25.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11030 – AWARE SUPER / ABP / DV4 / OMERS / REAL ESTATE JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 183/03)

1.   

Fil-15 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Aware Super Pty Ltd (“Aware Super”, l-Awstralja),

—

Stichting Depositary APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, in-Netherlands) ikkontrollat minn Stichting Pensioenfonds ABP (“ABP”, in-Netherlands),

—

DV4 Limited (“DV4”, British Virgin Islands),

—

Oxford Jersey Holding Company Limited (“Oxford”, Jersey), ikkontrollata mill-amministratur tal-Pjan tal-Pensjoni Primary tas-Sistema ta’ Rtirar tal-Impjegati Muniċipali ta’ Ontario (“OMERS”, il-Kanada),

—

Real Estate JV (ir-Renju Unit).

Aware Super, APG, DV4 u Oxford se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Real Estate JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Aware Super hija fond ta’ superannwazzjoni li jinvesti f’firxa varjata ta’ klassijiet ta’ assi,

—

APG huwa fond mutwu li jiffoka fuq l-investiment fil-proprjetà immobbli, u huwa kkontrollat minn ABP, li huwa l-fond tal-pensjoni għall-impjegati tal-gvern u tal-edukazzjoni fin-Netherlands,

—

DV4 hija fond ta’ investiment immobiljarju,

—

Oxford hija kumpanija li tappartjeni għal OMERS, il-fond tal-pensjonijiet pubbliku Kanadiż li jimmaniġġa portafoll globali diversifikat ta’ stokks u bonds, u proprjetà immobbli, ekwità privata u investimenti fl-infrastruttura,

—

Real Estate JV hija impriża bi sħab (joint venture, JV) li tikkonsisti minn Get Living PLC, fiduċjara ta’ investiment immobiljari kkwotata fil-Borża Internazzjonali f’Guernsey, flimkien ma’ tliet sħubijiet b’responsabbiltà limitata stabbiliti fir-Renju Unit - Merchant City (Glasgow) LLP u Holbeck Quarter (Leeds) LLP, li kull waħda minnhom tiżviluppa u timmaniġġa assi ta’ proprjetà immobbli fir-Renju Unit, u T3 Residential Holdings LLP, fornitur irreġistrat ta’ akkomodazzjoni soċjali fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11030 – AWARE SUPER / ABP / DV4 / OMERS / REAL ESTATE JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.