Official Journal L 242 , 17/09/1994 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 33 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 33 P. 0003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 2248/94 tas-16 ta' Settembru 1994 li jintroduci sorveljanza retrospettiva tal-Komunità għall-importazzjoni ta' ċerti ħbula ħoxnin ta' l-azzar li joriġinaw f'pajjiżi mhux membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 518/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni għall-oġġetti importati u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 288/82 [1], u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni għall-oġġetti importati minn ċerti pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 3420/83 [2], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1921/94 [3], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Saru konsultazzjonijiet ġewwa l-Kumitati stabbiliti taħt it-tali Regolamenti, Billi l-informazzjoni pprovduta mid-Danimarka turi li l-importazzjonji lejn il-Komunità ta' wire tas-swiegel, ħbula, ħbula ħoxnin, ċineg tat-trizza, taljola u dik ix-xorta, tal-ħadid jew ta' l-azzar, mhux iżolati mill-elettriku, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 73121091, 73121095 u 73121099 li joriġinaw f'pajjiżi mhux membri ilhom jiżdiedu mill-1991 f'kondizzjonijiet li x'aktarx jheddu l-produtturi tal-Komunità ta' dawn il-prodotti; billi l-figuri disponibbli għall-1993 jidhru li jikkonfermaw din ix-xejra l-fuq; billi l-prezzijiet ta' dawn l-oġġetti importati jnaqqsu sostanzjalment il-prezz li jiġihom il-produtturi tal-Komunità; Billi l-pożizzjoni tal-produtturi tal-Komunità ta' prodotti simili jew li jikkompetu direttament ilha sejra lura mill-1991, kif juru dawn l-indikaturi ekonomiċi li ġejjin: - il-produzzjoni, li kienet ta' 215395 tunnellati metriċi fl-1991, waqgħet għal 193846 tunnellati metriċi fl-1992, 173715 tunnellati metriċi fl-1993 u, skond l-aħħar stimi, hija mistennija li tinżel għal 159900 tunnellati metriċi fl-1994, - l-uzu tal-kapaċita’ industrijali tal-Komunitù nizlet b'madwar 30 % fil-perjodu mill-1991 sal-1994, - in-numru ta' dawk impjegati direttament fil-industrija waqa’ bi 28 % fil-perjodu mill-1990 sal-1993, waqa’ b'9 % fil-perjodu mill-1992 sal-1993 biss, minn 4662 għal 4235; Billi dawn iċ-ċirkostanzi jeħtieġu miżuri biex jiksbu malajr kemm jista’ jkun informazzjoni preċiża u aġġornata fuq ix-xejra fl-oġġetti importati fil-Komunità tal-prodotti in kwistjoni u, għalhekk, għall-introduzzjoni tas-sorveljanza retrospettiva tal-Komunità tat-tali oġġetti importati, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Importazzjoni lejn il-Komunità ta' wire tas-swiegel, ħbula, ħbula ħoxnin, ċineg tat-trizza, taljoli u oggetti simili, tal-ħadid jew ta' l-azzar, mhux iżolati mill-elettriku, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 73121091, 73121095 u 73121099 għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza retrospettiva tal-Komunità mill-1 ta' Ottubru 1994. Artikolu 2 Għal kull xahar l-Istati Membri għandhom, sa l-għaxar ġurnata tat-tieni xahar ta' wara x-xahar in kwestjoni, javżaw il-Kummissjoni bir-riżultati tas-sorveljanza, jiddikjaraw il-kwantita’ u l-valur ta' l-importi, maqsuma bil-kodiċi tan-NM u l-pajjiż ta' l-oriġini. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Settembru 1994. Għall-Kummissjoni Leon Brittan Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 77. [2] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 89. [3] ĠU L 198, tat-30.7.1994, p. 1. --------------------------------------------------