|
22.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9332 — Ericsson/Kathrein Antenna and Filter Assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 245/06)
1.
Fil-15 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Telefonaktiebolaget LM Ericsson (publ) inklużi s-sussidjarji tagħha (“Ericsson”, l-Iżvezja), |
|
— |
Kathrein SE inklużi s-sussidjarji tagħha (“Kathrein Group”, il-Ġermanja). |
Ericsson takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ partijiet minn Kathrein Group. Il-konċentrazzjoni proposta tikkonċerna biss in-negozju ta’ Kathrein Group f’antenni passivi u filtri bħala komponenti għal tagħmir ta’ netwerks mobbli.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Ericsson: fornitur ta’ tagħmir tan-netwerk u softwer, kif ukoll servizzi għal operazzjonijiet tan-netwerk u tan-negozju,
— għal Kathrein Group: fornitur ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9332 — Ericsson/Kathrein Antenna and Filter Assets
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).