma tistax tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li tinżamm konformità ma’ rekwiżiti oħrajn stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni, u r-rekwiżiti dwar l-ippjanar tal-ispazju, il-ħarsien tal-ambjent, ir-raba’ u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart, u dwar is-sikurezza pubblika u s-saħħa pubblika. Il-Kategorija C hija l-kategorija ta’ esplorazzjoni minima għal depożiti taż-żejt u tal-gass naturali. |
|
10) |
Mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:
Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness hawnhekk. |
|
11) |
Informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:
L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għaż-żona “Zielona Góra Zachód” matul il-perjodu bażi ta’ 5 snin huwa ta’ PLN 270 563,32 (fi kliem: mitejn u sebgħin elf, ħames mija u tlieta u sittin zloty, tnejn u tletin grosz) fis-sena. It-termini dettaljati tal-ħlas jinsabu fl-anness imsemmi fil-punt 10. |
|
12) |
Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:
|
|
13) |
Informazzjoni dwar il-mod kif isir depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:
L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti. |
TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
|
1) |
Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti
Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità tal-konċessjoni għall-fini tat-tmexxija tal-proċedura tal-offerti u tal-għażla tal-iktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli tal-proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar il-proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u l-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jippreżenta rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni. Flimkien mal-offerti u mad-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħrajn li jippreżentaw l-offerti. |
|
2) |
Kjarifiki addizzjonali
Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi kjarifiki dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien 14-il jum mill-wasla tat-talba, l-awtorità tal-konċessjoni tippubblika l-kjarifiki fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Bullettin Pubbliku tal-Informazzjoni), fuq il-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità. |
|
3) |
Informazzjoni addizzjonali
L-informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta’ Data Ġeoloġika għall-proċedura tal-offerti għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona tal-offerti “Zielona Góra Zachód” (“Pakiet danych geologicznych do postępowania przetargowego na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż. Obszar przetargowy ‘Zielona Góra Zachód’ ”), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fuq l-indirizz li ġej: u mingħand:
Tel. +48 223692449; faks: +48 223691100 |
ANNESS
FTEHIM
li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Zielona Góra Zachód”, minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”
konkluż f’Varsavja fi … bejn:
it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u l-Ambjent, …, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Teżor” ,
kif ukoll
(isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi …, irreġistrat fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni” ,
minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala “Parti” jew b’mod konġunet bħala “il-Partijiet” ,
u li jiddikjara kif ġej:
Taqsima 1
|
1. |
It-Teżor, bħala sid esklużiv tas-substrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’ Bobrowice, Dąbie, Zielona Góra, Świdnica, Brzeźnica, Żagań u Żary, u l-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Krosno Odrzańskie, Kożuchów, Czerwieńsk, Nowogród Bobrzański, Lubsko u Jasień, fil-Provinċja ta’ Lubuskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (6) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:
b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata ’l fuq mill-konfini inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5 000 m, diment li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikseb konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Zielona Góra Zachód” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż. |
||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Jekk il-kundizzjoni tal-ksib tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu. |
|
3. |
Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’:
|
|
4. |
L-erja tas-superfiċe tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 954.57 km2. |
|
5. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u għall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan il-fini f’dik iż-żona f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2023, il-punt 633, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skontu. |
Taqsima 2
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni.
Taqsima 3
|
1. |
Il-Ftehim għandu jsir effettiv fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni. |
|
2. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10. |
|
3. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni. |
Taqsima 4
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.
Taqsima 5
Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tal-minerali u mal-protezzjoni u mal-użu tar-riżorsi ambjentali.
Taqsima 6
It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni.
Taqsima 7
|
1. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt tal-estrazzjoni (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):
|
|
2. |
Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt tal-estrazzjoni taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi. |
|
3. |
It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew inqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena. |
|
4. |
Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata. |
|
5. |
Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun sar effettiv fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jsir effettiv il-Ftehim. |
|
6. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti. |
|
7. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluż il-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: “Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze ‘Zielona Góra Zachód’” (“L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni marbuta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ ‘Zielona Góra Zachód’”).
Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor. |
|
8. |
It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta. |
|
9. |
It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7. |
|
10. |
It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet. |
|
11. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-ħlas, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni. |
Taqsima 8
|
1. |
Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum tal-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta’ użufrutt tal-estrazzjoni matul il-fażi tal-estrazzjoni. |
|
2. |
Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiskadu. |
Taqsima 9
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.
Taqsima 10
|
1. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure. |
|
2. |
Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt tal-estrazzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3). |
|
3. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-estrazzjoni jittardja l-ħlas tat-tariffa b’iktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jħallas it-tariffa li tkun għadha ma tħallsitx fi żmien 7 ijiem mill-wasla tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jiġi tterminat b’effett immedjat. |
|
4. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt tal-estrazzjoni għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju. |
|
5. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim. |
|
6. |
Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni ma tkunx valida. |
|
7. |
Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata. |
|
8. |
It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali. |
Taqsima 11
|
1. |
Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:
|
|
2. |
Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum tal-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta’ kuntatt ta’ xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra. |
|
3. |
Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti. |
|
4. |
Ittri rreġistrati mibgħuta lill-indirizz ta’ Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta’ kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin se jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b’mod validu ladarba jkunu għaddew 14-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja. |
Taqsima 12
|
1. |
Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu. |
|
2. |
Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed. |
Taqsima 13
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu kemm hu jew parti minnu, u jrid jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.
Taqsima 14
Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni ma għandux ikun intitolat li jagħmel xi talba kontra t-Teżor għal żieda fil-valur tas-soġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni.
Taqsima 15
Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.
Taqsima 16
Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat mil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.
Taqsima 17
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas il-kostijiet tal-konklużjoni tal-Ftehim.
Taqsima 18
L-emendi tal-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ma jkunux validi.
Taqsima 19
Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni u żewġ kopji għat-Teżor).
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7480/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)