|
27.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/51 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/265 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2019
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Istrument ta’ Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta’intestatura waħda jew aktar. |
|
(2) |
Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibilità huwa EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2), li jiżdied, fejn applikabbli, mill-ammonti skaduti li saru disponibbli skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. |
|
(3) |
Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kontinwi tal-migrazzjoni, id-dħul ta’ rifuġjati u theddid għas-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġu mmobilizzati ammonti addizzjonali sinifikanti għall-finanzjament ta’ tali miżuri bħala kwistjoni ta’ urġenza. |
|
(4) |
Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limitu massimu tan-nefqa għall-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta’ Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, lil hinn mil-limitu massimu tal-Intestatura 3 bi EUR 778 074 489 biex jiġu ffinanzjati miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà. |
|
(5) |
Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità jenħtieġ li jiġu mqassma matul diversi snin ta’ finanzjament. |
|
(6) |
Sabiex ikun permess l-użu malajr tal-fondi, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2020, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, l-Istrument ta’ Flessibilità għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 778 074 489 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza).
L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi kontinwi tal-migrazzjoni, id-dħul ta’ rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà.
2. Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għandhom ikunu stmati kif ġej:
|
(a) |
EUR 407 402 108 fl-2020; |
|
(b) |
EUR 312 205 134 fl-2021; |
|
(c) |
EUR 42 336 587 fl-2022; |
|
(d) |
EUR 16 130 660 fl-2023; |
L-ammonti speċifiċi ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f’konformità mal-proċedura baġitarja annwali.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.
Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).